Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kaċċa u nsib — Ftuħ tal-Istaġun

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiftħu l-istaġuni li jmiss għall-kaċċa u nsib? Fuq liema speċi dawn ikunu jistgħu jikkaċjaw u jonsbu?

Response (DEMARCO, MARIO)

Skont ir-Regolamenti tal-2006 dwar il-Konservazzjoni tal-Għasafar Selvaġġi (Avviż Legali Numru 79 ta’ l-2006 kif emendati) id-deċiżjoni dwar ftuħ ta’ staġun għall-kaċċa u nsib tiġi meħuda mill-Ministru responsabbli mill-ambjent fuq rakkomandazzjoni tal-Kumitat Ornis. L-istaġun li jmiss huwa dak tal-Ħarifa.

Kaċċa u Nsib — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jispjega r-razzjonal għaliex il-kaċċaturi qed jiġu mitluba jħallsu liċenzja oħra qabel ma jibda l-istaġun tal-kaċċa meta dawn diġà jkunu ħallsu l-liċenzji neċessarji fil-bidu tas-sena? Jista' jgħid fejn qed jintużaw dan il-flus li jinġabru minn din il-liċenzja addizzjonali?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-flus li jinġabru minn din l-liċenzja addizzjonali qed jintużaw biex titħaddem is-sistema tal-Carnet de Chasse. Dawn l-ispejjeż jinkludu il-produzzjoni tal-booklets tal-kaċċa u tal-insib, it-tqassim u l-ġbir ta' dawn il-booklets, id-data entry, surveys dwar l-għasafar, is-servizz tal-pulizija waqt l-istaġun tal-kaċċa, il-produzzjoni ta' armbands għall-kaċċaturi u spejjeż amministrattivi oħra.

Kaċċa u Nsib — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm kaċċaturi li ħallsu biex jkollhom liċenzja speċjali ħalli jkunu jistgħu jikkaċjaw fl-istaġun li għadu kemm għalaq tal-Kaċċa? Jista' jgħid kemm-il tip ta' liċenzja u permessi jridu jħallsu kaċċaturi u nassaba biex ikunu eleġibli biex jikkaċjaw u jonsbu għal kull tip ta' kaċċa li tippermetti l-liġi Maltija?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din is-sena l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar irċeviet total ta’ 6,117-il talba għal liċenzja speċjali għall-kaċċa fir-rebbiegħa. Minn dawn l-applikazzjonijiet erbgħa kienu meqjusin bħala invalidi, peress li l-applikanti ma kellhomx liċenzja tal-kaċċa tal-Pulizija valida (licenzja għall-ġarr ta’ arma tan-nar għall-kaċċa ta’ għasafar fuq l-art) fid-data tal-għeluq tal-applikazzjoni. Għaldaqstant, fl-2012 l-Awtorità ħarġet total ta’ 6,113-il liċenzja għall-kaċċa fir-rebbiegħa. Nitlob lill-Onor Interpellant biex jirreferi t-tieni parti tal-mistoqsija lill-Ministru responsabbli mill-Korp tal-Pulizija.

MEPA — guidelines għaż-żbir tas-siġar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jew xi dipartiment ieħor li jaqa taħt ir-responsabiltà tiegħu għandux guidelines partikulari, li jridu jiġu osservati meta ssir ż-żabra tas-siġar? Jekk iva jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dawn il-guidelines? Jista' jagħti wkoll tagħrif dwar jekk il-kunsilli lokali humiex infurmati b'dawn l-istess guidelines li jridu jiġu osservati?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Restawr ta' niċċeċ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm talbiet, minn residenti jew għaqdiet li ġejjin mis-7, il-11 u t-12 il-distrett elettorali li talbu għajnuna biex ikunu jistgħu jirrestawraw niċeċ li jinsabu fil-propjetajiet tagħhom? Jekk iva, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm talbiet, minn liema lokalitajiet kienu ġejjin, u kemm minnhom ġew aċċettati?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — informazzjoni dwar konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33422 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2011 ? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34401. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli bid-dettalji taż-żewġ awtoritajiet li kien għad jonqos jingħataw fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34401.

