Legislature:
Category:
Reset
Active:

Freedom to Live - Azzjonijiet

Question

Wara li l-konsultazzjoni ‘Freedom to Live’ ġiet magħluqa, tista’ l-Ministru tgħid x’azzjonijiet bdew jittieħdu?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li għalqet il-konsultazzjoni ‘Freedom to Live’ fl-2021, ġiet approvata l-Istrateġija Nazzjonali 2021-2030 għal Malta dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u bdiet tiġi implimentata skont it-tlettax (13) objettiv tagħha, b’perjodu ta’ ħidma sal‑2030.

Il-Parlament - Accessibility audit

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-accessibility audit tal-binja tal-Parlament u meta tlesta dan l-audit?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninsab infurmata li qed isir l-abbokkament bejn il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD) u l-President tal-Kamra tar-Rappreżentanti dwar l-accessibility audit tal-binja tal-Parlament li qed tagħmel referenza għalih fl-interpellanza tagħha.

CRPD - Ilmenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il ilment wasal għand il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) matul is-sena 2023, matul is-sena 2024 u matul is-sena 2025, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u għal kull sena tgħid kemm minn dawn il-każijiet ġew solvuti?  Tista' l-Ministru taqsam l-ilmenti skont in-natura tal-ilment (eż. ilmenti relatati mal-accessibilità) għal kull sena?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li fl-2023 il-Kummissjoni irċeviet 397 ilment, li fi 83 minnhom, is-CRPD ma sabitx diskriminazzjoni. Matul dik is-sena ingħalqu 119 ilment, li 107 minnhom issolvew għas-sodisfazzjoni ta’ min ilmenta. Fl-2024 il-Kummissjoni irċeviet 515 ilment, li f’81 minnhom, is-CRPD ma sabitx diskriminazzjoni. Matul dik is-sena ingħalqu 160 ilment, li 111 minnhom issolvew għas-sodisfazzjoni ta’ min ilmenta. Fl-2025, sal-ġurnata li fiha qed titwieġeb din il-mistoqsija, il-Kummissjoni irċeviet 381 ilment, li f’57 minnhom, is-CRPD ma sabitx diskriminazzjoni. S’issa ingħalqu 126 ilment, li 69 minnhom issolvew għas-sodisfazzjoni ta’ min ilmenta. Din l-informazzjoni qed tiġi maqsuma skont id-diversi oqsma fit-tabelli hawn taħt; Ilmenti riċevuti matul is-sena 2023 Aċċessibilità Drittijiet Edukazzjoni Xogħol Għoti ta’ Oġġetti u Servizzi Saħħa Djar Assigurazzjoni Total Total 246 4 71 20 32 5 18 1 397 Magħluqa 49 1 33 7 16 5 8 0 119 Magħluqa Favorevolment 42 1 31 7 13 5 8 0 107 (mill-119) M’hemmx Diskriminazzjoni 25 3 31 11 10 0 2 1 83 Ilmenti riċevuti matul is-sena 2024 Aċċessibilità Drittijiet Edukazzjoni Xogħol Għoti ta’ Oġġetti u Servizzi Saħħa Djar Assigurazzjoni Total Total 378 5 48 19 41 6 18 0 515 Magħluqa 91 1 30 5 18 2 13 0 160 Magħluqa Favorevolment 56 1 22 5 14 2 11 0 111 (mill-160) M’hemmx Diskriminazzjoni 34 3 18 8 14 1 3 0 81 Ilmenti riċevuti matul is-sena 2025 Aċċessibilità Drittijiet Edukazzjoni Xogħol Għoti ta’ Oġġetti u Servizzi Saħħa Djar Assigurazzjoni Total Total 265 2 53 22 25 7 7 0 381 Magħluqa 74 1 28 6 10 3 4 0 126 Magħluqa Favorevolment 29 1 20 4 8 3 4 0 69 (mill-126) M’hemmx Diskriminazzjoni 28 1 17 5 5 0 1 0 57

