Legislature:
Category:
Reset
Active:

Projects Malta – spiża fuq proġetti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm kienet l-ispiża fuq kull proġett li ħadmet fuqu Projects Malta mis-sena 2017 ‘il hawn (sena b’sena) u jagħti l-informazzjoni għal kull proġett fuq bażi individwali?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Open Data - datasets

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ dawk id-datasets li kwalunkwe entità fil-Ministeru tiegħu poġġiet fl-inizjattiva ta’ ‘Open Data’?

Response (BORG, IAN)

Hemm diversi datasets li l-Amministrazzjoni Pubblika tipprovdi permezz ta’diversi siti u portali tal-internet. Madankollu jekk wieħed jimxi fuq id-definizzjoni dejqa tat-terminu “Open Data” jiġifieri li d-datasets ikunu pprovduti bħala “machine-readable” u taħt liċenzja miftuħa (open licence) wieħed jista’ jgħid li s’issa għad m’għandniex dak in-numru li wieħed jistenna. F’dan il-kuntest biex Malta jkollha pjattaforma soda u numru adegwat ta’ datasets li jkunu jikkwalifikaw bħala “Open Data” tlesta abbozz ta’ avviż legali biex ikun ippubblikat taħt il-Kap. 546 li qed ipoġġi obbligu fuq dawk l-entitajiet kollha li għandhom tali datasets li jirreġistrawhom fuq il-portal nazzjonali tad-data u wara li jiġu kklassifikati. Jekk ikunu jaqgħu taħt il-klassi bħala data mhux sensittiva dawn għandhom ikunu ppubblikati l-ewwel nett fuq il-portal nazzjonali u jekk ikun il-każ fuq portal jew siti oħrajn.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — konsulenti ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tal-konsulenti kollha ingaġġati mill-Ministeru tiegħu minn Ġunju 2017 sal-lum u għal kull konsulent jgħid kif kien ingaġġat u x’inhuma t-termini tal-ħlas/benefiċċji tiegħu/tagħha?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. interpellant li l-konsulenti fi ħdan il-Ministeru huma ingaġġati skont il-Manwal rispettiv. Minn Ġunju 2017 sal-lum dawk ingaġġati bħala tali huma kif jidhru fit-tabella t’hawn taħt. Sena Isem Natura tal-Konsulenza Skala Sigħat 2017 Musumeci Robert Liġi amministrattiva u Leġislazzjoni dwar propjeta' Marbut ma' Skala 3 fis-Servizz Pubbliku 35 siegħa fil-ġimgħa 2017 Mizzi Charles ** Proġetti ta' skala kbira relatati mal-manifest elettorali u miżuri tal-budget Marbut ma' Skala 3 fis-Servizz Pubbliku 2017 Muscat Jesmond * Ippjanar u proġetti Infrastrutturali Marbut ma' Skala 4 fis-Servizz Pubbliku 2017 Chetcuti Sandro Opinjonijiet tekniċi dwar is-Suq tal-Propjeta' Marbut ma' Skala 3 fis-Servizz Pubbliku 20 siegħa fil-ġimgħa 2018 Kostruzzjoni u Manutenzjoni Marbut ma' Skala 7 fis-Servizz Pubbliku 2018 Saliba Alexander ** Proġetti ta' skala kbira ffinanzjati mill-Unjoni Ewropeja fl-oqsma tat-Trasport u l-Bini Marbut ma' Skala 3 fis-Servizz Pubbliku 2018 Scerri Silvio * Ħolqien ta' Awtorita' ġdida li tirregola s-settur tal-bini u kostruzzjoni Marbut ma' Skala 3 fis-Servizz Pubbliku * Kuntratt terminat fl-2018 ** Kuntratt terminat fl-2019

