Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal – tender jew direct order lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18204 u jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu, tawx tender jew direct order lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Meta ngħataw, ta’ kemm kienu u abbażi ta’ xiex?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ma ngħataw l-ebda tenders u/jew direct orders, lil kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod separat.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — karozzi mixtrija/mikrija

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bid-ditta u mudell tal-karozza/i ministerjali li jaqgħu taħt il-portafoll tiegħu, inkluż tas-segretarju parlamentari fejn hu l-każ, jekk hux mixtrija jew mikrija, u jgħid kemm swiet biex inxtrat jew kemm qiegħda tinkera jekk mikrija?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-informazzjoni mitluba minnhu hija kif tidher fit-tabella t’hawn taħt: Entita’/Dipartiment Għamla tal-Karozza In-Numru ta’ Reġistrazzjoni tal-Karozza Jekk Mikrija, niżżel l-isem tal-kumpanija mingħand min qed tinkera l-karozza Prezz tal-kera kull ġurnata Ministeru Segretarjat (Karozza Ministerjali) Mercedez Benz PQZ479 (GM12) MSG Car Hire €32,20 VAT eskluż

Incredible Years Programme – korsijiet għat-trobbija pożittiva

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm ġew organizzati korsijiet ta’ trobbija pożittiva bbażat fuq il-programm Incredible Years Programme matul dawn l-aħħar tliet snin?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul dawn l-aħħar 3 snin ġew organizzati 11 - il kors ta’ trobbija pożittiva bbażat fuq il-programm Incredible Years Programme.

Manuals lill-ġenituri għat-trobbija ta’ uliedhom

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21094, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-manuals li jingħataw lill-ġenituri sabiex ikollhom iktar għodod biex jgħinuhom fit-trobbija ta’ uliedhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.

It-Tielet Distrett – familji vulnerabbli — assessjar

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 21142, jista’ l-Ministru jindika kemm sar assessjar ta’ familji vulnerabbli li joqogħdu fit-Tielet Distrett? X’għandhom jagħmlu dawk il-familji li jixtiequ l-għajnuna u li joqogħdu f’dawn il-lokalitajiet?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, kif ġa weġibt għall-mistoqsija parlamentari 21329, l-għadd ta’ familji li ġew assessjati huwa ta’ 132. Kif diġa’ weġibt fit-tweġiba tiegħi għal mistoqsija numru 21328, min joqgħod f’ dawn il-lokalitajiet jista’ jirrikori: 1. M’Scala Area Office, Indirizz: 59, Sunset, Triq il-Kappara, Marsascala Numri tat-telefon : 21522372 jew 9904 3256 jew 2. HBTS South Indirizz: 126/128, Fgura Local Council, Hompesch Road, il-Fgura Numri tat-Telefon: 2334 5226 jew 9910 3453 inkella 9910 3884

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, l-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — siġar u pjanti miżrugħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inżergħu siġar/pjanti mill-Ministeru tiegħu u l-entitajiet ta’ taħtu, mill-2008 sal-lum?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, mill-2008 sal-lum, tħawlu madwar 150 siġra.

Ċentri ta’ Riżorsi fil-komunità

Question

Jista’ l-Ministru jindika fejn huma allokati ċ-Ċentri ta’ Riżorsi fil-komunità li issa jaqgħu taħt l-Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Komunità? X’inhuma l-ħinijiet li jkunu miftuħa iċ-Ċentri kollha?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant, sabiex jirreferi għat-tweġiba parlamentari li ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 21328.

Persuni li jgħixu f’shelters

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jgħixu f’shelters għall-persuni li ma għandhomx fejn jgħixu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li jgħixu fid-diversi shelters għal persuni li huma homeless bħalissa huwa ta’ 102 li minnhom 77 huma irġiel u 25 huma nisa. Dawn ix-shelters huma ffinanzjati prattikament 100% mill-Gvern permezz tal-Line Vote għall-Public Social Partnerships li din is-sena jlaħħaq € 10,050,000 (għaxar miljun u ħamsin elf Ewro) apparti apparti € 835,000 (tmien mija u ħamsa u teltin elf Ewro) għall- Fondazzjoni Dar il-Hena li taħdem esklussivament bħala emergency shelter għall- homeless .

