Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 33775 u 33821 u jgħid fuq liema kriterji tintgħażel il-ġurija tal-Eurovision Song Contest u min finalment jieħu l-aħħar deċiżjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-panel ta' ġurija tal-Malta Eurovision Song Contest huwa magħmul minn numru ta' professjonisti li ġejjin mid-dinja mużikali u mix-xena ta' l-ispettaklu, magħżula fuq bażi esperta, bażi ta' esperjenza, bażi ta' xogħol jew bażi ta' kontribut fil-qasam. Il-panel huwa kompost minn ħames ġurati Maltin u ħames ġurati internazzjonali. B'hekk kolletivament ikun hemm diversita u għarfien differenti biex isir il-ġudizzju fuq il-kanzunetti finalisti. L-għażla finali tal-ġurati hija responsabbilta tal-organizzaturi tal-Malta Eurovision Song Contest, ċioe il-Public Broadcasting Services.
Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali – Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-publikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Junior Eurovision Song Contest - Produzzjoni tal-video mużikali - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33876 u jgħid kemm kienet in-nefqa totali fuq il-produzzjoni tal-video mużikali użat għall-Junior Eurovision Song Contest 2025 li sar il-Ġeorġja?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba hija relatata mal-produzzjoni ta’ programm li huwa ġestit bħala parti mill-operat kummerċjali tal-kumpanija u għaldaqstant hija ta’ natura kunfidenzjali.
Junior Eurovision Song Contest - Delegazzjoni Maltija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 33875 u jgħid kemm kien in-numru totali ta’ persuni li kienu jiffurmaw parti mid-delegazzjoni Maltija għall-Junior Eurovision Song Contest 2025 li sar f'Tbilisi, il-Ġeorġja? Jista’ wkoll jagħti lista ta’ dawn il-persuni u jgħid x’kien l-irwol tagħhom?
Jista’ jgħid ukoll kemm kienet in-nefqa totali fuq din il-parteċipazzjoni (Tbilisi, il-Ġeorġja 2025) u jaqsam dan l-ammont skont l-oqsma ewlenin (eż. ivvjaġġar, akkomodazzjoni, drittijiet ta’ parteċipazzjoni, produzzjoni artistika, u allowance per diem)?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-lista tad-delegazzjoni Maltija għal Junior Eurovision Song Contest 2025 li sar fi Tbilisi, il-Ġeorġja, kienet komposta minn Kap tad-Delegazzjoni, l-Inġ. Keith Chetcuti, Assistent Kap tad-Delegazzjoni, is-Sinjura Sefora Uzeh, il-Kap tal-Media l-Inġ. Jeremy Dalli, iċ-Chairperson tal-PBS is-Sa Anna Bonett Peplow, il-kantanta Eliza Borg, ħames żeffiena, il-kompożitur, l-awturi u l-korjografa u ġenitur/gwardjan għal minuri li kienu qed jirrapreżentaw lil Malta bħala parti mid-delegazzjoni.
Infurmat ukoll li d-dokumenti mitluba huma relatati mal-produzzjoni ta’ programm li huwa ġestit bħala parti mill-operat kummerċjali tal-kumpanija u għaldaqstant huma ta’ natura kunfidenzjali.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma s-siti ta’ importanza storika li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ Heritage Malta fl-Imġarr, Malta? Kemm minn dawn is-siti huwa mistenni li jsirulhom interventi biex jiġi żgurat li ma jsofrux ħsarat fiż-żmien li ġej? Meta sar l-aħħar restawr jew intervent ta’ tip ieħor mill-Gvern f’kull wieħed mis-siti li jinsabu fl-Imġarr? Jista’ jgħid ukoll liema minn dawn is-siti huma aċċessibbli għall-pubbliku u kif wieħed jista’ jżurhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li s-siti li tamministra Heritage Malta fl-Imġarr huma Ta’ Ħaġrat u Skorba. Iż-żewg siti huma aċċessibbli għall-pubbliku kuljum minn Marzu sa Diċembru mid-9:00 sal-17:00 u mill-Erbgħa sat-Tnejn (magħluqin nhar ta’ Tlieta) mill-10:00 sas-18:00 f’Jannar u Frar. Biljetti jistghu jinxtraw online jew inkella minn dawn l-istabbilimenti fl-Imġarr: Il-Kunsill Lokali tal-Imġarr, L-Imġarr Farmers Bar, Il-Barri Restaurant, u, il-Gastronawt. Il-ħlas huwa ta’ €3.50 ghall-adulti, €3 ghal anzjani u student, u €2.50 ghat-tfal ghal kull sit, jew inkella €6 ghall-adulti, €5 ghall- anzjani u student u €4.50 ghat-tfal għal Ta’ Ħaġrat u Skorba f’daqqa. Studenti u anzjani li għandhom il-passaport ta’ Heritage Malta, kif ukoll membri ta’ Heritage Malta jidħlu fis-siti bla ħlas. Is- siti msemmija huma mantnuti regolarment mill-ħaddiema ta’ Heritage Malta.
