Legislature:
Category:
Reset
Active:

Flotta rreġistrata taħt il-bandiera Maltija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid b’kemm żdiedet jew naqset il-flotta reġistrata taħt il-bandiera Maltija matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2021 u l-31 ta’ Lulju 2026, il-flotta rreġistrata taħt il-bandiera Maltija kompliet tikber kemm fl-għadd ta’ bastimenti kif ukoll fit-tunnellaġġ gross tagħha. Matul dan il-perjodu ġew irreġistrati 4,466 bastiment, filwaqt li 2,791 bastiment tħassru mir-Reġistru, li jfisser żieda netta ta’ 1,675 bastiment. Fl-istess perjodu, il-Gross Tonnage tal-flotta żdied b’mod nett b’8,745,523 GT. F’termini ta’ għadd, l-akbar żieda kienet fil-kategorija tal- pleasure yachts , b’żieda netta ta’ 1,705 bastiment, filwaqt li fil-kategorija tal- commercial yachts kien hemm żieda netta ta’ 204 bastimenti. Min-naħa l-oħra, f’termini ta’ tunnellaġġ, l-aktar żieda sinifikanti kienet fil- container ships , fejn ġiet irreġistrata żieda netta ta’ 10,746,009 GT. In-numri juru wkoll li l-bidla fl-għadd ta’ bastimenti mhux dejjem tirrifletti l-bidla fid-daqs tal-flotta. Pereżempju, fil-kategorija tal- passenger ships kien hemm tnaqqis nett ta’ 27 bastiment, iżda fl-istess ħin żieda netta ta’ 1,817,623 GT. Huwa ta’ sodisfazzjon li wieħed jinnota li bħalissa r-Reġistru Malti jgħodd 10,853 bastiment, b’tunnellaġġ gross ta’ 94,407,629. Ir-Reġistru qatt ma kien kbir u b’saħħtu daqs illum.

Ministeru għall-Mobbiltà Sostenibbli – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Awwissu 2026?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru ghall-Mobbilta` Sostenibbli, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill- Public Procurement Regulations.

Transport Malta - Konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1860 u 2296 u jagħti dettalji, f'tabella, ta’ konsulenzi (inklużi periti, avukati u nutara) li tqabbdu jagħtu servizz lil Transport Malta mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż dettalji tal-valur li tħallsu individwalment?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ħaż-Żabbar – Triq il-Kapuċċini – Salib it-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irreġistrati inċidenti tat-traffiku din is-sena fi Triq il-Kapuċċini, Ħaż-Żabbar, b’mod partikolari fiż-żona ta’ salib it-toroq li tgħaqqad Triq il-Kapuċċini mat-toroq tal-inħawi ta’ Sant’Andrija? Jista’ jgħid ukoll jekk sarux studji jew risk assessment dwar is-sigurtà ta’ dan is-salib it-toroq, u x’miżuri konkreti ttieħdu jew qed jiġu kkunsidrati sabiex titjieb is-sigurtà f’dan il-punt, inkluż jekk hemmx pjanijiet għal tibdil fit-toroq, fis-sinjali tat-traffiku, markings, traffic calming, dawl jew miżuri oħra ta’ prevenzjoni?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Skema biex iċċedi l-liċenzja tas-sewqan – Applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 908 u jgħid kemm-il-żagħżugħ u żagħżugħa applikaw għall-iskema biex iċedu l-liċenzja tas-sewqan għal €25,000?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.

