Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Turiżmu — Fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fondi ġejjin mill-Unjoni Ewropea li kellhom jiġu minfuqa matul l-2020, 2021 u 2022 u ma ntefqux? Jista’ jgħid ukoll liema kienu u jagħti break down tagħhom?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Mediterrane Film festival; The Golden Bee awards – Luxury Boat u VIPs abbord

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12110, 12431, 12666, 12997, 13195 u 13464 u jgħid x’kien l-iskop tal-luxury boat li abbord tagħha kien hemm VIPs u li ttieħdu fuq Manoel Island għal gala night tal-Mediterrane Film festival: The Golden Bee awards? X’inhu l-isem tad-dgħajsa u ta’ min hi? Jista’ jgħid ukoll kemm ġie jiswa l-pontoon li nbena f’Manoel Island biex tkun tista’ tittrakka l-luxury boat biex jitniżżlu l-VIPs u min ħallas għal dan il-pontoon? Jista’ jgħid kemm ġiet tiswa l-luxury boat b’kollox u jagħti l-lista tal-mistednin VIP li kienu fuq din id-dgħajsa?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Persuni li attendew l-iscreenings tal-Mediterrane Film Festival

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 10816, 11081, 12109, 12430, 12665, 12996, 13194 u 13465 u jgħid kemm persuni bbukkjaw biex jaraw l-iscreenings li ntwerew waqt il-Mediterrane Film Festival fl-iSpazju Kreattiv, fl-Embassy u fl-Eden Cinema, u kemm minnhom attendew u raw kull screening?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Malta Film Commission 2023 — Nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm swew flus iż-żjarat li l-Malta Film Commission organizzat fl-2023, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inklużi dawk ta’ Frar u ta’ Awwissu għall-membri tal-Ġudikatura inklużi t-tours, ikliet u rigali mogħtija? Jista’ jgħid ukoll għalfejn mhux il-membri tal-Ġudikatura kollha kienu mistiedna?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11440.

Il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar — akkomodazzjoni turistika - Applikazzjonijiet approvati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' applikazzjonijiet għal lukandi, guest houses, jew faċilitajiet turistiċi simili, fl-inħawi tal-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar, li ġew approvati mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu matul din is-sena? Jista’ jgħid ukoll kemm hu n-numru ta' sodod li mistenni li jipprovdu dawn il-faċilitajiet?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ lukandi, guest houses jew faċilitajiet turistiċi simili li ġew approvati matul din is-sena fl-inħawi tal-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar huma s-segwenti: Mellieħa Naxxar San Pawl il-Baħar Lukandi 0 0 0 Guest Houses 1 (24 sodda) 0 0 Hostels 0 0 0

Il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar — Stabbilimenti tal-catering - Applikazzjonijiet approvati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm stabbilimenti tal-catering ġew approvati mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu matul din is-sena, fil-Mellieħa, in-Naxxar, u San Pawl il-Baħar? Jista’ jgħid ukoll f’liema kategoriji ta' catering ġew approvati dawn l-istabbilimenti?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ liċenzji ta’ stabbilimenti tal-catering li ġew approvati matul din is-sena fl-inħawi tal-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar huwa kif isegwi: Mellieħa Naxxar San Pawl il-Baħar Ristoranti 1 1 3 Snack Bars 0 1 4 Take-Aways 2 1 1

Investiment għal bajjiet biex jiżdiedu iktar faċilitajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema bajjiet hu mistenni li jsir investiment fihom matul is-sena 2024 biex jiżdiedu iktar faċilitajiet fl-istess bajjiet? Jista’ jgħid ukoll għal liema xogħol diġà ġew sottomessi applikazzjonijiet ta' żvilupp jekk tali permessi huma meħtieġa?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Ħaddiema mhux tal-UE – Taħriġ fl-industrija tat-turiżmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min ser ikun qed jipprovdi t-taħriġ neċessarju sabiex il-ħaddiema barranin minn barra l-Unjoni Ewropea li jaħdmu fl-industrija tat-turiżmu jingħataw “Skills Card”?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-taħriġ u l-assessjar se jsiru esklussivament mill-ITS.

Ħaddiema mhux tal-UE – Taħriġ fl-industrija tat-turiżmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif intgħażlet il-kumpanija li ser tipprovdi t-taħriġ neċessarju sabiex il-ħaddiema barranin minn barra l-Unjoni Ewropea li jaħdmu fl-industrija tat-turiżmu jingħataw “Skills Card” u kemm huwa l-valur tal-kuntratt illi ngħatalha?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13544.

