Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni b’diżabilità li jgħixu f’residenza tal-komunità f’Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni b'diżabiltà li qed joqogħdu f'xi residenza fil-komunità ġewwa Għawdex bħal Dar il-Fjuri fir-Rabat? Tista' tindika kemm minn dawn huma Għawdxin? Tista' tgħid kemm minn dawn il-persuni jgħixu b'mod permanenti f'dawn ir-residenzi? Tista' tindika kemm hemm Għawdxin li qed jistennew biex jidħlu f'xi waħda minn dawn ir-residenzi?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent hemm 9 persuni li joqogħdu b’mod permanenti f’Dar il-Fjuri fir-Rabat Għawdex, operata minn Aġenzija Sapport. Minn dawn, 4 huma Għawdxin. Skont il-lista ta’ stennija ta’ Aġenzija Sapport, fid-data ta’ din it-tweġiba hemm 3 persuni Għawdxin li qed jistennew biex jidħlu f’waħda mir-residenzi f’Għawdex.

Aġenzija Sapport – taħriġ mogħti lill-professjonisti

Question

Tista’ l-Ministru tindika x’taħriġ fuq bażi regolari ngħataw il-professjonisti tal-Aġenzija Sapport matul is-sena l-oħra? Meta sar dan it-taħriġ?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Aġenzija Sapport għandha numru ta’ professjonisti li jaħdmu fil-qasam tad-diżabilità. Dawn jinkludu: ħaddiema soċjali, professjonisti li jaħdmu f’diversi karigi fl-uffiċċini, support executives, leaders, coordinators u professjonisti tal-allied health. Matul is-sena 2019 dawn il-professjonisti ngħataw it-taħriġ imsemmi hawn taħt fuq bażi reġolari, fost taħriġ ieħor: Taħriġ Organizzat minn Numru ta’ professjonisti li rċevew dan it-taħriġ Xahar Induction Training Aġenzija Sapport 2 13 9 Marzu 2019 Mejju 2019 Novembru 2019 Active Support Aġenzija Sapport 2 4 2 2 5 Jannar 2019 Frar 2019 Marzu 2019 Ġunju 2019 Lulju 2019 Epilepsy Epilepsy Association 4 Frar 2019 Mental Health First Aid Fondazzjoni Richmond 1 3 1 3 April 2019 Ġunju 2019 Lulju 2019 Settembru 2019 HR policies and practices Aġenzija Sapport 25 Diċembru 2019 GDPR Aġenzija Sapport 2 5 Mejju 2019 Novembru 2019 First Aid Jobsplus 3 12 5 2 April 2019 Mejju 2019 Lulju 2019 Novembru 2019 Dementia SVP 11 Ottubru- Novembru 2019 Basic Principles in relation to Supervision LYNC 18 Jannar 2019 Food Handling Jobsplus 4 1 Mejju 2019 Lulju 2019 Fire Warden St. Bernard’s Institute 10 Marzu 2019 NAPPI ( train the trainer ) NAPPI UK 4 2 5 Mejju 2019 Ġunju 2019 Novembru 2019 Edukazzjoni Sesswali Università ta’ Malta 4 Jannar- Marzu 2019 CPI Fondazzjoni Richmond 2 Novembru 2019

Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità – persuni b’diżabilità reġistrati minn Marsaskala u Żejtun

Question

Tista’ l-Ministru tindika kemm hemm persuni b’diżabilità reġistrati mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u li jgħixu fil-lokalitajiet ta’ Marsaskala u ż-Żejtun? Kemm minn dawn il-persuni għandhom diżabilità fiżika, intelletwali jew mentali?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ikun etikament inkorret jekk jiġi identifikat kemm jgħixu persuni b'diżabilità, speċjalment li d-data tiġi maqsuma mid-diżabilità. Dan skont artiklu 31 tal-Konvenzjoni ghad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità li jesigi li l-istatistika għandha tintuża għal għan wieħed BISS, biex tiġi assessjajta l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, xogħol li jsir mil-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità fl-irwoll tagħha ta' regolatur skont Artiklu 33 tal-istess konvenzjoni. Il-Konvenzjoni tesigi dwar l-importanza li statistika ta' dan it-tip ma għandiex tiġi mqassma mingħajr spjegazzjoni għal fejn qed tiġi użata.

