Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex isir parkeġġ aktar adegwat f'Wied iż-Żurrieq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-viżjoni tal-Gvern hi li ser jaħdem biex jingħataw inċentivi sabiex jinħolqu parkeġġi ġodda speċjalment f’żoni urbani fejn tintuża wkoll it-teknoloġija moderna bħal-apps u tabelli teknoloġiċi fejn jindikaw il-parkeġġi disponibli. Qed nieħu nota u nifhem li hija x-xewqa tal-kommunita’ li jkun hemm zieda ta’ spazji ghal parkeġġi fiż-żona msemmija wkoll.
Jista’ l-Ministru jagħti l-ġurnata jew xahar meta bdew jitwaħħlu l-cameras l-ġodda fit-toroq tagħna (dawk fuq arbli suwed)?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, li-ġurnata jew xahar meta bdew jitwaħħlu l-cameras l-ġodda fit-toroq tagħna (dawk fuq arbli suwed) huwa kif imsemmi hawn taħt;
L-installazzjoni tal-arbli bdiet fil-ħmistax ta' Mejju 2019 u cameras fil-wieħed u għoxrin ta Mejju 2019.
Memorandum bejn Transport Malta u l-Kummissarju tal-Pulizija – aċċess għal cameras
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Memorandum iffirmat bejn Transport Malta u l-Kummissarju tal-Pulizija ‘lbieraħ dwar l-aċċess lill-Korp tal-Pulizija għall-cameras ta’ Transport Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, il-‘cameras’ ta’ Transport Malta ma jagħtuwx aċċess dirett lil Pulizija. Preżentament hemm eżerċizzji u taħdidiet mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Informazzjoni u tal-Protezzjoni tad-Data w iktar informazzjoni tingħata fil-jiem li ġejjin.
Diskussjonijiet bejn Transport Malta u l-Kummissarju tad-Data Protection – twaħħil ta’ cameras
Question
Jista’ l-Ministru jelenka fid-dettal id-diskussjonijiet li Transport Malta kellha mal-Kummissarju tad-Data Protection qabel sija t-twaħħil tal-cameras l-ġodda fit-toroq tagħna u sija biex jingħata aċċess lill-Pulizija għalihom? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull parir bil-miktub li l-Kummissarju tad-Data Protection ta f’dan ir-rigward?
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9486, jista’ l-Ministru jgħid:
a. meta beda x-xogħol imsemmi;
b. fiex wasal; u
c. jekk tlesta, meta tlesta;
fi Triq il-Mistrieħ f’San Pawl il-Baħar?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11218.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9486, jista’ l-Ministru jgħid:
a. meta beda x-xogħol imsemmi;
b. fiex wasal; u
c. jekk tlesta, meta tlesta;
fi Triq Ċensu Tanti, f’San Pawl il-Baħar?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11218.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9486, jista’ l-Ministru jgħid:
a. meta beda x-xogħol imsemmi;
b. fiex wasal; u
c. jekk tlesta, meta tlesta;
fi Triq il-Ġifen f’San Pawl il-Baħar?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11218.
San Pawl il-Baħar – Triq Annetto Caruana — xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9486, jista’ l-Ministru jgħid:
a. meta beda x-xogħol imsemmi;
b. fiex wasal; u
c. jekk tlesta, meta tlesta;
fi Triq Annetto Caruana f’San Pawl il-Baħar?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11218.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9486, jista’ l-Ministru jgħid:
a. meta beda x-xogħol imsemmi;
b. fiex wasal; u
c. jekk tlesta, meta tlesta;
fi Triq Paderborn f’San Pawl il-Baħar?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11218.
San Pawl il-Baħar – Triq Sir Luigi Preziosi — xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9486, jista’ l-Ministru jgħid:
a. meta beda x-xogħol imsemmi;
b. fiex wasal; u
c. jekk tlesta, meta tlesta;
fi Triq Sir Luigi Preziosi f’San Pawl il-Baħar?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11218.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru tiegħu u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu min-nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid minn min saru u dwar xiex saru dawn it-talbiet? Jista’ jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, lill-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali u lill-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru hu kif jidher hawn taħt:
Ġunju – Diċembru 2017: 19
Jannar – Diċembru 2018: 68
Jannar – Settembru 2019: 85
Minn dawn kien hemm 63 milqugħa, 72 rrifjutati u 37 għadhom pendenti.