Qala Għawdex – Triq il-Wileġ u Triq il-Kunċizzjoni – sistema implimentata minħabba trakkijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sistema ġiet implimentata fi Triq il-Wileġ u Triq il-Kunċizzjoni fil-Qala Għawdex biex jittaffew il-problemi li qed jiffaċċjaw ir-residenti minħabba n-numru ta’ trakkijiet li jgħaddu kuljum minn dawn it-toroq biex imorru f’impjanti u barrieri li hemm fil-qrib? Jista’ jpoġġi site plan jew pjanta fuq il-Mejda tal-Kamra dwar dan l-arranġament u s-sistemi ta’ one way għat-trakkijiet? Jista’ jgħid jekk in vista ta’ dawn it-tabelli, hemmx permess lil xi trakkijiet biex xorta waħda jgħaddu minn Triq il-Wileġ? Jekk iva, kemm-il trakk ingħata dan il-permess u x’kienet ir-raġuni li ngħataw dan il-permess?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li Transport Malta approvat sistema ta’ immaniġjar ta’ traffiku għal vetturi kbar fil-Qala, Għawdex f’Lulju tal-2015 fuq talba ta-Kunsill Lokali tal-Qala. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan l-arranġament fejn huwa spjegat li Transport Malta ma tat l-ebda permess lil xi trakkijiet partikulari.

Ħaddiema tax-xatt — pagi

Question

Billi dan l-aħħar fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru saru taħdidiet mal-ħaddiema tax-xatt li minbarra l-isfida tal-pandemija, ġiet diskussa wkoll il-qagħda eżistenti u inġusta dwar ħaddiema tax-xatt li jaħdmu fuq l-istess lant tax-xogħol b’kundizzjonijiet u pagi ferm differenti minħabba t-tibdil li saru fil-kuntratti fl-2017, u fejn anke hu magħruf li l-Ewropa talbet spjega lill-Gvern Malti, fejn il-gvern ma rrispondiex fil-ħin, anzi talab estensjoni biex jagħmel is-sottomissjonijiet fi żmien tliet xhur oħra, għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid x’rimedju ser jittieħed minnufih biex tinbidel id-deċiżjoni xejn raġunata li ttieħdet fis-sena 2017?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ħaddiema tax-xatt

Question

Uħud mill-Ħaddiema tax-Xatt li huma liċenzjati, għandhom id-dritt li l-wild tagħhom jiġi impjegat awtomatikament u jiġi liċenzjat bħala ħaddiem tax-xatt għalhekk dan ifisser li aħna bħala pajjiż membru tal-Ewropa, fix-xatt għandna sitwazzjoni ta’ monopolju li ta’ lanqas ser ikarkar għal-żewġ ġenerazzjonijiet, jiġifieri madwar 80 sena oħra u għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid b’liema mod dan hu aċċettat mill-Gvern li jkun ġust u jħares li ma jkunx hemm preferenzi bejn il-ħaddiema li jaħdmu l-istess għamla ta’ xogħol u fuq l-istess lant tax-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ħaddiema tax-xatt liċenzjati- ingaġġ

Question

B’referenza għall-ħaddiema tax-xatt li huma liċenzjati, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew il-mod kif ġew ingaġġati bħala ħaddiema tax-xatt bir-regoli l-ġodda tal-2017?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ħaddiema tax-xatt casual port workers

Question

B’referenza għall-Ħaddiema tax-Xatt hekk imsejħa casual port workers u li huma self-employed, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt eżistenti u oħrajn li seta’ kien hemm qabel dan preżenti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ħaddiema tax-xatt

Question

B’referenza għall-Ħaddiema tax-Xatt, jista’ l-Ministru jgħid x’penali jew konsegwenzi jistgħu jiġu imposti mill-Ewropa fuq pajjiżna, jekk il-gvern jibqa jgħaddas rasu u jħalli s-sitwazzjoni kif inhi jew iraqqaha b’mod kosmetiku?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Transport Malta – kirja tal-gabbani fid-daħla tal-Belt

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15374 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jikkunsidra li Transport Malta teżenta lill-kerrejja tal-gabbani fid-daħla tal-Belt mill-kirja għall-perjodu tal-COVID-19 hekk kif dawn kienu sfurzati jagħlqu minħabba li l-bejgħ waqaf għal kollox? Jikkunsidrax ukoll li japplika l-istess, għall-gabbani l-oħra li ffaċċjaw l-istess diffikultajiet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