Industrija tat-Turiżmu — Ħaddiema mhux tal-UE - Ammont

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ ħaddiema barranin minn barra l-Unjoni Ewropea li jaħdmu fl-industrija tat-turiżmu?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Sena 2022 — Eko-Kontribuzzjoni - Somma miġbura

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet is-somma ta’ eko-kontribuzzjoni miġbura fis-sena 2022 fuq l-iljieli tat-turisti li ġew Malta u kif intefqet din is-somma?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12581.

Buġibba – Xogħol fil-pjazza

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq il-Pjazza ta' Buġibba? Jista’ jgħid ukoll kemm hu mistenni li jdum għaddej ix-xogħol sakemm jitlesta u jekk hemmx xi bidliet fil-pjanti li fuqhom hu mistenni li jsir ix-xogħol f'dan il-post?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett tal-upgrading tal-Pjazza ta’ Buġibba bħalissa jinsab fil-fażi tat-tender document drafting. Il-proġett huma mistenni li jidba fix-xhur ta’ wara s-sajf 2024. Dan il-proġett, li se jitwettaq flimkien ma’ Infrastructure Malta, huwa mistenni li jdum għaddej madwar erbatax-il xahar. Il-pjanti sa issa għadhom l-istess li ġew approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar. Peress li s-sit huwa wieħed ċentrali, mhux eskluż li dawn il-parametri ikollhom xi tibdil.

Awtorità Maltija għat-Turiżmu — Riċeviment

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13315, jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-membri fid-delegazzjoni Maltija li kienu qed jattendu l-World Travel Market?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-delegazzjoni Maltija li kienet qiegħdha takkumpanjani fil-WTM kienet komposta miċ-Chief Advisor, mill-Kap tas-Segretarjat u mill-Uffiċjal tal-Komunikazzjoni fi ħdan is-Segretarjat tiegħi.

Ministeru għat-Turiżmu — Positions of Trust - Salarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-valur totali tas-salarji kollha għall-persuni kollha li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru jew xi entità li taqa’ taħtu għas-sena 2022?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ karigi/pożizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ fiduċja (persons of trust jew positions of trust) fil-Ministeru hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Forti Ricasoli – Ħlas għal kiri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm (l-ammont globali) ħallset il-kumpanija li informazzjoni dwarha qed jingħataw separatament biex jinżamm il-Forti Ricasoli minn mindu beda jintuża sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u għal kemm ġranet ġie mħallas dan l-istess ammont s’issa?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba, relatata maż-żamma u l-użu ta’ Forti Ricasoli, hija kummerċjalment sensittiva u għaldaqstant ma tistax tingħata.

Awtorità Maltija għat-Turiżmu — Riċeviment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa r-riċeviment li kien organizzat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) fit-38 sular tal-bini magħruf bħala The Gherkin ġewwa Londra, fl-okkażjoni tal-World Travel Market, nhar it-Tlieta 7 ta' Novembru 2023? Jista' jgħid min kien mistieden u x'kien l-għan li ried li jintlaħaq?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-avveniment organizzat ġewwa s-sit imsemmi, li sewa £30,262 (kollox inkluż) hu avveniment annwali fejn l-MTA tieħu l-okkażjoni biex tlaqqa’ stakeholders strateġiċi mir-Renju Unit, pajjiżi oħra Ewropej u l-Amerka b’mod informali ma’ ażjendi Malti li jkunu preżenti għal din il-fiera, kif ukoll mat-tim tal-Awtorita’ inkluż il-membri tal-Uffiċċju tal-Ingilterra li jkunu qegħdin jattendu WTM. Dan l-avveniment iservi wkoll, fost oħrajn, sabiex jiġu rikonoxxuti l-isforzi u t-tragwardi li ntlaħqu mill-MTA permezz tal-uffiċju ġewwa Londra flimkien mal-operaturi turistiċi u l-linji tal-ajru li jtiru lejn Malta mir-Renju Unit. Din is-sena l-uffiċju tal-MTA ġewwa Londra kien strumentali sabiex ikollna l-għola load factors fuq it-titjiriet lejn pajjiżna permezz ta’ kampanji strateġiċi ta’ marketing. Dan is-suċċess ġie rikonoxxut mill-istakeholders fir-Renju Unit fejn ivvutaw lill-uffiċċju tal-MTA ta’ Londra għal Star tourist Office team fi Travel Bulletin Star Awards. Din hi turija ċara li l-politika tal-amministrazzjoni preċendenti, ċjoe’ dik li tagħlaq l-uffiċċji tal-MTA f’pajjiżi barranin, kienet ibbażata fuq strateġija medjokri li kienet ser twassal għal telf bla preċedenti ta’ turiżmu lejn il-gżejjer Maltin.