CRPD - Ġbir ta’ blue badges foloz

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il blue badge falza nġabret mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) matul is-sena 2023, matul is-sena 2024 u matul is-sena 2025, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li qed npoġġi l-informazzjoni mitluba fit-tabella t’hawn taħt; Sena Ammont ta’ blue badges foloz miġbura 2023 123 2024 53 2025 (sal-ġurnata li qiegħda titwieġeb din il-mistoqsija) 62

Ċentri ta’ Matul il-Jum - Persuni b’diżabilità

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il persuna b’diżabilità tattendi xi Ċentru ta’ Matul il-Jum preżentement? Tista’ tgħid min jieħu ħsieb kull wieħed minn dawn iċ-ċentri u kemm-il persuna tattendi f’kull wieħed minn dawn iċ-ċentri? Tista’ tgħid ukoll kif inhuma mqassma l-etajiet ta’ dawn il-persuni (age brackets) u kemm hemm persuni f’kull age bracket?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li Aġenzija Sapport għandha ħdax (11)-il Ċentru ta’ Matul il-Jum li topera hi stess. Topera wkoll żewġ (2) Ċentri oħra b’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħra, kif imniżżlin fl-aħħar żewġ ringieli fit-tabella provduta hawn isfel. F’kull Ċentru ta’ Matul il-Jum operat mill-Aġenzija hemm Leader, Coordinator, Programme Executive, Senior Support Worker u Support Workers. L-ammont ta’ persuni li jattendu dawn iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum u l-etajiet tagħhom huma mqassmin kif indikat fit-tabella t’hawn taħt: Ċentri Persuni li jattendu 21-35 Sena 36-50 Sena 51-65 Sena 66+ Sena Baħar iċ-Ċagħaq 24 24 1 0 0 Paola 35 8 16 6 4 Sliema 33 23 8 0 0 Mtarfa 63 12 30 15 3 Mtarfa 2 34 12 20 1 1 Swatar 22 8 13 0 0 Gozo 19 11 6 1 1 Ħal Far 69 13 34 20 2 Cottonera (Birgu) 23 5 6 10 1 Gwardjola 17 5 9 4 0 Fleur-de-Lys 45 16 13 12 3 Spero (Visually Impaired) 49 0 2 13 31 Star (PMLDs) 39 29 10 0 0

Assistenti Personali - Applikazzjonijijet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il applikazzjoni għas-servizz ta’ Assistent Personali saret matul is-sena 2023, matul is-sena 2024 u matul is-sena 2025, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li applikazzjonijiet għall-Assistenza Personali kienu hekk kif indikat fit-tabella t’hawn taħt: Sena Numru ta’ Applikazzjonijiet 2023 75 2024 115 01/01/2025 – 30/10/2025 154: 71 minuri taħt Family Assistance Support Scheme (FAS)* u 83 adulti taħt Personal Budget Assistance Scheme Board (PBAS) *Din is-sena l-istruttura tat-tim tal-Assistenza Personali nbidlet biex tkun konsistenti mar-riforma tal-Assistenza Personali, fejn is-servizz li qed japplikaw għalih il-71 minuri m’għadux jiġi kategorizzat bħala Assistenza Personali.

Assistenti Personali - Stennija biex tingħata s-servizz

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il persuna kienet qiegħda tistenna (total ta’ kull fażi ta’ assessjar) li tkun infurmata jekk hix intitolata għas-servizz ta’ assistent personali fl-aħħar tas-sena 2023, fl-aħħar tas-sena 2024 u preżentement?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta biex tirreferi għat- tweġibiet numru PQ13799, PQ20256, PQ22114, PQ23167 u PQ31659.