Persuni li jgħixu ġo faċilitajiet għall-attenzjoni minħabba vizzju tad-droga u alkoħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm għandna persuni jgħixu ġo faċilitajiet li qed jingħataw attenzjoni minħabba vizzju tad-droga jew alkoħol?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, bħalissa hemm total ta’ 75 persuna li qed isegwu programm ta’ rijabilitazzjoni mill-vizzju tad-droga u alkoħol f’waħda mit-3 faċilitajiet li jservu għal dan il-għan, f’pajjiżna.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — persons of trust u positions of trust

Question

Jista’ l-Ministru jindika n-numru ta’ persons of trust u positions of trust li hemm f’kull entità fi ħdan il-Ministeru tiegħu, fil-ġurnata li fiha qed issir din l-interpellanza?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija 20991

Familji li joqogħdu fin-Nofsinhar ta’ Malta

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21142, jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-għadd ta’ familji benefiċċjarji li joqogħdu fit-Tielet Distrett Elettorali? Possibbilment f’liema lokalitajiet joqogħdu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, t-tagħrif mitlub minnu huwa skont kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. Lokalitajiet ta 'residenza fit-Tielet Distrett Elettorali: Numru ta’ każijiet maħduma Jan-Diċ 2020 Ghaxaq 5 Marsaskala 32 Marsaxlokk 2 Zejtun 93 Total 132 N.B. In-numri jeskludu persuni li jistgħu jkunu l-ħabs, bla dar jew f’xi forma ta’ kenn.

Marsaskala: Benefiċċji Soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid in-numru ta’ residenti minn Marsaskala li qed jibbenefikaw minn xi forma ta’ benefiċċju soċjali u x’inhuma l-benefiċċji li qed jirċievu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ residenti minn Marsaskala li kienu jibbenifikaw minn benefiċċju soċjali fix-xahar t’April 2021 kien skont it-tabella ta hawn taħt. Benefiċċju Benefiċjarji residenti Marsaskala Allowance għal Carers 6 Allowance ta' Iltim 1 Allowance tat-Tfal 1,585 Allowance tat-Tfal 0 Allowance Tfal b'Di¿abilità 58 Allowance Tfal taħt Ħarsien 6 Assistenza Di¿abilità Severa 98 Assistenza għal Di¿abilità 8 Assistenza Mi¿juda Di¿abilità Severa 15 Assistenza Mi¿juda għal Carers 23 Assistenza Persuna b'Vista Batuta 7 Benefiċċju għal Di¿impjieg 16 Benefiċċju għal Leave tal-Maternità 4 Benefiċċju għal Waqt l-Impjieg 73 Benefiċċju Speċjali għal Di¿impjieg 2 Benefiċċju tal-Korriment 2 Benefiċċju tal-Mard 31 Benefiċċju tal-Maternità 4 Bonus Kontribuzzjonijiet Nieqsa 264 Bonus Twelid ta' Tarbija 44 Għajnuna Medika 203 Għajnuna Soċjali 108 Għajnuna Soċjali għal Di¿impjieg 21 Għajnuna Soċjali Mnaqqsa 30 Għajnuna Soċjali Protezzjoni Sussidjarja 45 Għajnuna Soċjali Unmarried Persons 63 Għajnuna Supplimentari 404 Għotja għal Carers 6 Għotja tal-Anzjani 559 Għotja ta¿-¯wieġ 2 Penjoni tar-Romol 331 Pensjoni Minima Nazzjonali 198 Pensjoni ta' Di¿abilità 2 Pensjoni tal-Età 68 Pensjoni tal-Invalidità 62 Pensjoni tal-Irtirar 132 Pensjoni ta¿-¯ewġ Terzi 1,069 Suppliment Allowance tat-Tfal 1,585 Suppliment Benefiċċju għal Waqt l-Impjieg 17

Familji li joqogħdu fin-Nofsinhar ta’ Malta

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21142, jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-għadd ta’ familji benefiċċjarji li joqogħdu fir-Raba’ Distrett Elettorali? Possibbilment jista’ jgħid f’liema lokalitajiet joqogħdu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, t-tagħrif mitlub minnhu huwa skont kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Lokalitajiet ta’ residenza fir-Raba’ Distrett Elettorali: Numru ta 'każijiet maħduma Jan-Diċ 2020 Fgura (kollha) 13 Gudja 5 Paola 16 Santa Lucija 7 Tarxien 12 Total 53 N.B. Id-dejta teskludi persuni li jistgħu jkunu l-ħabs, bla dar jew f’xi forma ta’ kenn.

Persuni li jbatu minn Fibromyalgia u Parkinson’s Disease

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20826 li oriġinarjament saret lill-Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm hawn persuni li jbatu minn Fibromyalgia u Parkinson’s Disease li huma iżgħar minn 61 sena, li jieħdu SDA u/jew pensjoni tal-invalidità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma tinżammx statistika dwar persuni li jbatu mill-kundizzjonijiet imsemmija li huma taħt il-61 sena wara li dawn ikunu ġew iċċertifikati mill-bord mediku maħtur taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali. Tajjeb jingħad li l-bord mediku jiddeċiedi l-każijiet skont il-legiżlazzjoni sussidjarja Tabelli għall-Indeboliment.

