Redevelopment ta’ Mattia Preti House — Heritage Impact Assessment
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk intalabx u jekk il-Heritage Impact Assessment ġiex konkluż fuq il-proposta għall-iżvilupp (PA/06384/22) li tikkonċerna r-redevelopment ta’ Mattia Preti House qabel mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali tat il-pożizzjoni uffiċjali tagħha dwar l-iżvilupp propost f'Lulju 2024?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninbsab infurmat li s-Sovrintendenza ma talbitx Heritage Impact Assessment ġdid wara li l-proġett ġie ridott fl-iskala tiegħu minħabba li l-impatti tal-proposta l-ġdida setgħu jiġu prevvisti u analizzati minn aspett tal-patrimonju. L-analiżi tal-proposta minn aspett ta' patrimonju kienet ibbażata in parti fuq sett ta' photomontages ġodda li minnhom is-Sovrintendenza setgħet tanalizza l-Impatt Viżwali, kif ukoll konsultazzjoni u diskussjoni mal-Kumitat Tekniku għal Wirt Dinji. Kien hemm ukoll sottomissjonijiet dettaljati rigward il-metodoloġija tar-restawr, tal-konsolidament tal-binja kif ukoll Works Method Statement. Saru ukoll numru ta' site inspections minn naħa tas-Sovrintendenza.
Settur tal-Wirt Nazzjonali — Nuqqas ta' drittijiet fuq copyrights u data
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm nuqqas ta' drittijiet fuq copyrights u data fi ħdan is-settur tal-Wirt Nazzjonali, li jinvolvu arkivji, xogħlijiet artistiċi, artifatti u oġġetti storiċi oħra? Jista’ jgħid ukoll lil liema pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea Malta ċediet din id-data?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta, anke fid-dawl ta' dak li jrid l-Ordni Permanenti 27(5), tispeċifika aħjar il-mistoqsija tagħha.
Fid-dawl li Heritage Malta m’għandhiex restawraturi tal-għamara, jista’ l-Ministru jgħid x'qed isir biex jikseb dan is-servizz speċjalizzat? Jista’ jgħid ukoll jekk huwiex jew jekk hemmx il-ħsieb li jħajru u anke jħarrġu il-ġenerazzjoni li ġejja bħala konservaturi u restawraturi tal-għamara?
Response (BONNICI, OWEN)
Filwaqt li nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25080, ix-xogħol ta’ restawr fuq l-għamara jitwettaq permezz ta’ terzi persuni kwalifikati, jew direttament jew bħala parti minn kuntratt ta’ xogħol fi proġett ikbar.
Heritage Malta tkompli tagħmel sforzi biex tingaġġa professjonisti kwalifikati, iżda n-nuqqas ta’ esperti f’dan s-settur jibqa’ sfida. Fid-dawl ta’ dan, Heritage Malta daħlet f’kollaborazzjoni mal-MCAST biex terġa’ tniedi korsijiet speċjalizzati f’dan il-qasam, fejn se tikkontribwixxi bl-esperjenza u l-kompetenza tagħha biex tgħin fit-taħriġ ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ restawraturi.
Fid-dawl li fl-2020 Heritage Malta ddikjarat li l-Mużew il-Ġdid ta' Għawdex kellu jiftaħ fl-2022, jista' l-Ministru jgħid x’inhu l-istatus tal-proġett u n-nefqa totali tiegħu s’issa?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor Interpellanta tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Fid-dawl li l-wegħda elettorali biex l-Arkivji Nazzjonali jinstablu post ieħor għadha ma twettqitx, u li wara diskussjonijiet interni għadha ma nstabitx soluzzjoni, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser jirrisolvi dan fi żmien stipulat u jindika post adegwat għall-Arkivji Nazzjonali?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25548 u peress li issa l-Kummissjoni tal-Films taqa' taħt il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex ser jindaga jekk sarx l-iskannjar 3D taċ-ċittadini u tal-ħaddiema li ħadmu fuq il-films Gladiator 2, Napoleon u Last Voyager fost oħrajn, bil-ħsieb li jipproteġi lilhom u lill-industrija lokali tal-films minn dan fil-futur?
Ċelebrazzjonijiet tal-50 Anniversarju ta’ Malta Repubblika – spiża totali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24612 u jgħid x'kienet l-ispiża totali taċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 Anniversarju ta' Malta Repubblika? Jista’ jagħti lista sħiħa dettaljata ta’ kull spiża u lil min tħallset?
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Uffiċini
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kienu / huma ċ-chairmen/chairwomen tad-diversi aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, kummissjonijiet u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jekk dawn humiex/kenux chairmen/chairwomen eżekuttivi jew le?
Jista' jgħid ukoll:
(a) Kemm damu / ilhom fil-ħatra ċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi u meta ser jispiċċa t-terminu tagħhom?
