Legislature:
Category:
Reset
Active:

Avvenimenti sponsorjati minn EventsMalta – studju dwar il-kontribut finanzjarju lill-pajjiż

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk sarx studju dwar liema huwa u kemm huwa l-kontribut finanzjarju lill-pajjiż ta’ kull avveniment sponsorjat minn EventsMalta li ngħata sapport finanzjarju dirett u/jew indirett u tqiegħed tali studju fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li għadhom ma sarux studji mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Studji indipendenti li saru fuq festivals fosthom Lost & Found, Abode on the Rock (Gozo), Summerdaze u Cirque du Soleil juru li l- increment economic contribution li primarjament jiġi kkalkulat fuq turisti li żaru pajjiżna speċifikament għal dawn l-avvenimenti, fuq ħarsa konservattiva skont l-istudji, jidher li jħallu impatt ta’ madwar 30 miljun ewro fl-ekonomija Maltija, 397 full-time job f’dan is-settur u madwar 6 miljun lejn trasport u setturi ta’ distribuzzjoni.

MTA/VisitMalta – kontribuzzjoni ta’ avvenimenti għas-sena 2020

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema huma dawk l-avvenimenti li l-MTA/VisitMalta hija kommessa li tikkontribwixxi għalihom għall-kumplament tas-sena 2020?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ikkommettiet ruħha li tikkontribwixxi għal 56 avvenimenti għas-sena 2020.

Avvenimenti sponsorjati minn EventsMalta — fondi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid matul is-snin 2018 u 2019 kemm ingħataw fondi għal kull avveniment sponsorjati minn EventsMalta, tindika l-ammont tal-fondi, lil min ingħataw u jekk ingħatatx għajnuna ta’ xorta oħra?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmata li “Events Malta” hija kumpanija privata u m’għandha xejn x’taqsam mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — awdituri

Question

B'referenza għall-awdituri tal-Awtorità ta' Malta għat-Turiżmu li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, tista' l-Ministru tgħid xi ħlas tħallsu, tagħti d-data u tgħid għal liema servizzi tħallsu, minn kull entità taħt ir-responsabilità tal-Ministeru mill-2013 'il quddiem?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-perjodu indikat kienet biss l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu li użat is-servizzi tal-kumpanija msemmija, li globalment kienu jammontaw għal €40,754.

Ministeru għat-Turiżmu – kuntratti ffirmati ma’ persuna

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn il-Ministeru għat-Turiżmu u l-entitajiet u l-awtoritajiet kollha li jaqgħu taħtha, u l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li ħadt parir legali fuq il-kuntratt li ingħata mill-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu lill-persuna msemmija, ingħataw struzzjonijiet lill-Awtorita’ biex dan il-kuntratt jiġi terminat u mħassar b’effett immedjat. Qatt ma saru ħlasijiet b’rabta ma’ dan il-kuntratt.

Malta Tourism Authority- kuntratt ta’ konsulenza

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-kuntratt ta’ konsulenza li ngħata mill-Malta Tourism Authority lill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament u li jġib id-data tad-9 ta’ Diċembru 2019 ġiex approvat mill-Bord tal-istess Awtorità? Jekk iva f’liema data ġie approvat?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġejt infurmata li quddiem il-Bord tal-Awtorita’ titla’ biss in-nomina għal Kap Eżekuttiv tal-Awtorita’, liema nomina tinħatar u tiġi approvata mill-istess Bord. Dan sakemm ma jkunx hemm talba minn wieħed mill-membri tal-istess Bord li jitlob sabiex xi kuntratt, employment jew promotion jitla’ quddiem l-istess Bord tal-Awtorita’.

VisitMalta – direttur tal-Events

Question

Tista’ l-Ministru tgħid min huwa maħtur Direttur tal-Events ta’ VisitMalta? Tista’ tindika wkoll jekk tali ħatra saritx wara sejħa pubblika u jekk le b’liema mod saret u fuq deċiżjoni ta’ min saret?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant lis-Sur Lionel Gerada jokkupa l-kariga ta’ Direttur tal-Events fi ħdan l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu. Dan ġie maħtur wara sejħa pubblika li ħarġet fl-14 ta’ Ġunju 2019.