Assistenti Personali - Persuni li bbenefikaw jew li qegħdin jibbenefikaw

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il persuna bbenefikat mis-servizz ta’ Assistent Personali fis-sena 2023 u kemm kienet l-ispiża totali għal din l-istess sena? Kemm-il persuna bbenefikat mis-servizz ta’ assistent personali fis-sena 2024 u kemm kienet l-ispiża totali għal din l-istess sena? Tista’ tgħid ukoll kemm-il persuna qiegħda tibbenefika mis-servizz ta’ assistent personali preżentement u kemm hi l-ispiża preżentement?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li n-numru ta’ benefiċċjarji tal-Assistenza Personali, kif ukoll l-ispejjeż relatati, huma indikati fit-tabella hawn taħt u mqassma skont is-sena rispettiva: Sena Benefiċċjarji tas-Servizz Spejjeż 2023 383 €2,962,170.21 2024 463 €3,478,648 01/01/2025 – 15/10/2025 567 €3,524,042

Assistenti Personali - Ħlas

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hu l-ħlas li qed jingħata mill-Gvern lil dawk li qed jimpjegaw Assistent Personali mal-persuni b’diżabilità?  Tista’ tgħid ukoll kemm hi r-rata fis-siegħa li qiegħda titħallas?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li klijenti li jitolbu servizz għal inqas minn 30 siegħa fil-ġimgħa jitħallsu rata ta’ €9.22 fis-siegħa, li tinkludi l-aġġustament tal-COLA. Min-naħa l-oħra, klijenti li jitolbu aktar minn 30 siegħa fil-ġimgħa huma eliġibbli għal sussidju skont il-kwotazzjoni ppreżentata mill-klijent stess, kif stipulata mill-Assistent Personali magħżul minnu. Il-Bord tal-Assinjar tas-Sussidju, li jopera b’mod awtonomu mill-Aġenzija Sapport, janalizza kull każ, jieħu deċiżjoni skont id-diskrezzjoni tiegħu, u jinforma lill-benefiċjarji dwar l-ammont ta’ sussidju li jkun ġie assenjat. Għaldaqstant, mhux kull każ jirċievi l-istess rata ta’ sussidju.

Assistenti Personali - Riforma

Question

Tista’ l-Ministru tgħid fiex waslet ir-riforma tal-Assistenti Personali u meta hu ppjanat li din ir-riforma tiġi konkluża?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li wara li ġew analizzati l-kummenti u l-fehmiet kollha li waslu waqt il-konsultazzjoni pubblika dwar ir-riforma tal-assistenza personali, ġew abbozzati żewġ liġijiet relatati ma’ dan is-suġġett. Il-bażi ta’ dawn id-dokumenti speċifiċi ser tiġi ppubblikata fil-ġimgħat li ġejjin għall-konsultazzjoni pubblika finali.