Burmarrad – Kappella ta’ San Pawl Milqi – Xogħol ta’ restawr
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena hux mistennija li jsiru interventi ta’ restawr fuq il-Kappella ta’ San Pawl Milqi, Burmarrad, biex jiġi assigurat li din il-kappella ma jibqgħux isirulha ħsarat kawża tal-ilma li jista’ jkun dieħel fl-istess binja? Jista’ jgħid ukoll jekk hux mistenni li jkun hemm interventi ta’ natura iktar serja fuq l-istess kappella?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lil Onorevoli interpellant li fl-2020 saret l-aħħar fażi tar-restawr tal-faċċati esterni tal-kappella. F’dan l-istadju l-kappella m’għandhiex bżonn ta’ interventi ulterjuri. Barra minn hekk, il-manutenzjoni meħtieġa qed titwettaq b’mod regolari mill-ħaddiema ta’ Heritage Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid xi skemi ta’ restawr ta’ postijiet storiċi huma mistennija joħorġu matul din is-sena? Jista’ jgħid jekk hux ser joħorġu wkoll skemi għal postijiet privati li għandhom importanza għall-wirt storiku ta’ pajjiżna?
Response (BONNICI, OWEN)
L-Iskema tar-Restawr għall-Kunsilli Lokali mistennija toħroġ fi Q2 2026. Din l-iskema ma tkoprix proprjetajiet privati, u d-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni ma joħroġ ebda skema ta' dan it-tip.
Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali – Health and Safety Officers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx Health & Safety Officer fid-dekasteru tiegħu u jekk iva, kemm?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Health & Safety Officer impjegat full time mhuwiex rikwest mil-liġi. Madankollu għarfien rigward is-saħħa u s-sigurta’ fuq il-post tax-xogħol huwa kontinwu.
Il-Qawra - Triq il-Kurazza, Triq Għawdex u Triq it-Turisti - Art li tifforma l-bus terminus
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28349, jista’ l-Ministru jgħid liema mill-ispazju kollu li hemm bejn Triq Għawdex, Triq it-Turisti u Triq il-Kurazza hu tal-Gvern? Jista’ jgħid ukoll min qed jagħmel użu minn kull parti ta’ dan l-ispazju, inkluż jekk l-ispazju hux użat minn awtoritajiet pubbliċi jew minn individwi privati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li biex l- Awtorita’ tal-Artijiet tagħti informazzjoni preċiża ikun hemm il- ħtieġa li l-Onorevoli Interpellanta tippreżenta site plan ta’ l-area de quo.
Segretarjat għall-Gvern Lokali – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul Diċembru 2025?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19385, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew jiswew ix-xogħlijiet fuq l-Ismoking Room f’Bighi, issa li x-xogħlijiet huma lesti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ispiża totali għar-restawr tal-Smoking Shed tammonta għal €305,686. Għalkemm il-maġġoranza tal-proġett ġie iffinaliżżata, għad fadal xi xogħlijiet pendenti li għandhom jridu jiġu konklużi.
Segretarjat għall-Gvern Lokali – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 maħruġa mis-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul Novembru 2025?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Jista’ l-Ministru jgħid hemmx il-ħsieb li l-Kunsilliera Lokali kollha jingħataw pensjoni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li kull ċittadin Malti hu intitolat ghal pensjoni skont il-liġi, kemm dawk li huma jew kienu kunsilliera kif ukoll l-oħrajn.
Jista’ l-Ministru jelenka r-restawr tal-kotba kollha li saru minn kull entità taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2025?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li Heritage Malta irrestawrat 3 kotba, kif indikat hawn taħt:
o Government Gazette – 1822
o Correspondence Book Register – 1903
o Register of Letters – 1925–1931
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Marsaxlokk matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
In-numru ta` kotba ġodda li nxtraw u ngħataw b’donazzjoni għal-librerija pubblika ta’ Marsaxlokk matul is-sena 2025 huwa kif jidher hawn taħt.
PQ Numru
Lokalità
Kotba ġodda mixtrija –
Jan sa Diċ 2025
Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025
Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, il-Kunsill Lokali u organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025
33492
Marsaxlokk
200
€1,145.73
88
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda għal-librerija pubblika ta’ Wied il-Għajn matul is-sena 2025 u jindika l-infiq relattiv? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm donazzjonijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
In-numru ta` kotba ġodda li nxtraw għal-librerija pubblika ta’ Wied il-Għajn matul is-sena 2025 matul is-sena 2025 huwa kif jidher hawn taħt.
PQ Numru
Lokalità
Kotba ġodda mixtrija –
Jan sa Diċ 2025
Infiq fuq kotba fiżiċi ġodda – Jan sa Diċ 2025
Donazzjonijiet, inkluż mill-pubbliku, il-Kunsill Lokali u organizzazzjonijiet varji – Jan sa Diċ 2025
33491
Wied il-Għajn
83
€ 871.42
120
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema lokalitajiet għad fadal każijiet marbuta ma’ kwistjonijiet tal-Home Ownership Scheme (HOS) li fuqhom il-Gvern għad irid jikseb titlu? Jista’ jgħid ukoll fiex wasal il-proċess?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għad fadal każijiet ta’ artijiet marbuta ma’ kwistjonijiet tal-Home Ownership Scheme (HOS) li l-Gvern għad irid jikseb it-titlu tagħhom?