Qorti ta’ Għawdex u Vapur Nikolaos – passi mis-CRPD biex ikunu aċċessibbli għal kulħadd

Question

B'referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 17476, tista' l-Ministru tgħidilna meta l-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità ġiet infurmata li ser toħroġ is-sejħa għall-offerti għar-raba' vapur tal-flotta tal-Gozo Channel sabiex jissostitwixxi lil M.V. Nikolaos illi għandu problemi kbar ta' nuqqas ta' aċċessibilità għall-persuni b’diżabbilità u anzjani? Tista' tgħidilna wkoll hiex sodisfatta bid-dewmien sabiex issir din is-sejħa għall-offerti?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull dewmien f’dan is-sens qatt mhu mixtieq. Wieħed, iżda, irid jifhem ukoll li hemm proċeduri ta’ procurement li jridu jiġu segwiti.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja — Bordijiet - attendenza ta' membri

Question

Tista' l-Ministru tagħti rendikont tal-attendenzi tal-membri fil-laqgħat ta' kull bord li huwa taħt ir-responsabilità tagħha matul din il-leġiżlatura?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Aġenzija Sapport : Korsijiet ta’ taħriġ

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13062, tista’ l-Ministru tindika meta sarul-korsijiet ta’ taħriġ għall-impjegati tagħha imsemmija fir-risposta? Kemm kien hemm impjegati li ħadu sehem f’dan it-taħriġ?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li matul is-sena 2020 Aġenzija Sapport wasslet diveri programmi ta’ taħriġ għall-impjegati tagħha. Dan minkejja r-restrizzjonijiet minħabba l-pandemija, fejn l-Aġenzija addottat sistemi ta’ taħriġ diġitali sabiex tkompli bl-investiment tagħha fl-iżvilupp tal-impjegati. Il-korsijiet ta’ taħriġ imsemmija fir-risposta għal mistoqsija parlamentari 13062 ingħataw skont kif spjegat hawn taħt: Kors ta’ taħriġ Xahar, 2020 Numru ta’ Support Workers First Aid Course Marzu- April Mejju Awwissu- Settembru Novembru 1 2 12 1 Food Handling Course Mejju - Ġunju 19 Safer Moving and Handling Course Jannar Frar April Mejju Ġunju Ottubru Novembru Diċembru 37 38 44 19 29 14 1 1 Crisis Prevention Intervention Frar 10 Mental Health First Aid Dan it-taħriġ huwa provdut minn Richmond Foundation. Minħabba l-pandemija, dan it-taħriġ beda jiġi provdut lill-professjonisti biss f’dawn l-aħħar xhur. Meta jerġa’ jibda jingħata wiċċ imb’wiċċ, dan it-taħriġ ser jingħata lis-Support Workers ukoll Ħafna mis- Support Workers intgħataw dan it-taħriġ is-sena l-oħra, b’hekk għad għandhom ċertifikat validu. Infection Control Awwissu Settembru 117 55 Dementia Training Marzu- April 22 NAPPI Jannar Awissu Settembru 2 27 16

Persuni b’Diżabilità li huma residenti fl-Isptar Monte Carmeli

Question

Billi hemm 20 persuna b’diżabilità li huma residenti fl-Isptar Monte Carmeli, tista’ l-Ministru tgħid jekk hux se tieħu l-inizjattiva biex dawn il-persuni b’diżabilità jirritornaw lura fil-komunità u mhux jibqgħu jgħixu fi sptar mentali?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi skont il-Konvenzjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità tan-Nazzjonijiet Uniti li Malta saret firmatarja tiegħu fl-2006 u rratifikatu fl-2012, persuni li għandhom nuqqas ta’ saħħa mentali għal żmien twil huma meqjusa bħala persuni b’diżabilità. Għaldaqstant wieħed ma jistax jifhem kif fi Sptar li ċertament jospita fih ferm aktar minn 20 ruħ, l-Onorevoli Interpellant għoġbu jindika biss li 20 pazjent għandhom jiġu ri-integrati fil-komunità u nesa kompletament lir-residenti oħra bħal li kieku għandhom xi ħaġa inqas. Ta’ min wieħed ukoll juri l-insensittività tad-domanda bl-għażla xejn feliċi tal-frażi “sptar mentali”.