Baġit 2025 - Għajnuna fuq spejjeż ta’ terapiji

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 31651 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u tgħid kif qiegħda taħdem l-iskema li ssemmiet fil-Baġit għas-sena 2025 fejn ġenituri li ma jħallsux taxxa jew għax ma jaħdmux, jew għax ikunu fuq benefiċċji soċjali, xorta waħda jingħataw għajnuna fuq spejjeż ta’ terapiji?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li fl-2025, l-Iskema ta’ Rifużjoni ta’ Spejjeż għal Terapija ħadet post l-Iskema ta’ Kreditu fuq it-Taxxa marbuta ma’ terapiji. Għaldaqstant, minn din is-sena, l-iskema hija miftuħa għall-ġenituri kollha ta’ tfal b’diżabilità, li huma rreġistrati mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, u huma intitolati għal dan il-benefiċċju sal-aħħar jum tas-16-il sena ta’ wliedhom. Il-ġenituri jistgħu jirkupraw direttament l-ispejjeż relatati ma’ sessjonijiet ta’ terapija, anke jekk ma jħallsux taxxa fuq id-dħul. It-terapiji għandhom ikunu pprovduti minn terapisti li għandhom warrant jew liċenzja, kif elenkat fl-iskeda informattiva li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, li tista’ titniżżel mis-sit elettroniku tal-Kummissjoni. Tajjeb li nfakkru li meta l-Gvern daħħal din l-iskema fl-2023, kien hemm 231 applikazzjoni li bejniethom irċevew €45,131 f’rifużjoni mit-taxxa tad-dħul, b’limitu ta’ €200 għal kull applikazzjoni. Fl-2024, il-Gvern għolla l-limitu għal €500, u kien hemm 395 applikant li bejniethom gawdew minn €180,657 f’rifużjoni. Għas-sena 2025, l-iskema ġiet estiża għall-ġenituri kollha, irrispettivament minn jekk jaħdmux jew iħallsux taxxa fuq id-dħul. Barra minn hekk, il-limitu ġie miżjud għal €750. Sa tmiem it-tielet kwart ta’ din is-sena, kien hemm 335 applikant li bejniethom irċevew €141,639 f’ċekkijiet. Huwa stmat li sal-aħħar tas-sena, il-Kummissjoni tkun ħarġet madwar kwart ta’ miljun ewro f’ċekkijiet. Għas-sena 2026, il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità ħabbret li l-iskema se tiġi estiża sabiex tkopri persuni b’diżabilità sa 23 sena. Kif għamilna tul dawn l-aħħar snin, il-limitu tal-għajnuna se jiżdied minn €750 għal €1,000. Dan ifisser li matul perjodu ta’ erba’ snin, il-livell ta’ għajnuna mogħti lil familji Maltin u Għawdxin żdied b’400%.

Salaries and wages - Żieda fl-istima

Question

B’referenza għall-Estimi Finanzjarji għas-sena 2026, Vote 12 Salaries and Wages tal-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat, tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li l-istima żdiedet minn €1,499,308 fl-2025 għal €2,040,617 fl-2026?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li matul din is-sena sar tisħiħ strutturali fil-Ministeru sabiex jitjiebu s-servizzi relatati mal-Inklużjoni soċjali, id-Diżabilità u l-Volontarjat. Dan apparti t-titjib fis-salarji li joħorġu mil-Ftehimiet Kollettivi u Settorjali li ġew ffirmati fl-aħħar xhur u ftehimiet oħra fis-seħħ. B’din l-interpellanza joħroġ biċ-ċar li l-uniku politika tal-Oppożizzjoni, li tifforma parti minnha, hija li tattakka lill-impjegati fis-servizz pubbliku. Infakkarha li f’mistoqsija oħra, f’din il-Kamra, l-Oppożizzjoni diġa fetħet attakk fuq il-ħaddiema Għawdxin u issa, jidher li jridu jattakkaw ż-żidiet fil-pagi lil madwar 33,000 ħaddiem tas-Servizz Pubbliku. Mill-banda l-oħra dan il-Gvern jibqa’ l-uniku garanzija għat-tisħiħ tal-kundizzjonijiet tal-ħaddiema.

Aġenzija Sapport - Djar fil-komunità

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il dar fil-komunità mmexxija mill-Aġenzija Sapport infetħu matul din il-leġiżlatura? Tista’ tgħid ukoll fejn jinsabu u meta nfetħu?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-aħħar dar fil-komunità li nfetħet mill- Aġenzija Sapport kienet ir-residenza taż-Żurrieq fl-2022. Minn dak iż-żmien s’issa, l-istrateġija tal-Aġenzija mxiet lejn il-kunċett ta’ deistituzzjonalizzazzjoni, b’hekk fl-2024 ġie inawgurat il-proġett “ĦOLQA” fil-Qrendi li jikkonsisti f’appartamenti li jintużaw għal placements ta’ tranżizzjoni. Barra minn hekk qed jitkompla xogħol biex jiġi varat il-proġett ta’ Kirkop li se jinkludi sular għal placements ta’ tranżizzjoni. Għaddejjin ukoll diskussjonijiet biex numru ta’ persuni li bħalissa jgħixu fl-isptar Monte Karmeli jagħmlu tranżizzjoni għal dar fil-komunità.