(b) Kif ġew magħżula kull wieħed / waħda minn dawn iċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(c) X'kumpens finanzjarju u perkaċċi oħra bħal disturbance allowance, communications allowance, fully-expensed mobile telephony, free telephony, internet service, Car Allowance, Fuel Vouchers, use of car-hired car, use of government-owned car, tablets, laptops, Expertise allowance, disturbance allowance, shift allowance jew xi tip ta' allowance u / jew perkaċċi oħra (speċifika) ħadu / qed jieħdu kull wieħed/waħda minn dawn iċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi sena b'sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(d) Kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienu/huma obbligati li jaħdmu dawn iċ-chairmen/chairwomen tal-bordijiet biex imexxu dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(e) Liema kienu / huma dawk iċ-chairmen/chairwomen, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time fis-servizz pubbliku, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern, ma’ min u f'liema kariga / grad?
(f) Liema kienu / huma dawk iċ-chairmen/chairwomen, sena b'sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet, bordijiet, kummissjonijiet u korpi li kienu / huma wkoll impjegati full-time mal-privat, ma’ min u f'liema kariga / grad?
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta' ħatra u l-kuntratt ta' dawn iċ-chairmen/chairwomen?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kif mgħoddija lili.
Ir-Rabat, Malta — Trejqet l-Għadajjar - Patching ta’ ħofor
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25458, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u li issa ġiet referuta lilu u jgħid meta ser ikunu qed jiġu msewwija l-ħofor kbar fi Trejqet l-Għadajjar, ir-Rabat, Malta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill tar-Rabat li inħasset il-ħtieġa li jistenna biex iwettaq il-manutenzjoni ta’ l-imsemmija triq sakemm l-ilma tax-xita jiskula sabiex jiġi evitat li x-xogħol jinqered mill-għargħar. Dan il-pass huwa meħtieġ biex jigi żgurat li l-patching ma jintilifx fil-wied u ma jikkawżax ħsara fiż-żona ta’ Wied il-Qlejgħa, għaldaqstant id-data għall-bidu tax-xogħlijiet għadha mhux stabbililta.
Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-pjan hu li nattendi għall-laqgħa informali tal-EYCS Warsaw, il-Polonja fis-7 u t-8 t’April 2025 u l-laqgħa formali tal-EYCS, Brussell, fit-12 u t-13 ta’ Mejju 2025.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru kellux skemi maħsuba biex NGOs differenti jkunu jistgħu jibbenefikaw minn xi tip ta' għajnuna, (bħal għajnuna finanzjarja), bejn Jannar 2023 u l-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll liema kienu dawn l-iskemi, liema NGOs ibbenefikaw minn kull waħda minn dawn l-iskemi, u x'kien il-benefiċċju li ngħataw f'kull każ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Ministeru kellu skemi maħsuba biex NGOs differenti jkunu jistgħu jibbenefikaw minn xi tip ta' għajnuna, bħal għajnuna finanzjarja.
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni kif mgħoddija lili.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13618 li ngħatat fil-15 ta' Jannar 2024, u t-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21563, jista’ l-Ministru jgħid fiex waslet is-sejħa maħruġa mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra iktar minn sena u nofs ilu ‘Tender TXLC/04/2023 Works - Resurfacing of Triq Mannar/Għejjun Junction with Hot rolled Asphalt and resurfacing of small stretch of Triq Karkar, Xagħra (up to base course only) in a resource efficient manner’? Jista’ jgħid ukoll meta (xahar u sena) huma ppjanati li jibdew u jitlestew ix-xogħlijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra li peress li għadhom għaddejjin diversi xogħlijiet ta' kostruzzjoni f'din it-triq il-kunsill iddeċieda li joħroġ sejħa sabiex titranġa temporanjament il-parti fejn l-aktar hemm ħtieġa. Meta x-xogħlijiet kollha ta' kostruzzjoni jkunu lesti ser tinħareġ sejħa oħra sabiex it-triq kollha tiġi mibnija mill-ġdid u mhux parzjalment skond it-Tender TXLC/04/2023.