San Pawl il-Baħar – Dawret in-Nawfraġju — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jsir xogħol f'Dawret in-Nawfraġju, San Pawl il-Baħar, u jekk iva x'tip ta' xogħol hemm ippjanat u meta hu ppjanat li jsir dan ix-xogħol? Jista' jgħid jekk hemmx ippjanat li jsir xogħol fi Triq il-Kaħli, San Pawl il-Baħar, u jekk iva x'tip ta' xogħol hemm ippjanat u meta hu ppjanat li jibda u jitlesta dan ix-xogħol?

Response (BORG, IAN)

It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajji¿na jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq fil-pajjiż. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis. Bħala parti minn dan il-pjan, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment diġa qed iħalli l-frott mixtieq, b’għexieren ta’ toroq residenzjali mibnija mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna. Is-sena li għaddiet Infrastructure Malta bniet mill-ġdid aktar minn 130 triq residenzjali f’għadd ta’ lokalitajiet differenti. Waqt li eluf ta’ familji li joqogħdu f’dawn il-130 triq diġà qegħdin igawdu minn ambjent aħjar barra minn djarhom, bħalissa għaddejin xogħlijiet f’ħafna toroq residenzjali oħra. Uħud minnhom dalwaqt ikunu lesti. Hemm ikkuntrattati wkoll il-bini mill-ġdid ta’ 150 triq oħra għax-xhur li ġejjin. Fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar diġà nbnew mill-ġdid dawn it-toroq residenzjali - Triq il-Luzzu, Triq Għawdex, Triq it-Turisti, Triq Port Ruman, Triq l-Istamnar, Triq Nicola Ardonio, Triq Ġu¿eppi Despot, waqt li bħalissa qed issir Triq Luigi Preziosi. Triq il-Kaħli hija fost diversi toroq oħrajn f’din il-lokalità li se jinbnew mill-ġdid fix-xhur li ġejjin li jinkludu Triq Ibħra, Triq il-Mistrieħ, Triq Tanti, Triq il-Ġifen, Triq Annetto Caruana, triq ġdid ma’ Triq Andrew Cunningham u Triq Paderborn. Infrastructure Malta kontinwament tagħmel ukoll xogħlijiet ta’ manutenzjoni f’diversi toroq oħrajn madwar il-pajji¿ kollu. Qabel is-sajf tas-sena li għaddiet saru tiswijiet estensivi fi 17-il triq f’San Pawl il-Baħar sakemm dawn jinbnew mill-ġdid li kienu Triq Isouard, Triq Toni Bajada, Triq Ċensu Tanti, Triq iċ-Ċagħaq, Triq l-Ibħra, Triq il-Ġifen, Triq Sant’ Antnin, Triq il-Ħalel, Triq iċ-Ċern, Triq is-Sajjieda, Triq J. Quintinus, Triq Annetto Caruana, Triq il-Port Ruman, Triq il-Maskli, Triq l-Imħar, Dawret il-Gżejjer u Triq ir-Ramel. Dawret in-Nawfraġju hija triq mibnija fuq soqfa ta’ bini li hemm taħtha u l-istat tagħhom bħalissa qed jiġi studjat minn entità oħra biex jiġi stabbilit kif jista’ jsir ix-xogħol f’din it-triq b’mod sigur u sostenibbli.

Il-Mellieħa – Palazz tal-Marfa u l-Batterija ta’ Wied Musa – sitwazzjoni preżenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni preżenti tal-Palazz tal-Marfa (limiti tal-Mellieħa) u l-Batterija ta' Wied Musa, binja storika li tmur lura sa minn Żmien il-Kavallieri, li tinsab fl-istess viċinanzi u fl-istess waqt ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dokumenti kollha relatati mal-proċess ta' espressjoni ta' interess li l-Gvern kien nieda f'Ottubru 2013 u li sussegwentament fl-2015 il-Gvern kien ħabbar li kumpanija privata kienet rebħet id-dritt li tiżviluppa dan is-sit?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi deċiżjoni finali fir-rigward tal-espressjoni ta’ interess fir-riġenerazzjoni tal-Palazz tal-Marfa għad trid tittieħed. Sadanittant il-propjeta' għadha f’idejn l-Awtorità tal-Artijiet.