Dawk li ġew irrifjutati kien minħabba li l-informazzjoni mitluba ma kinitx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2007, liema proġetti li ġew approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar li fihom kien hemm kundizzjonijiet li jingħataw fondi għall-użu fil-lokalità ta’ Birżebbuġa u kienx hemm permessi meta l-Awtorità tal-Ippjanar approvat li jingħataw fond b’risq il-lokalità u xi entità oħra governattiva irrevokat dik id-deċiżjoni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant skont ma jien infurmat mill-Awtorita’ tal-Ippjanar, qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista li turi n-numru tal-applikazzjoni, deskrizzjoni tal-proposta u l-indirizz ta’ fejn ntalab li jsir ix-xogħol f’Birżebbuġa li ġew approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar mill-2007 l’hawn, li kienu jinkludu kundizzjoni li titlob li l-applikant iħallas flus bħala planning gain.
Min dawn, skond is-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar, ma jidher li l-ebda permess ma ġie annullat min xi entità oħra. Però jekk il-permess ma jkunx ġie revokat, kif mistoqsi mill-Onorevoli interpellant, iżda s-somma li kella titħallas tnaqqset jew inħafret, din l-informazzjoini ma tkunx jista’ tinġabar mis-sistema.
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar dwar applikazzjonijiet għal permess ta’ żvilupp, fejn il-kunsill lokali miżmum fis-sistema jinkludi dak ta’ Birżebbuġa u d-deċiżjoni li tiġi approvata l-applikazzjoni ttieħdet mill-Awtorità stess.
San Ġiljan — Triq Zammit Clapp u Triq Dun Ġużepp Xerri - tarmak
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta ħa jitlestew dawn it-toroq bit-tarmak ġdid:
a. Triq Zammit Clapp f'San Ġiljan; u
b. Triq Dun Ġużepp Xerri, San Ġiljan
Response (BORG, IAN)
It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta bħalissa qed tibni mill-ġdid 120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra.
Minbarra dawn it-toroq, l-aġenzija qed tagħmel ukoll xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn inkluż toroq rurali.
It-toroq indikati huma uħud milli se jsiru fiż-żmien li ġej.
L-aġenzija tieħu ħsieb li, wara li jkunu saru l-konsultazzjonijiet meħtieġa, tgħarraf id-dati ta’ meta jkunu ser jibdew xogħlijiet f’toroq speċifiċi lill-pubbliku u lil dawk konċernati, direttament.
Jista' l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu sabiex kemm jista' jkun il-baħar fil-Port l-Kbir jitnaddaf?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, f’Malta għandha kuntratt ma’ kuntrattur speċjalizzat li jiġi msejjaħ meta jkun hemm il-bżonn li jinġabar żejt jew ammont kbir ta’ skart jew “flotsam” mill-baħar li jista’ jkun ta’ periklu għan-navigazzjoni. Il-kuntrattur imsemmi jrid ikun pront erbgħa u għoxrin siegħa kuljum biex jipprovdi dan is-servizz meta jiġi msejjaħ. Każijiet ta’ tixrid ta’ żejt jiġu wkoll mgħoddija lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għall-azzjoni neċessarja.
F’ċirkustanzi normali ta’ skart li jiġi rraportat fil-baħar, l-Awtorità tinforma lid-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni biex tittieħed azzjoni meħtieġa biex ikun jista’ jinġabar.
Barra minn hekk, kull proġett li qed isir f’żona marittima qed ikun suġġett għal skrutinju mill-Awtorità tal-Ambjent. Il-proċess jinkludi li jittieħdu kampjuni mill-materjal li jkun ser jittella’ mill-baħar u jintbagħat barra minn Malta għal analiżi xjentifika. Skont ir-riżultati jiġi speċifikat il-metodu li għandu jintuża biex jintrema l-materjal inkwistjoni.
