Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34158 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jikkunsidra li jsir masterplan wieħed jew jekk hux qiegħed jikkunsidra masterplans speċifiċi għal diversi żoni f'Ħal Qormi bħalma huma l-Wied ta' Ħal Qormi, ir-roundabout ta' fejn l-Imgħallaq u r-roundabout ta' fejn Pavi/Greens/Lidl?
Ħal Qormi - Flyover - Problema tal-konġestjoni tat-traffiku
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34377, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-opzjonijiet li qed jiġu kkunsidrati biex issir flyover f’Ħal Qormi? Jista’ jgħid ukoll jekk sarux xi studji u meta se jkun hemm deċiżjoni dwar it-triq 'il quddiem?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-istudji għadhom għaddejjin.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34376, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju eżatt jinsab il-proċess tal-masterplan għal-lokalità ta’ Ħal Qormi? Jista’ jagħti skeda ċara dwar meta se jiġi ppreżentat jew ippubblikat dan il-masterplan, fid-dawl li s-sitwazzjoni ta' diversi toroq f'Ħal Qormi, bħal Triq San Bastjan, huma fi stat ħażin u se jkomplu jiddeterjoraw?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jkun hemm inċentivi biex iħeġġu bastimenti li jidħlu fil-portijiet tagħna sabiex jisseparaw l-iskart li jkun hemm fuq il-bastiment?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-bastimenti internazzjonali li jidħlu fil-portijiet Maltin huma diġa’ soġġetti għal obbligi lokali, Ewropej u internazzjonali fir-rigward tal-immaniġjar tal-iskart abbord. Dawn l-obbligi jinkludu l-obbligu li jkollhom fis-seħħ
Garbage Management Plan
li jistabbilixxi l-proċeduri dwar is-separazzjoni u d-dispożizzjoni xieraq tal-iskart.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Triq il-Għasel fil-Mosta titranġa, peress li tinsab fi stat ħażin ħafna, u jekk iva, meta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minkejja li Triq il-Għasel fil-Mosta ma ġietx nominata mill-Kunsill Lokali biex isiru xogħlijiet fiha fil-futur immedjat, Infrastructure Malta ser twettaq spezzjonijiet sabiex issir evalwazzzjoni tal-ħsarat u tkun tista’ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir bus shelter fil-waqfa 5674 bl-isem ‘Għeneb’, fi Triq Santa Katerina, Ħ’Attard, biex iservi ta’ lqugħ għal dawk li jużaw is-servizz tal-karozzi tal-linja?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Fid-dawl tal-istat ħażin f’partijiet minn Triq il-Wied, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji kollha ta’ meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq u x’xogħol hu ppjanat li jsir?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minkejja li Triq il-Wied, f’Ħal Qormi ma ġietx nominata biex isiru xogħlijiet fiha fil-futur immedjat, għadna għaddejjin b’taħditiet mal-Kunsilli Lokali sabiex ix-xogħol tat-toroq jiġi allokat skont l-esiġenzi u l-prijoritajiet tal-lokalita’ rispettiva tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-parkeġġ fl-area tal-American University of Malta (AUM) li jinsab quddiem il-Maċina, huwiex se jkun miftuħ għall-pubbliku jew hux ser jibqa magħluq?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-dgħajjes marbuta mal-moll tal-American University of Malta (AUM) mhux ser jitneħħew fl-aħħar ta’ Frar skont l-avviż li ħareġ fil-ġranet li għaddew mill-AUM stess? Jista’ jgħid ukoll jekk din il-kwistjoni hijiex riżolta darba għal dejjem u ċjoè, li l-AUM ser jirrifjutaw dan id-dritt jew dan huwiex ftehim temporanju?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30333 u fid-dawl tal-istat ħażin f’partijiet minn Triq il-Ħammieri, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji kollha ta’ meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq u x’xogħol hu ppjanat li jsir?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30594 u fid-dawl tal-istat ħażin f’partijiet minn Triq il-Ħelsien, f’Ħal Qormi, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji kollha ta’ meta hu ppjanat li jibda x-xogħol f’din it-triq u x’xogħol hu ppjanat li jsir?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33741, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u ċjoè: B’referenza għal-linji gwida l-ġodda dwar vetturi klassiċi, jista’ l-Ministru jgħid minn meta dawn daħlu fis-seħħ sal-lum, kemm kien hemm reġistrazzjonijiet ġodda u kemm saru spezzjonijiet mill-ġdid fuq vetturi ta’ dan it-tip, kif ukoll jipprovdi break down ta’ kemm minn dawn il-vetturi għaddew mill-ispezzjoni mill-ewwel u kemm m’għaddewx, maqsuma bejn applikazzjonijiet ġodda u dawk li saritilhom spezzjoni mill-ġdid?
Response (BONETT, CHRIS)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33741, ninfurmaha li kien hemm total ta’ 95 applikazzjoni ġdida u 339 applikazzjoni għal spezzjoni mill-ġdid.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi - Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Settembru 2025?
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm investigazzjoni interna dwar teħid ta’ flus għall-irmiġġ tad-dgħajjes quddiem l-American University of Malta (AUM) f’Bormla minn uffiċjali ta’ Transport Malta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġaladarba l-konfini tal-konċessjoni tal-AUM ma jaqgħux taħt il-kontroll ta’ Transport Malta, f'dan l-istadju m’hemmx il-ħtieġa ta’ investigazzjoni interna.
Madanakollu jekk xi ħadd għandu xi allegazzjoni fuq aġir kriminali fil-konfront ta’ xi ħadd mill-uffiċċjali ta’ Transport Malta, dan għandu jagħmel rapport, skond il-liġi, lill-Pulizija.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-moll ta’ quddiem l-American University of Malta (AUM) huwiex parti mill-konċessjoni li ta l-Gvern lil din l-entità u jekk iva, jista' jgħid ukoll għalfejn u fuq liema bażi ngħata dan il-moll?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk intlaħaqx ftehim ieħor mal-American University of Malta (AUM) biex id-dgħajjes fiż-żona ta’ bejn Bormla u l-Isla li huma marbuta mal-moll quddiem din l-entità, jibqgħu hemmhekk u ma jitneħħewx fl-aħħar ta’ Frar? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja ta’ dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BONETT, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.