Reġistru Malti tal-Bastimenti – Vapuri li telqu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il vapur telaq mir-Reġistru Malti tal-Bastimenti lejn reġistri oħra mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena, u x’kienu r-raġunijiet prinċipali?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, matul il-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu 2021 u l-31 ta’ Lulju 2026, il-flotta rreġistrata taħt il-bandiera Maltija kompliet tikber kemm fl-għadd ta’ bastimenti kif ukoll fit-tunnellaġġ gross tagħha. Matul dan il-perjodu ġew irreġistrati 4,466 bastiment, filwaqt li 2,791 bastiment tħassru mir-Reġistru, li jfisser żieda netta ta’ 1,675 bastiment. Fl-istess perjodu, il-Gross Tonnage tal-flotta żdied b’mod nett b’8,745,523 GT. F’termini ta’ għadd, l-akbar żieda kienet fil-kategorija tal- pleasure yachts , b’żieda netta ta’ 1,705 bastiment, filwaqt li fil-kategorija tal- commercial yachts kien hemm żieda netta ta’ 204 bastimenti. Min-naħa l-oħra, f’termini ta’ tunnellaġġ, l-aktar żieda sinifikanti kienet fil- container ships , fejn ġiet irreġistrata żieda netta ta’ 10,746,009 GT. In-numri juru wkoll li l-bidla fl-għadd ta’ bastimenti mhux dejjem tirrifletti l-bidla fid-daqs tal-flotta. Pereżempju, fil-kategorija tal- passenger ships kien hemm tnaqqis nett ta’ 27 bastiment, iżda fl-istess ħin żieda netta ta’ 1,817,623 GT. Huwa ta’ sodisfazzjon li wieħed jinnota li bħalissa r-Reġistru Malti jgħodd 10,853 bastiment, b’tunnellaġġ gross ta’ 94,407,629. Ir-Reġistru qatt ma kien kbir u b’saħħtu daqs illum.

Kompetittività marittima – Miżuri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jieħu sabiex Malta tibqa’ kompetittiva bħala wieħed mill-akbar reġistri marittimi fid-dinja?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qed ikompli jinvesti sabiex il- Malta Ship Registry mhux biss iżomm il-pożizzjoni tiegħu bħala wieħed mill-akbar reġistri marittimi fid-dinja, iżda jkompli jsaħħaħ ir-reputazzjoni tiegħu bħala reġistru ta’ kwalità, effiċjenza, affidabbiltà u eċċellenza fis-servizz. Din il-ħidma qed tiffoka fuq diversi pilastri strateġiċi, fosthom l-investiment fir-riżorsi umani, it-tisħiħ tas-servizzi, il-promozzjoni internazzjonali tal-bandiera Maltija, id-diġitalizzazzjoni tal-operat u ż-żamma tal-ogħla standards internazzjonali. Il-Gvern qed ikompli jsaħħaħ il-preżenza internazzjonali tar-Reġistru permezz ta’ parteċipazzjoni f’avvenimenti prestiġjużi bħal Posidonia fil-Greċja, il- Monaco Yacht Sho w, il- Cannes Yachting Festival u avvenimenti internazzjonali oħra. Fl-istess waqt, qed isiru roadshows u laqgħat diretti ma’ sidien u operaturi tal-bastimenti, partikolarment fil-Greċja u fit-Turkija, sabiex nattiraw aktar reġistrazzjonijiet u nsaħħu r-relazzjonijiet mal-industrija. Investiment importanti ieħor huwa d-diġitalizzazzjoni tas-servizzi. Mill-1 ta’ Ġunju 2025 beda l-ħruġ ta’ ċertifikati elettroniċi għall-bastimenti, filwaqt li ġew introdotti servizzi bħas- Seafarer Portal u s- Seaman’s Record Book diġitali. Qed tkompli wkoll il-ħidma fuq sistema integrata għall-ġestjoni tal-bastimenti, sabiex ir-Reġistru joffri servizz aktar modern, effiċjenti u kompetittiv. Ir-reputazzjoni internazzjonali tal-bandiera Maltija tibqa’ waħda mill-akbar saħħiet tagħna. Malta żammet il-pożizzjoni tagħha fil- White Lists tal-Paris MoU u tat-Tokyo MoU, filwaqt li tissodisfa l-kriterji tal-programm QUALSHIP 21 tal -United States Coast Guard. Barra minn hekk, f’Novembru 2025 Malta ġiet eletta mill-ġdid fil-Kunsill tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) għall-ħmistax-il darba konsekuttiva, konferma tal-fiduċja u tar-rispett li pajjiżna jgawdi fuq livell internazzjonali. Il-fiduċja fil-bandiera Maltija hija riflessa wkoll fil-preżenza ta’ operaturi marittimi ewlenin bħall-CMA CGM, MSC Group u Grimaldi. Din ir-reputazzjoni soda ġiet ikkonfermata wkoll matul il-Malta Maritime Summit u l-laqgħa ġenerali tal- Malta International Shipowners Association (MISA), fejn personalitajiet mill-aktar influwenti fl-industrija marittima internazzjonali, fosthom Emanuele Grimaldi, Marily Frangista u Thomas A. Kazakos, esprimew kliem ta’ tifħir u apprezzament lejn Malta u r-Reġistru Marittimu tagħha. Dan ir-rikonoxximent minn uħud mill-akbar ismijiet fl-industrija huwa xhieda ċara tal-fiduċja li pajjiżna jgawdi fuq livell internazzjonali u tal-pożizzjoni b’saħħitha li rnexxielna nibnu fis-settur marittimu globali. L-ambizzjoni tal-Gvern hija ċara: li Malta mhux biss tibqa’ fost l-akbar reġistri marittimi fid-dinja, iżda tkompli tkun minn ta’ quddiem fil-kwalità, fl-innovazzjoni u fis-servizz. Se nkomplu naħdmu biex insaħħu din l-industrija strateġika, nattiraw aktar investiment u nikkonsolidaw il-pożizzjoni ta’ Malta bħala ċentru marittimu internazzjonali ta’ eċċellenza.