Jobsplus - Definizzjoni ta' Assistent Personali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22591, tista’ l-Ministru tgħid xi żviluppi kien hemm dwar id-definizzjoni ta’ ‘Assistent Personali’ ma’ Jobsplus?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Att legali dwar ir-riforma tal-Assistenza Personali ser jinkludi id-definizzjoni ta’ ‘Assistent Personali’.

Servizz ta’ assistent personali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni preżentement jistennew risposta dwar jekk hux ser ikunu qegħdin jibbenefikaw jew le mis-servizz ta’ assistent personali? Minn dawn il-persuni, tista’ tgħid ukoll liema hu l-itwal perjodu ta’ stennija minn meta ġiet sottomessa l-applikazzjoni inizjali?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li sal-24 ta’ Ottubru 2025, kien hemm total ta’ 99 applikant adult elenkati fil-lista ta’ stennija għall-assessjar inizjali tas-servizz ta’ Assistent Personali. Din il-lista hija organizzata skont il-prijorità tal-każijiet, u tiġi riveduta mit-tim tal-Personal Budget Assistance Scheme Board (PBAS) perjodikament. Mid-99 applikant adult, 61 ressqu l-applikazzjoni tagħhom fl-2025, filwaqt li 37 applikaw fl-2024. Barra minn hekk, hemm applikant wieħed mill-2023 li għażel li jissospendi temporanjament l-applikazzjoni tiegħu għal raġunijiet personali. Min-naħa l-oħra, bħalissa m’hemm l-ebda lista ta’ stennija ta’ klijenti li qed jistennew li jiġu preżentati quddiem il-Bord għall-assenjar tas-sussidju, peress li l-klijenti kollha li għaddew mill-assessjar inizjali diġà ngħataw appuntament mal-Bord. Għandu jiġi nnotat ukoll li kien hemm 78 applikant minuri għall-Family Assistance Support Scheme (FAS), servizz li huwa distint minn dak tal-Assistenza Personali. Il-klijenti ta’ dan is-servizz jingħataw sussidju li jippermettilhom jimpjegaw persuna ta’ għażla tagħhom sabiex tassisti lill-applikant fil-ħajja ta’ kuljum, kif ukoll lill-ġenituri tagħhom. Inżid ukoll li matul din is-sena, it-tim għadda minn riforma sabiex ikun allinjat mal-parametri stipulati fir-riforma tal-Personal Budget, bl-għan li jissaħħaħ il-proċess u jitnaqqas il-perjodu ta’ stennija.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat — Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Ottubru 2025?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba ta’ PQ Nru 24477.

Djar fil-komunità għall-persuni b’diżabilità

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il dar fil-komunità għall-persuni b’diżabilità nfetħu matul din il-leġiżlatura? Tista’ tgħid ukoll: i.            Fejn u meta nfetħu? ii.            Min imexxi dawn id-djar? iii.           Kemm-il persuna hi residenti f’kull waħda minn dawn id-djar?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba numru 31654.

Djar fil-komunità għall-persuni b’diżabilità – Pjan li jiżdiedu

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux mistenni li jkun hemm żieda fin-numru ta’ djar fil-komunità għall-persuni b’diżabilità? Jekk iva, kemm ser jiżdiedu u fejn hu mistenni li dawn jiżdiedu?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Aġenzija Sapport m'għandhiex il-ħsieb tiftaħ aktar djar ta’ dan it-tip, hekk kif bħalissa qed timplimenta l-istrateġija tad-de-institutionalization hekk kif inhu mistenni minn Artiklu 19 tal-Konvenzjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità. Din l-istrateġija tħares lejn il-bżonn li kull persuna tingħata l-appoġġ meħtieġ sabiex tkun tista’ tagħżel b’mod awtonomu fejn tgħix u ma’ min tgħix u għalhekk l-Aġenzija qabdet timplimenta din l-istrateġija biex b’hekk diġà għanda 3 persuni b’diżabilità li għaddejin minn din it-tranżizzjoni.