Aċċessibiltà għal persuni b’diżabilità

Question

Tista’ l-Ministru tindika jekk id-dipartimenti, aġenziji u entitajiet oħra taħt id-dekasteru tagħha humiex kollha fiżikament aċċessibbli għal persuni b’diżabilità?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-binjiet tal-Aġenzija Sapport huma kollha aċċessibbli skont l-istandards maħruġa mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità. Dan jgħodd għar-residenzi, ċentri ta’ matul il-jum kif ukoll uffiċini tal-Aġenzija. Bħala parti mill-proġett INK immexxi mill-Aġenzija, kumpaniji jingħataw ukoll taħriġ dwar kif jistgħu jagħmlu l-post tax-xogħol tagħhom aktar aċċessibbli. L-Aġenzija tenfasizza u tippromwovu wkoll li kumpaniji u entitajiet li jooperaw fil-pubbliku f’Malta u Għawdex, jimxu mal-Att dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b’Diżabilità) Kap 413 tal-Liġijiet ta’ Malta sabiex ikun assigurat li persuni b’diżabilità jkollhom aċċess sħiħ fil-komunità.

Proġett Vajrita ta’ Marsaskala

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 15581, tista’ l-Ministru tgħid meta se jibda x-xogħol fuq il-Proġett Vajrita speċjalment meta hemm lista twila ta’ stennija ta’ persuni biex jirċievu s-servizzi tal-Ċentri ta’ Matul il-Jum u tad-Djar Residenzjali?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-proġett Vajrita f’Wied il-Għajn jibda meta jitlesta l-proċess ta’ xiri pubbliku. Wara li ġew evalwati s-sottomissjonijiet mit-tieni sejħa, ġie skattat proċess ta’ negozjar skont l-Artiklu 154 tal-Proċeduri tax-Xiri Pubbliku minħabba li dawn is-sottomissjonijiet ma laħqux il-kriterji tas-sejħa. Dan il-proċess ma rnexxiex u għal darba’oħra se jkun hemm sejħa pubblika fl-2021. Sadattant il-persuni b’diżabilità kollha li kienu qed jirċievu servizz ta’ matul il-jum jew residenzjali mill-kumpless Vajrità qed jingħataw is-servizz meħtieġ minn binjiet oħra u għalhekk ma kienx hemm waqfa fl-għotja tas-servizzi lil dawn il-persuni.

Malta Business Disability Forum

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'ħidma wettaq u x'riżultati kiseb il-Malta Business Disability Forum tul is-sena li ilu mwaqqaf?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’Ġunju 2019, il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità ħadet l-inizjattiva li tavviċina lill-komunità kummerċjali bil-għan li titwaqqaf pjattaforma li tqarreb u tinforma lil din il-komunità dwar il-ħtiġijiet ta’ persuni b’diżabilità b’mod strutturat. Dan wassal biex fit-18 ta’ Diċembru 2019, ġie ffirmat Memorandum of Understanding li waqqaf il-Malta Business Disability Forum. Bħalissa l-membri tal-forum huma l-Kummissjoni stess flimkien mal-Malta Chamber of Commerce, Enterprise and Industry; il-Malta Employers’ Association, il-Malta Chamber of SMEs, il-Malta Federation Organization of Persons with Disability, il-Fakultà għall-Benesseri Soċjali tal-Università ta’ Malta, l-Uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali, il-Kamra tan-Negozju ta’ Għawdex u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Tajjeb li wieħed jiftakar li dan il-forum huwa purament konsultattiv u ma għandu l-ebda rwol jew poteri eżekuttivi. S’issa, l-forum iddiskuta żewġ rapporti tal-Kummissjoni li jinvestigaw l-aċċessibilità ta’ negozji f’ċertu toroq fil-Belt Valletta, il-Gżira u tas-Sliema. Barra minn hekk, il-Forum ħadem fuq it-tfassil ta’ miżura mħabbra fil-Budget 2019 dwar għajnuna lil negozji li jħaddmu persuni b’diżabilità biex jgħinuhom jintegraw fuq il-post tax-xogħol. Dwar dan, saru numru ta’ laqgħat mal-Malta Enterprise. Fl-aħħar xhur il-Forum ma ltaqgħax b’mod fiżiku minħabba l-Pandemija, iżda nġabret ir-reazzjoni tal-membri għal studju importanti li qed isir mis-CRPD dwar il-persuni b’dizabilita u d-dinja tax-xogħol. Il-pass li jmiss b’rabta ma’ dan l-istudju huwa li l-Forum jitlaqqa’ fil-bidu tas-sena d-dieħla, dejjem jekk tippermetti is-sitwazzjoni, sabiex issir diskussjoni dwar kif ir-riżultati tal-istudju, li jinkludu linji gwida għal min iħaddem, jilħqu lill-komunità kummerċjali bl-aħjar mod bit-tir li jtejjbu b’mod tanġibbli l-ħajja tal-persuni b’diżabilità li qegħdin fid-dinja tax-xogħol jew jaspiraw li jidħlu fiha. Matul din is-sena l-Kummissjoni ħadmet fuq kunċett ġdid dwar intrapriżi soċjali, li ser tkun qed tippreżentah lill-Forum għad-diskussjoni u l-kunsiderazzjoni tiegħu.