Il-Mellieħa – Triq Lewis Wettinger – qisien tal-bike lane u tal-karreġġjati

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15156 fejn il-Ministru rrefera għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15154 u peress li f’din it-tweġiba mhemmx l-informazzjoni mitluba, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15156 u jagħti l-qisien preċiżi aġġornati ta’ kemm se tkun wiesa’ l-bike lane u l-wiesgħa tal-karreġġjati tal-Bypass tal-Mellieħa (Triq Lewis Wettinger) wara li ftit tal-ġimgħat ilu suppost saru l-culverts fuq l-istess triq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Kosta fil-Mellieħa u San Pawl il-Baħar — slielem

Question

Jista’ l-Ministru jindika fejn ser ikunu qed isiru s-slielem u meta dawn ser ikunu qed jitpoġġew f’posthom fil-konfini tal-kosta fil-Mellieħa u f’San Pawl il-Baħar (Buġibba u Qawra)?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din id-domanda għandha ssir lill-Ministeru kkonċernat, f'dan il-każ, il-Ministeru għat-Turiżmu.

Post — każ ta' familja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15445 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta l-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament se jgħaddi fuq il-Gvern biex imbagħad jibda jsejjaħ lill-familja?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Il-Mistra — xiri ta' raba'

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistax jieħu deċiżjoni sabiex tender għal għalqa fil-Mistra li l-avviż għall-offerta huwa Advert 64 li ħarġet għall-offerta bl-inqas prezz ta' €2,300 tkun revokata sabiex din l-għalqa ma tibqax fis-suq bil-prezz ta' €2,300, peress li huwa għoli wisq biex tkun mixtrija mill-bdiewa? Jista' jgħid x'inhi l-policy tal-Gvern sabiex jara li r-raba' tal-Gvern li jitpoġġew għall-offerti, ma jibqgħux jitpoġġew fis-suq b'prezz li jagħmluha impossibbli li r-raba' tinxtara mill-bdiewa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istimi u l-valutazzjonijiet isiru minn periti mqabbda mill-Awtorità, skont id-dispożizzjonijiet tal-Kap 573 tal-ligijiet ta’ Malta.