MTA/VisitMalta – kunċerti u avvenimenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema kienu l-kunċerti u l-avvenimenti li ġew organizzati jew sponsorjati mill-MTA/VisitMalta matul is-snin 2018 u 2019? Tista’ tgħid ukoll jekk l-avveniment ġiex organizzat mill-MTA/VisitMalta direttament u esklussivament jew seħħx bi sħubija jew sponsorship mogħti lil terzi?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

VisitMalta – proċedura għal sponsorship

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema hija l-proċedura sabiex organizzatur jitlob għal sponsorship mingħand VisitMalta u tgħid ukoll liema huma l-kriterji li fuqhom tiġi deċiża t-talba tiegħu?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċedura għall-isponsorships tinsab online fuq il-website tal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu fejn fiha hemm iddettaljat il-kriterji meħtieġa skont il-budget li jkollha l-istess Awtorita’.

VisitMalta – ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il persuna ġiet impjegata sabiex taħdem fuq il-funzjoni VisitMalta tal-MTA fis-snin 2018 u 2019 u tgħid ukoll jekk tali impjieg seħħx wara sejħa pubblika jew le?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sezzjoni VisitMalta fi ħdan l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu tagħmel parti mid-Direttorat tal-Komunikazzjoni u Midja Diġitali. Minbarra d-Direttur, is-sezzjoni tħaddem żewġ persuni fi grad ta’ Executive u persuna bħala Assistant Manager.

MTA/VisitMalta – dħul ta’ introjtu

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba jkun hemm kontribut finanzjarju tal-MTA VisitMalta f’xi avveniment, jekk l-MTA ikollhiex introjtu minn dak l-avveniment u jekk le tista’ tgħid l-introjtu ta’ dak l-avveniment minn bejgħ ta’ biljetti u/jew oġġetti mibjugħa on site waqt l-avvenniment għand min imur?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Tlabt biex l-informazzjoni tinġabar.

Ministeru għat-Turiżmu — sponsorships

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 12376 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-isponsorships li ngħataw mill-Ministeru, Dipartimenti, Awtoritajiet u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, kemm kien il-valur ta' kull sponsorship u lil min ingħata (l-isem tal-individwu, kumpanija jew entità pubblika) minn Ġunju tal-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-isponsorships ingħataw prinċipalment mill-Malta Film Commission u l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu. L-MFC sponsorjat attivitajiet relatati ma’ festivals tal-films filwaqt li dawk mogħtija mill-MTA huma sponsorships ta’ natura turistika li l-maġġorparti tagħhom ilhom jiġu sponsorjati għal snin sħaħ. Dawn l-isponsorships jgħaddu mill-iskrutinju ta’ Kumitat fi ħdan l-MTA imwaqqaf apposta għal dan il-għan. L-informazzjoni, f’dawn il-każijiet, hija ta’ natura kummerċjali. Intant Ambjent Malta tat sponsorships f’forma ta’ rinunzja tal-ammont dovut għal kiri ta’ area jew ġnien skont il-każ u l-Ministeru tat-Turiżmu kien parti mill-isponsors ta’ summit dwar l-avjazzjoni li sar Malta is-sena li għaddiet.

Ministeru għat-Turiżmu — investigazzjoni fuq manipulazzjoni ta' wikipedia page

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12400, tista' l-Ministru tgħid jekk saritx investigazzjoni biex tivverifika li fil-fatt il-manipulazzjoni ta' wikipedia ma saritx minn uffiċċju li jaqa' taħt id-dekasteru tagħha? Tista' tgħid ukoll liema hu l-Ministeru kkonċernat?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12460.

Ministeru għat-Turiżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur – laqgħat ma’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta u fejn, hi u s-Segretarju Parlamentari fil-kariga uffiċjali tagħhom, iltaqa’ mal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament minn Lulju 2017 ’il quddiem?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li la jien u lanqas is-Segretarju Parlamentari qatt ma ltqajna mal-individwu msemmi.

MTA – Ice Rink

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm swiet lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, l-ice rink li ġie armat bejn Diċembru 2019 u Jannar 2020? Dan sar b’xi tender? Kemm kien hemm persuni li tefgħu tenders? Tħallsu xi kummissjonijiet u lil min tħallsu flus (klabbs tal-futbol u klabbs oħrajn)?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-villaġġ tal-Milied ġie armat wara kuntratt li sar ma’ kumpanija barranija rinomata għal dawn it-tip ta’ attrazzjonijiet. L-attrazzjonijiet kollha ta’ dan il-villaġġ ġew f’pakkett wieħed. Kien hemm interess qawwi sabiex din l-attivita’ tibda’ ssir kull sena u tkun żieda importanti fil-prodott turistiku li Malta toffri fi żmien il-Milied u l-ewwel tas-sena. It-total ta’ bejgħ ta’ biljetti għal Fairyland 2019/20 kien ftit inqas minn 160,000 biljett.