Qbajjar u l-Munxar — Sajd projbit

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex ikun hemm żona li fiha se jkun projbit li jsir sajd anki minn sajjieda żgħar? Jista' jgħid jekk din iż-żona hix bejn il-Qbajjar u l-Munxar?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Pjan ta' Azzjoni għall-Qawra/Dwejra Heritage Park li ġie ppubblikat fl-2005 hemm proposti ta' twaqqif ta' xi żoni biex jirregolaw attivitajiet fil-baħar. Kull attività f’żoni protetti għandha tkun kontrollata sabiex jiġi assigurat li l-attività ma tagħmilx ħsara lill-biodiversità li tgħix f’dik iż-żona. Dan isir permess ta’ mmaniġjar liema pjan ikun diskuss mal-istakeholders kollha.

Għawdex — Xagħra - sqaq mhux aċċessibli

Question

B'referenza għal PAB 678/96 u l-ECF 1446/96 li dwaru hemm sentenza tal-Bord tal-Appell dwar l-Ippjanar datata 3 ta' Novembru 2000 u li nonostanti l-istess sentenza, l-appellanti reġgħu poġġew franka stones u materjal ieħor 'il barra mil-linja uffiċjali bil-konsegwenza li abitanti tal-istess sqaq li jagħti għal Triq Marija Bambina Xagħra Għawdex ilhom snin ma jistgħux jgħaddu minn dan l-isqaq, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ma tteħditx direct action u tiġi inforzata l-liġi aktar u aktar meta f'dan il-każ, id-direct action tista' tiġi inforzata finalment fi ftit spejjeż u dan meta hemm ordni ta' inforzar bin-numru ECF/00513/11 li dwaru ma sar l-ebda appell?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Palumbo Shipyards — Permessi ta' tliet tower cranes

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35850 u 35591 u jgħid jekk it-tliet tower cranes li għandhom Palumbo Shipyards għandhomx il-permessi meħtieġa u jekk iva fuq liema kriterji nħarġu meta hemm dockside cranes mat-Tarzna kollha? Meta se jiżżarmaw iż-żewġ dockside cranes li hemm fuq boiler wharf li wkoll qed ikerrħu l-ambjent u qed isiru ċappa sadid?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 35903.

kollezzjonisti — għajnuna għal esebizzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna teknika u materjali tingħata lil kollezzjonisti li jkunu jeħtieġu assistenza sabiex jorganizzaw l-esebizzjoni ta' dawn il-ħwejjeġ b'mod permanenti f'forma ta' mużew? Kemm-il persuna ġie mgħejjuna b'dan il-mod fl-aħħar snin?

Response (DEMARCO, MARIO)

Heritage Malta regolarment toffri għajnuna lil għadd ta’ għaqdiet kulturali f’Malta u Għawdex sabiex dawn jorganizzaw wirjiet temporanji. Madanakollu Heritage Malta qatt ma rċeviet talba għall-għajnuna teknika minn kollezzjonisti privati sabiex jesibixxu l-oġġetti tagħhom b’mod permanenti.

Ticket boots fl-area tal-Viset — cruiseliners

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistpqsija parlamentari 35498 u jgħid hekk il-boots li minnhom ibiegħu t-tickets għall-buses li jinsabu fl-area tal-Viset fejn jorbtu l-cruiseliners għandhomx il-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet ikkonċernati fosthom tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tal-permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni bin-numru PA 3666/09, validata fi-27 ta' Awwissu 2009, ġiet sottomessa quddiem l-Awtorita' għall-installazzjoni ta' disa' booths u tined max-Xatt quddiem l-Imħażen ta' Pinto. Wara diversi laqgħat u korrispondenza, id-Direttorat tal-Ippjanar qiegħed jistenna disinn adekwat għat-tined proposti. Minħabba dan, il-permess għall-booths u għat-tined għandu ma ħariġx.

Palumbo Shipyards — Permessi ta' tliet tower cranes

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35591 u jgħid jekk it-tliet tower cranes li għandhom Palumbo Shipyards għandhomx il-permessi meħtieġa u jekk iva fuq liema kriterji nħarġu meta hemm dockside cranes mat-Tarzna kollha? Meta se jiżżarmaw iż-żewġ dockside cranes li hemm fuq boiler wharf li wkoll qed ikerrħu l-ambjent u qed isiru ċappa sadid?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-installazzjoni u l-operat ta' tali apparat (dockside cranes) li jifformaw parti 'ntegrali mill-użu li ilu stabbilit fit-tarzna għal bosta snin (ship repairs) ma jirrekjedux la permess ta' żvilupp (planning permission) u l-anqas dak ambjentali (environmental permit) mill-Awtorita'. Barra minn hekk l-awtorità m'għandhiex kontroll dwar meta se jiżżarmaw il-cranes il-qodma li hemm fuq il-post.