Awtorità tat-Trasport – kriterji għal valutazzjoni tal-vetturi għal ħlas tar-reġistrazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi kriterji eżattament jiġu segwiti mill-Awtorità tat-Trasport sabiex din tagħmel il-valutazzjoni tal-vetturi għall-finijiet tal-ħlas tar-reġistrazzjoni tal-istess vetturi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport li l-bażi għall-kalkolu tal-valuri ta’ reġistrazzjoni huma l-prezzijiet tas-suq miġbura mis-suq lokali u informazzjoni dwar l-ispiża, l-Assikurazzjoni u l-Merkanzija (CIF) u l-valuri tal-prezzijiet ta’ vetturi ġodda provduti minn Transport Malta. Il-formula bażika għall-istima tal-valur tar-reġistrazzjoni ta' mudell partikolari hija l-prezz medju użat immultiplikat bl-iskalar medju CIF, jiġifieri CIF / prezz il-ġdid. Minħabba li l-biċċa l-kbira tal-vetturi użati li huma rreġistrati jinġiebu f'Malta mir-Renju Unit, huwa loġiku li tagħmel użu minn database eżistenti li tipprovdi lista ta' vetturi bħal dawn u l-attributi tagħhom. L-informazzjoni tkun tinkludi derivattivi, daqs tal-magna, tip ta' fjuwil, emissjonijiet tal-karbonju, emissjonijiet ta' materja partikulata, tul, eċċ. liema informazzjoni hija importanti għall-finijiet tal-kalkolu tat-taxxa tar-reġistrazzjoni. Peress li s-suq Malti huwa ta' daqs limitat u jista' jkun hemm differenzi bejn vetturi miġjuba jew importati ġodda u dawk miġjuba jew importati użati f'Malta, wieħed mill-kunċetti ewlenin sottostanti tal-metodoloġija adottata biex tipprovdi valuri ta' reġistrazzjoni għal kwalunkwe vettura rreġistrata f'Malta hija li tistabbilixxi relazzjoni bejn is-suq lokali tal-vetturi bil-mutur u l-valuri tal-bejgħ tas-suq (UK) kif ippubblikat minn CAP UK. B'dan il-mod is-sistema tkun tista' tikkalkula l-valuri tar-reġistrazzjoni għall-maġġoranza tal-vetturi użati li jinġiebu f'Malta. Barra minn hekk l-informazzjoni tkun disponibbli istantanjament għal individwi li jfittxu li jġibu vettura użata a priori permezz tas-sit ta’ Transport Malta. Dan ikun jippermetti wkoll li l-valuri ta’ reġistrazzjoni jiġu aġġornati kull xahar, li jirriflettu x-xejriet li qed jinbidlu fis-suq. Is-sistema wkoll tkun tista’ tippubblika l-valuri ta' reġistrazzjoni għal firxa wiesgħa ta' vetturi u mudelli, anke għal dawk li qatt ma jidħlu fis-suq lokali bħala ġodda. Ir-rwol tal-valuri ta' reġistrazzjoni fil-komputazzjoni tat-taxxa li tinġabar wara r-reġistrazzjoni ta' kwalunkwe vettura huwa li jaqbad il-kunċett ta' deprezzament fejn ikun assigurat li vettura użata li tinġieb Malta tħallas taxxa ta' reġistrazzjoni daqs it-taxxa residwa li jinsab fil-valur tal-prezz ta’ vettura ekwivalenti jew simili li kienet tiddaħħal ġdida f’Malta. Ġeneralment, il-valur ta' vettura jittieħed biex jiddeprezza mill-mument li hija rreġistrata u dan it-tnaqqis fil-valur jittieħed f'kunsiderazzjoni meta tiġi applikata t-taxxa tar-reġistrazzjoni fuq vetturi użati. Dan isir bl-inklużjoni ta' elementi ta' età u kilometraġġ li jikkunsidraw l-aspett ta' ‘wear and tear’ fil-valur tal-vettura.

Bastiment – liċenzja

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14198, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Europa 11 huwiex jew le liċenzjat biex ibaħħar sa 4 mili nawtiċi mill-kosta biss?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport li l-bastiment Ewropa II huwa liċenzjat li jkun jista’ jbaħħar aktar minn 4 mili nawtiċi mill-kosta, skont il-Kodiċi tan-Non-Convention Vessels.

Vetturi li ġew garaged

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew garaged vetturi kull xahar matul ix-xhur ta' Frar, Marzu, April u Mejju 2020? Jista' jgħid kemm kien it-telf fi ħlas ta' liċenzji għal Transport Malta minn dan l-iggaraxxjar ta' dawn il-vetturi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ammont ta’ vetturi garaged kull xahar matul ix-xhur ta' Frar, Marzu, April u Mejju 2020 huwa kif jidher: 2020JannarFrarMarzuAprilMejju Vetturi Garaged1,0038972,3052,8221,439 Hija fażi normali li matul is-sena sidien tal-vetturi jiggaraxxjaw il-vettura tagħhom speċjalment fix-xhur li ma jkunux ser jużaw il-vettura u dan sabiex jiffrankaw l-ħlas ta’ liċenzja ta’ triq kif ukoll l-ħlas ta’ l-assikurazzjoni kif fil-fatt ġara dawn l-aħħar xhur imħabba l-pandemija COVID-19 u għaldaqstant ma jistax jiġi kwantifikat jekk kienx hemm telf ta’ liċenzji.

Bastiment – certification for the safety equipment

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14200, jista’ l-Ministru jgħid jekk is-Certification For Safety Equipment tal-Europa 11 huwiex skadut jew le?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorita’ tat-Trasport li ċ-ċertifikazzjoni tal-Europa II hija valida.