Persuni neqsin mid-dawl

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn persuni neqsin mid-dawl f'Malta sal-jum li fih titwieġeb din id-domanda? Tista' tispjega kemm minn dawn huma totalment neqsin mid-dawl u kemm minn dawn huma parzjalment neqsin mid-dawl? Tista' tgħid kemm minn dawn il-persuni huma taħt l-età u kemm minnhom huma anzjani? Tista' tgħid ukoll kemm minn dawn il-persuni huma ta' sess maskili u kemm minnhom huma ta' sess femminili? Tista' tagħti rendikont lokalità b'lokalità f'Malta u Għawdex kemm hemm persuni neqsin mid-dawl?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mal-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità hemm 1,635 persuna reġistrati li għandhom nuqqas ta’ vista. Dawn ivarjaw minn nuqqas totali ta’ vista għal nuqqas parzjali. Din id-distinzjoni ma tinżamx fir-rekords tal-Kummissjoni peress li m’hijiex meħtieġa għall-finijiet tar-reġistrazzjoni magħha. Aktar informazzjoni tinstab fit-tabella ta’ hawn taħt; Numru ta’ persuni neqsin mid-dawl reġistrati mal-Kummissjoni għad-Drittijie t ta’ Persuni b’Diżabilit à Irġiel 743 Nisa 892 X 0 Taħt it-18-il sena 73 Anzjani 1,051 Malta 1,485 Għawdex 150 Total 1,635

Servizzi Edukattivi li tfal neqsin mid-dawl

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'servizzi edukattivi jingħataw f'Malta lil tfal u studenti neqsin mid-dawl? Tista' tgħid ukoll kemm hawn għalliema jew professjonisti oħra fis-settur edukattiv li qed joffru dawn is-servizzi? Tista' tgħid ukoll kemm fil-mument li qed titwieġeb din id-domanda hemm tfal jew studenti li qed jirċievu kull wieħed minn dawn is-servizzi?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Niltob lill-Onorevoli Interpellant sabiex biex jindirizza l-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Għajnsielem — Learning Hub

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'servizzi qed jiġu offruti fil-preżent mil-Learning Hub ġewwa Għajnsielem Għawdex? Tista' l-Ministru tispjega wkoll kemm persuni ħadu jew qed jieħdu kull wieħed minn dawn is-servizzi tul is-snin 2019 u 2020? Jista' jispjega wkoll liema Ministeri jew dipartimenti jew entitajiet oħra li ma jaqgħux taħtu qed jużaw jew inkella qed joffru servizzi mil-Learning Hub?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Aġenzija Sapport għandha Ċentru ta’ Matul il-Jum għal persuni b’diżabilità bbażat fl-Għajnsielem Learning Hub, f’Għawdex. Matul is-sena 2019 kien hemm 13 persuna b’diżabilità reġistrata f’dan iċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum u 17 fl-2020. Dan minbarra 184 persuna oħra li bbenefikaw minn applikazzjonijiet għal skemi minn Jannar 2020 sad-data ta’ din it-tweġiba u persuni oħra li bbenefikaw minn għajnuna u gwida dwar servizzi oħra li toffri Aġenzija Sapport kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex peress li dan l-uffiċċju jservi wkoll bħala bażi għas-servizzi tal-Aġenzija u fejn l-Għawdxin jistgħu jirreferu għal servizzi u skemi ta’ Aġenzija Sapport. Għal informazzjoni dwar servizzi oħra mogħtija minn Ministeri u dipartimenti jew entitajiet oħra, nitlob lill-Onor Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Għajnsielem – Learning Hub

Question

Tista' l-Ministru tgħid fejn wasal il-proġett imħabbar fl-2017 mill-Gvern fejn il-Learning Hub ġewwa Għajnsielem Għawdex kellu jiġi estiż biex ikun hemm aktar spazju għas-servizzi offruti minn dak il-post? Tista' tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li permezz tiegħu l-Gvern kera l-binja tal-Learning Hub?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-twegiba se tinghata f’xi seduta ohra.