Gżejjer ta’ San Pawl — Restawr tal-istatwa ta’ San Pawl u strutturi oħra
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex l-Istatwa ta’ San Pawl, kif ukoll l-istrutturi l-oħra li hemm madwarha, fuq il-Gżejjer ta’ San Pawl, li qegħdin fil-konfini tal-Mellieħa, jiġu restawrati? Jista’ jgħid ukoll jekk Heritage Malta jew xi entità oħra, wettqitx xi studju dwar dawn l-istrutturi, matul l-aħħar snin? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja ta’ dawn l-istudji fuq il Mejda tal-Kamra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab informat li din l-istatwa kienet ġiet restawrata minn terzi numru ta' snin ilu.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 25522 fl-intier tagħha u jispjega għala ma ngħatax id-direzzjoni biex dawn il-kotba jingħataw bħala donazzjoni minflok jintremew kompletament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Malta Libraries ma tarmix kotba li jistgħu jintużaw mod ieħor filfatt ċerta kotba jiġu offruti lill-klijenti tagħna bi prezz baxx ħafna u l-flus jerġgħu jintużaw biex nixtru kotba ġodda, ċerta kotba jittieħdu minn artisti għal crafts, kotba oħra jintefgħu f’dawn il-libreriji li jinsabu fil-ġonna biex jittieħdu b’xejn, u l-kotba li jkunu f’kundizzjoni ħażina ħafna, bis-susa u maħmuġin imorru riċiklaċċ għax ikunu ta’ detrement għas-saħħa. Dan l-eżerċizzju huwa segwiet ukoll mill-libreriji internazzjonali u huwa mportanti biex inżommu l-libreriji tagħna attwali, relevanti u ħajjin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu persuni fil-Mużew Marittimu matul is-sena 2024 u jekk hux ser jerġa’ jagħmel perjodu kompletament magħluq biex isiru xi xogħlijiet ulterjuri?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jagħmel referenza għal-mistoqsija parlamentari 24354 fir-rigward tal-viżitaturi bi ħlas fil-Mużew Marittimu matul is-sena 2024.
Rigward ix-xogħolijiet ninsab infurmat li ġew konklużi s’issa kienu biss l-ewwel fażi ta’ dan il-proġett maġġuri. Il-mużew se jerġa’ jagħlaq il-bibien lejn nofs din is-sena sabiex ix-xogħol infrastrutturali jkun jista’ jitkompla aktar tard din is-sena, u mistenni jieħu madwar tliet snin biex jitlesta.
50 sena mill-kisba tal-Indipendenza u 50 sena mill-kisba tar-Repubblika — Ċelebrazzjonijiet - Nefqa
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 24119, 24559, 25115 u 25616, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Gvern Malti fl-2014 meta Malta ċċelebrat 50 sena mill-Indipendenza u kemm kienet in-nefqa totali tal-Gvern Malti fl-2024 biex ġiet iċċelebrata 50 sena mir-Republika u jagħti l-informazzjoni f’żewġ ċifri totali ta’ nefqa?
Response (BONNICI, OWEN)
Nissuġerixxi lill-Onor. Interpellant ikun aktar attent għaliex il-mistoqsija tiegħu diġa' ġiet imwieġba f'domandi Parlamentari nru 25115 u 25323 li għamel il-kollega tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu permessi għall-karavans tul il-Coast Road f’Baħar iċ-Ċagħaq minn Mejju 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b’xahar? Jista’ jgħid illum kemm hemm permessi maħruġa? Jista’ jgħid ukoll kemm saru spezzjonijiet biex jaraw li hemm sidien li għandhom il-permessi meħtieġa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li skond il-leġiżlazzjoni sussidjarja 363.239, mal-applikazzjoni għat-tqegħid tempoanju ta’ caravans, tkun inkluża l-lokalità iżda ma tinġabarx informazzjoni dwar it-triq. Għaldaqstant it-tagħrif mitlub mhux disponibbli. Dwar numru ta’ spezzjonijiet, nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-3 sad-9 ta’ Frar 2025?
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Uffiċini
Question
Jista' l-Ministru jgħid:
(a) Kemm-il uffiċċju addizzjonali għandu barra l-binja uffiċjali tal-Ministeru tiegħu u f'liema lokalità qiegħed/qegħdin?
(b) Dawn l-uffiċini huma binjiet pubbliċi jew privati?
(c) X'inhu l-użu ta' dawn l-uffiċini?
(d) Kemm titħallas kera għal kull uffiċċju sena b'sena u jekk din titħallasx minn fondi pubbliċi jew fondi oħrajn?
(e) Min hu l-benefiċjarju ta' din il-kera?
(f) Minn x'ħin sa x'ħin u f'liema ġranet ikunu miftuħin dawn l-uffiċini?
(g) Min jiftaħ dawn l-uffiċini u jara lin-nies, il-Ministru personalment jew persuni oħra għan-nom tiegħu?
(h) Jekk in-nies jarawhom persuni oħra għan-nom tiegħu, dawn huma impjegati tal-Ministeru jew tal-Gvern?
Jista' l-Ministru jgħid jekk inbdewx u meta se jkunu ffinalizzati x-xogħlijiet kollha fi Triq Tumas Cassar, ġewwa l-Għarb Għawdex, peress li tinsab fi stat ħażin? Jista' jgħid ukoll jekk ingħatawx fondi għal dan ix-xogħol lill-Kunsill Lokali u jekk iva, minn min ingħataw u għal kemm jammontaw dawn il-fondi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali l-Għarb li x-xogħlijiet inbdew u huma maħsuba li jitlestew sal-aħħar tas-sena 2025. Għal dawn ix-xogħlijiet, il-kunsill ingħata fondi, li jammontaw għal miljun u nofs Euro, mill-Ministeru għal Għawdex u mill-Water Services Corporation.