Djar fil-komunità għall-persuni b’diżabilità

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm u liema huma d-djar fil-komunità għall-persuni b’diżabilità f’Malta u Għawdex? Tista’ tgħid ukoll: i.            Min imexxi dawn id-djar? ii.            Kemm hu n-numru ta’ persuni b’diżabilità li jagħmlu użu minn kull waħda minn dawn id-djar fil-komunità? iii.            Kif inhuma mqassma l-etàjiet ta’ dawn il-persuni (age brackets) u kemm hemm persuni f’kull age bracket? iv.            Kemm huma dawk il-persuni b’diżabilità li qegħdin fuq il-lista ta’ stennija tal-Aġenzija Sapport biex jidħlu f’waħda minn dawn id-djar fil-komunità?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Aġenzija Sapport tmexxi 11-il setup komunitarju (varjetà ta’ djar u blokok ta’ appartamenti) madwar Malta u Għawdex (2 sa 7 residenti għal kull unit) fi ħdan is-servizz residenzjali. B’kollox hemm 49 resident f’dawn ir-residenzi. Dawn jinsabu fir-Rabat (Għawdex), Mtarfa, Pembroke, Kirkop, Marsa, Siġġiewi, Żurrieq, Żabbar, Fgura, Birżebbuġa u Bormla. Taħt is-servizz ta’ tranżizzjoni, l-Aġenzija Sapport tmexxi wkoll 3 appartamenti dedikati għall-placements ta’ tranżizzjoni fil-Qrendi u appartament ieħor għall-għajxien indipendenti f’San Ġwann. Bħalissa hemm 2 residenti jirrisjedu f’dawn l-appartamenti. Permezz ta’ kuntratt bejn l-Aġenzija Sapport u entità privata, hemm 45 persuna li jirrisjedu ġo 3 group homes fil-Mosta, Birgu u Raħal Ġdid. Permezz ta’ PSPs bejn il-Ministeru tal-Inklużjoni u l-Volontarjat u diversi NGOs, hemm group homes f’Ħaż-Żebbuġ, Ħal Qormi, Fgura u Għajnsielem (15 sa 30 resident f’kull group home) u 10 djar fil-komunità fis-Siġġiewi, Żurrieq, Qawra, Birkirkara, Żejtun, Kalkara u Għajnsielem (3 sa 10 residenti f’kull dar). B’kollox hemm 165 resident f’dawn is-setups. L-etajiet tal-klijenti jvarjaw minn 7 snin għal 87 sena kif indikat hawn taħt: Etajiet Numru 7 sa 20 sena 24 20-40 sena 71 40-60 sena 113 60-87 sena 53 Totali 261 Bħalissa hemm 56 persuna fuq il-lista ta’ stennija għall-placement residenzjali: 26 adulti (ġenerali), 5 minuri (ġenerali) u 25 adulti (ALS).

Baġit 2025 - Ċentru ieħor ta’ Matul il-Jum - Anzjani b’diżabilità

Question

B’referenza għal dak li hemm imsemmi fid-dokument tal-Baġit 2025 dwar Ċentru ieħor ta’ Matul il-Jum biex jilqa’ anzjani b’diżabilità, tista’ l-Ministru tgħid ta’ liema età l-anzjani jistgħu jattendu dan iċ-Ċentru? Tista’ tgħid ukoll fejn infetaħ dan iċ-Ċentru?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-għan wara dan iċ-Ċentru huwa li joffri sapport addattat għall-bżonnijiet varji ta’ anzjani b’diżabilità ta’aktar minn 61 sena li diġà jattendu ċ-Ċentri. Dan iċ-Ċentru ser jinfetaħ fil-lokalità tal-Gżira.