Servizz 179 — telefonati

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm telefonati fuq is-Servizz tal-179 is-sena l-oħra?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, t-tagħrif mitlub minnhu jinsab fir-Rapport Statistiku Annwali tal-Aġenzija Appoġġ li jinsab ippubblikat fuq is-sit elettroniku tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS). Dan ir-rapport jista’ jiġi aċċessat mis-sit elettroniku, li madanakollu, kopja tal-paġni fejn tissemma l-informazzjoni mitluba, qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra (paġni 69 u 73).

Aġenzija għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Komunità

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra min huma l-professjonisti li huma responsabbli tal-Aġenżija għas-Servizzi Terapewtiċi u fil-Komunità u possibbilment il-mezz ta’ kif wieħed jikkomunika magħhom possibbilment l-email addresses tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-indirizzi tal-uffiċini tas-servizzi fil-kommunità flimkien man-numri tat-telefon kemm fissi u kemm ċellulari jinsabu elenkati hawn taħt. Ċentri / Servizzi fil-Kommunità 1. Msida & B’Kara Community Services & Centre Indirizz : 168, Valley Road, Msida Numri tat-telefon: 22583200 u 99211963 jew 9901 6066 2. Cottonera (South Harbour Region) Community Centre: Indirizz: Ċentru Aċċess, St Edward Str, Vittoriosa. Numri tat-telefon 23985000 /10 / 11 / 12 / 13 / 17/ 18 / 22 / 99 jew 9924 4619 inkella 9906 0945 3. Santa Luċija Area Office: Indirizz: 14 Triq Ineż Soler, Sta Lucia Numri tat-telefon : 21695385 4. Żabbar Outreach Community Service: Indirzz : jopera minn St Edward Str, Vittoriosa Numri tat-telefon: 23985124/116 u 9978 4687 5. Kirkop (South East Region) Community Service and Centre, Indirizz: Triq San Pietru, Ħal-Kirkop Numri tat-telefon: 21640254 jew 21680121 jew 21640181 inkella 9906 1094 6. M’Scala Area Office, Indirizz: 59, Sunset, Triq il-Kappara, Marsascala Numri tat-telefon : 21522372 jew 9904 3256 7. Qormi Community (Western Region) Indirizz: 393/395, Triq il-Vitorja Ħal-Qormi Numri tat-Telefon : 21496045 / 21370788 / 89 / 90 / 91/ 92 / 93 jew 9906 0959 8. Valletta Community Centre (North Harbour Region) Indirizz: 72, Melita Street, Valletta Numri tat-Telefon: 2395 3117 / 11 / 12 / 13 / 14 / 15 / 18 / 19 jew 9901 0455 inkella 9995 3293 9. Qawra Community Centre (North Region) Indirzz: Triq il-Frejgatina, Il-Qawra Numri tat-Telefon: 2269 7111 / 14 / 16 / 17 / 28 / 142 jew 9921 1942 inkella 9955 7701 10. Mosta Community Service (Area Office), Indirizz: 42-3, St Anne Str, Mosta Numri tat-telefon: 2143 7447 jew 9978 4686 11. Għawdex FSWS Gozo Branch Operations, Indirizz: Triq il-Ħamrija, Ix-Xewkija - Telefon: 2258 8990 Ċentru għall-Familja fil-Kommunità, Indirizz: Triq il-Belliegħa, Ir-Rabat - Telefon: 2334 5020 Ċentru għall-Kommunità (Area Office) – Marsalforn Indirizz: Triq ta’ Barda, Marsalforn - Telefon: 2156 3925 Home Based Family Therapy Service (HBTS) 12. HBTS South Indirizz: 126/128, Fgura Local Council, Hompesch Road, il-Fgura Numri tat-Telefon: 2334 5226 jew 9910 3453 inkella 9910 3884 13. HBTS Central, Indirizz: 2nd Floor, Msida Local Council, Conception Str, Msida Numri tat-Telefon: 23345122 jew 9910 4219 14. HBTS North Indirizz: Qawra Centre, Triq il-Frejgatina, Qawra Numri tat-Telefon: 2143 3799 jew 2143 2485 inkella 9910 4559 15. HBTS - Għawdex FSWS Gozo Branch Operations, Indirizz: Triq il-Ħamrija, Ix-Xewkija - Telefon: 2258 8990 16. Programm ta’ Trobbija Pożittiva – Incredible Years Parenting Programme, Indirizz: 126/128, Fgura Local Council, Hompesch Road, il-Fgura Numri tat-Telefon: 2334 5223 jew 9903 1669

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — mandat ta' inibizzjoni kontra xi trade union

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-entitajiet fi ħdanu, u meta, li talbu l-ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni kontra xi trade union wara l-2017?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli, ma għandu jew kellu l-ebda entita’ fi ħdanu preżentament, li talbu ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni kontra xi trade union wara l-2017.