Bħalissa għaddejjin ukoll tħejjijiet biex fiż-żmien li ġej partijiet mill-Port il-Kbir jitħammlu. Din hi miżura li biha ser inkunu qed inneħħu ammont sostanzjali ta’ materjal li nġemgħa fil-Port u permezz ta’ hekk inżidu l-pixka tant meħtieġa għall-bastimenti.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu bastiment merkantili tul dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena kurrenti?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil Onor. Interpellant li skont ma jien infurmat mill-Awtorità tat-Trasport, in-numru ta’ bastiment merkantili li daħlu Malta matul dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena kurrenti kien jammonta għal 4281.
Jista' l-Ministru jispjega l-iskop tal-mass surveillance cameras (dawn li huma ma' arbli suwed) li qed jitwaħħlu f'diversi toroq? Min ħa din id-deċiżjoni u kemm se jitwaħħlu cameras ta' dan it-tip? Jista' jgħid jekk tali cameras humiex facial recognition?
Response (BORG, IAN)
Bi tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11079, nitlob lill-Onor. Interepellent ikun aktar preċiż rigward liema cameras u lokalitajiet qed jirreferi għalihom fil-mistoqsija tiegħu. Nitlob ukoll lill-Onor. Interpellant jispjega xi jrid ifissir bit-terminoloġija użata ‘Mass Surveillance Cameras’.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9486, jista’ l-Ministru jgħid:
a. meta beda x-xogħol imsemmi;
b. fiex wasal; u
c. jekk tlesta, meta tlesta;
f’Xatt il-Pwales f’San Pawl il-Baħar?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija 11217.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9486, jista’ l-Ministru jgħid:
a. meta beda x-xogħol imsemmi;
b. fiex wasal; u
c. jekk tlesta, meta tlesta;
fi Triq it-Tamar f’San Pawl il-Baħar?
Response (BORG, IAN)
Huwa ta’ sodisfazzjon li l-Oppożizzjoni qed tirrealizza l-bżonn li ninvestu bi sħiħ fit-titjib tat-toroq wara li kienet ivvutat kontra t-twaqqif ta’ Infrastructure Malta. Issa mhux biss qed taqbel mat-twaqqif ta’ din l-aġenzija, iżda saħansitra qed tieħu interess fil-ħidma tagħha u taqbel li din hija strumentali biex pajji¿na jkollu infrastruttura aħjar.
It-titjib fl-infrastruttura ta’ pajjiżna jinsab fuq quddiem nett tal-ħidma ta’ dan il-Gvern. Dan l-impenn qed jitwettaq permezz ta’ pjan ta’ ħidma b’investiment bla preċedent biex fis-snin li ġejjin inkomplu ntejbu l-kwalità, l-effiċjenza u s-sigurtà tal-infrastruttura tat-toroq f’Malta u Għawdex. Dan il-pjan qed jiġi mwettaq b’mod gradwali, iżda mingħajr telf ta’ ħin, sabiex nilħqu din il-mira mill-aktar fis.
Infrastructure Malta bħalissa qed tibni mill-ġdid 120 triq residenzjali li kienu fl-ewwel lista tat-toroq li se jsiru din is-sena ffinanzjati mill-investiment ta’ €700 miljun. Ħafna minn dawn it-toroq diġà tlestew jew waslu fl-aħħar xogħlijiet. Warajhom jibda x-xogħol f’toroq oħrajn mit-tieni lista li diġà tħabbret ta’ madwar 170 triq residenzjali oħra.
Minbarra dawn it-toroq, l-aġenzija qed tagħmel ukoll xogħlijiet f’diversi toroq oħrajn inkluż toroq rurali.
Ix-xogħol fit-triq indikata beda. F’dan il-każ partikolari x-xogħlijiet ikunu jistgħu jitkomplew meta xogħlijiet relatati minn terzi jitlestew fl-istess triq.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 9486, jista’ l-Ministru jgħid:
a. meta beda x-xogħol imsemmi;
b. fiex wasal; u
c. jekk tlesta, meta tlesta;
fi Triq il-Luzzu f’San Pawl il-Baħar?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija 11217.