Birżebbuġia — enforcement notice

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex l-enforcement notice li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, wara 11-il sena għadha ma ġietx infurzata? Jaf li din l-scrap yard għadha topera b'detriment kbir għall-ambjent u għas-saħħa tar-residenti tal-inħawi?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Belt — kiri tas-Saluting Battery

Question

B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 34533 u 35174, jista' l-Ministru jgħid jekk il-kiri tas-Saluting Battery u proprjetajiet oħra li qegħdin f'idejn Fondazzjoni Wirt Artna tħalliex esklussivament f'idejn il-kumpaniji Island Caterers Lrd, kif intqal fir-risposta 34533 jew jekk hux qed isir mill-istess fondazzjoni kif intqal fir-risposta 35774? Fi kwalunkwe każ, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-kamra lista ta' attivitajiet li saru fil-proprjetajiet tal-gvern li qegħdin f'idejn Fondazzjoni Wirt Artna f'dawn l-aħħar erba' snin, lil min ingħata l-permess biex jagħmel l-attività u kemm tħallas flus għal kull permess li ngħata?

Response (DEMARCO, MARIO)

Kif diġa’ ntqal qabel fir-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 34533 u 35174 il-Fondazzjoni Wirt Artna hija organizazzjoni mhux governattiva rreġistrata’ u għaldaqstant l-informazzjoni mitluba ma’ tistax tingħata.

Ta' Qali Local Plan

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-draft Ta' Qali Local Plan li ġie ppublikat ftit taż-żmien ilu?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kopja ta' dan d-dokument jinsab fuq il-website tal-MEPA taħt http://www.mepa.org.mt/LpDocumentDetails?syskey=1437

barrieri li ġew mirduma

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 35801, 35675, 35387 u 35166 u jgħid liema huma dawk il-barrieri li s-sidien tagħhom radmuhom mingħajr l-permessi meħtieġa? X'azzjoni qiegħda tieħu l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kontra s-sidien kkonċernati?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ticket boots fl-area tal-Viset — cruiseliners

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35668 u 35498 u jgħid hekk il-boots li minnhom ibiegħu t-tickets għall-buses li jinsabu fl-area tal-Viset fejn jorbtu l-cruiseliners għandhomx il-permessi meħtieġa mill-awtoritajiet ikkonċernati fosthom tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tal-permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 35668.

MEPA — permessi ta' qtugħ ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kelliex talbiet għall-permessi ta' qtugħ ta' siġar minn kunsilli lokali, kif indikat fil-mistoqsija parlamentari 35729? Jekk iva, liema kienu l-kunsilli lokali li talbu tali permessi, matul din is-sena?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2012 saru seba' talbiet minn kunsilli lokali biex jinqalgħu siġar protetti. Dawn kienu l-Kunsilli Lokali tal-Mosta, tal-Imsida, tan-Naxxar (x2), tal-Munxar, ta' Ħal Luqa u Ta' Sannat.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — entitajiet tal-internal audit

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk l-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li preżentament għandhom funzjoni ta' internal audit? Jista' jgħid liema minn dawn l-entitajiet irrikorrew għas-servizz ta' ditti tal-awdituri biex jingħatalhom dan is-servizz? F'kull każ, jista' jgħid: a) liema ditta tal-awdituri ġiet mqabbda; b) kemm qed tiġi mħallsa kull sena tal-funzjoni tal-internal audit; ċ) f'kull każ, min huma l-awdituri esterni u jekk l-awdituri interni humiex l-istess ditta? F'każ li l-istess, kemm qed jitħallsu tal-funzjoni tal-awditjar estern; d) kemm huwa t-turnover tal-entità li taqa' taħt il-Ministeru; u e) kemm għandha impjegati l-entità?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

MEPA — informazzjoni dwar applikazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 35295, jista’ l-Ministru jgħid għaliex skont il-konklużjoni tal-AA, il-proposta hija oġġezzjonabbli fi prinċipju? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar relattiv għall-oġġezzjonijiet tagħha?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kunsiderazzjonijiet ewlenin li tqajmu mill-"Appropriate Assessment" kienu l-impatti mistennija waqt il-fażi tal-kostruzzjoni (l-aktar minħabba t-tħaffir għall-pedamenti) u t-tqalliegħ tal-baħar waqt l-operat. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Appropriate Assessment kif ukoll id-dokument tal-MEPA kif mitlub fl-Interpellanza.