EU Emissions Trading System

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern ippreżentax dokumenti jew data lill-Kummissjoni Ewropea biex juri l-impatt sproporzjonat tal-EU Emissions Trading System (EU ETS) fuq Malta?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din ir-risposta ser tingħata f'xi seduta oħra.

EU Emissions Trading System – Studju dwar l-impatt ekonomiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx studju mill-Gvern dwar l-impatt ekonomiku tal-EU Emissions Trading System (EU ETS) fuq Malta bħala Stat gżira? Jekk iva, jista’ jqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Mobbiltà Sostenibbli – Lista ta’ konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konsulenzi kollha mogħtija mill-Ministeru u l-entitajiet tiegħu matul l-2025 u l-2026 relatati mal-Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet, flimkien mal-valur ta' kull kuntratt, il-metodu ta' akkwist u l-isem tal-fornitur?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-dettalji mitluba jinsabu fit-tabella segwenti: Sena Konsulenzi (Intelliġenza Artifiċjali, it-trasformazzjoni diġitali jew il-Malta Business Wallet) Valur tal-kuntratt Metodu ta’ akkwist Isem tal-Fornitur 2025 Konsulenza fit-Teknoloġija tal-Informazzjoni €69,035.00 Ordni Diretta CY4 Ltd 2026 Konsulenza fit-Teknoloġija tal-Informazzjoni €28,941.66 Ordni Diretta CY4 Ltd €90,000.00 Ordni Diretta CY4 Ltd

Ministeru għall-Mobbiltà Sostenibbli – Karozzi reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi rreġistrati mal-ministeru tiegħu u kemm hi l-ispiża annwali biex jinżammu?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninsab infurmat li hemm karozza waħda reġistrata fuq il-Ministeru għall-Mobbiltà Sostenibbli għall-użu tas-servizz pubbliku.

Charging points pubbliċi ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il charging point pubbliku ġdid ġie installat kull sena mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm minnhom huma operattivi llum?

Response (BONETT, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Transport Malta – Karigi eżekuttivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm damet, bħala medja, biex timtela kull kariga eżekuttiva fi ħdan Transport Malta matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, skont ir-rekords miżmuma minn Transport Malta, iż-żmien medju sabiex jimtlew il-karigi eżekuttivi matul dawn l-aħħar ħames snin kien kif ġej: Kariga eżekuttiva ġdida Medja ta’ ġranet (calendar days) sabiex timtela l-kariga Chairman / Chief Executive Officer / Chief Operations Officer 44.88 Chief Officer jew Deputy Chief Officer 114.59

Transport Malta – CEO

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm bidliet kien hemm fil-kariga ta’ CEO ta’ Transport Malta mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u x’kienet ir-raġuni uffiċjali għal kull bidla?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-2013 ‘l hawn kien hemm 6 persuni li okkupaw il-kariga ta’ kap eżektuttiv ta’ Transport Malta. Ir-raġunijiet għalfejn kienu varji u dokumentati b’mod uffiċjali kull meta saret bidla. Irrid nenfasizza li l-Gvern jirrikonoxxi u japprezza l-ħidma li kull persuna għamel f’din il-kariga u l-involviment tagħhom fl-avvanzi li saru mill-Awtorita’ fl-aħħar 13-il sena. Għalhekk nieħu din l-opportunita’ biex permezz ta’ din it-tweġiba parlamentari nirringrazzja lil dawk kollha li okkupaw din il-kariga u taw servizz lejn Transport Malta.