Integrazzjoni ta’ persuni b’diżabilità

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15753 u 13582 u ċjoè: Peress li hu magħruf minn kulħadd permezz ta' studji soċjali li l-komunità kollha tibbenefika meta persuni b'xi diżabilità jew oħra jingħataw l-opportunità li jintegraw ruħhom bl-aktar mod olistiku fis-soċjetà u meta dawn jingħataw kull għajnuna sabiex ikomplu jistudjaw u javvanzaw fil-karrieri tagħhom, li hu wkoll tagħhom bid-dritt, skont Artiklu 19 tal-Konvenzjoni dwar id-Drittjiet ta' Persuni b'Diżabilità, li Malta irratifikat fl-2012, għaldaqstant tista’ l-Ministru tgħid x'qed jagħmel il-Gvern biex jiżgura li persuni li jgħixu b'xi diżabilità jew oħra jingħataw kull sapport neċessarju, speċjalment finanzjarju, biex ikomplu l-edukazzjoni tagħhom u jaċċessaw opportunitajiet ta' xogħol li jiggarantixxu livell ta' għajxien xieraq anki meta' dawn jispiċċaw l-edukazzjoni mandatorja skont il-liġi u jkomplu jistudjaw fl-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni wara s-sekondarja, l-Università, l-MCAST jew isegwu kwalunkwe kors ieħor? Speċifikament, xi skemi qed jopera l-Gvern biex jassisti individwi żgħażagħ bħal dawn li huma f'riskju li jieqfu jistudjaw qabel iż-żmien minħabba l-piż finanzjarju tax-xiri ta' teknoloġiji t'assistenza? Għalfejn persuna dipendenti fuq it-teknoloġiji t'assistenza, jiġifieri li ma taqax taħt id-definizzjoni ta' persuna fis-saħħa, mhix eleġibbli għall-fondi pubbliċi għat-teknoloġiji ta' assistenza? Xi skemi hemm li jipprovdu għaċ-ċirkostanzi partikolari ta' minorenni u studenti b'diżabilità li għadhom qed jiddependu fuq il-ġenituri tagħhom, speċjalment fuq single parents?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Aġenzija Sapport fi ħdan il-Minsiteru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja toffri diversi servizzi u skemi għal tfal u adulti b’diżabilità sabiex dawn ikun iktar faċli għalihom li jkomplu bl-edukazzjoni tagħhom u anke jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Fosthom: Is-servizz tal-Access to Communication and Technology Unit, fejn Occupational Therapists u Speech and Language Therapists li jispeċjalizzaw fuq teknoloġija assistiva jagħmlu assessjar fuq tfal li għandhom diffiultajiet ta’ kommunikazzjoni minħabba d-diżabilità tagħhom. Dan it-tim joffri wkoll gwida u taħriġ fuq l-użu ta’ apparat teknoloġiku assistiv waqt li jinvolvi wkoll lill-familjari u professjonisti oħra li jkunu qed jaħdmu ma’ dawn it-tfal dejjem fl-interess li jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar. Dan is-servizz jippermetti lit-tfal sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw u jkomplu l-edukazzjoni tagħhom f’kull livell u anke eventwalment fuq il-post tax-xogħol. L-Aġenzija Sapport tmexxi wkoll is-servizzi mogħtija minn Sonia Tanti Independent Living Centre (STILC) li jipprovdi sapport, informazzjoni u gwida lill-persuni b’diżabilità u lill-familjari tagħhom rigward aspetti ta’ għajxien indipendenti fil-komunità. Dawn is-servizzi huma offruti minn Fiżjoterapisti u Occupational Therapists li jinkludi assessjar komprensiv tal-persuna u l-kuntest tal-madwar sabiex jgħinu lill-persuni b’diżabilità ta’ kull età jakkwistaw ħiliet ġodda jew itejbu l-indipendenza tagħhom permezz ta’ tagħmir għall-mobilità fiżika, apparat assistiv kif ukoll gwida professjonali mit-terapisti. Dan is-servizz jinkludi klinika ta’ assessjar fuq l-użu tas-siġġu tar-roti, assessjar fuq sewqan ta’ karozzi modifikati kif ukoll lezzjonijiet tas-sewqan tal-karozza għal persuni b’diżabilità. Dan is-servizz għalhekk jagħmilha possibbli sabiex persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jgħixu ħajja indipendenti permezz ta’ teknoloġija diversa u b’hekk ikunu jistgħu jaċċessaw l-edukazzjoni, ix-xogħol u l-ħajja soċjali b’mod ugwali. L-istess individwi jkunu jistgħu japplikaw għall-Empowerment Scheme immexxija mill-istess Aġenzija għal sussidju fuq dan l-apparat assistiv speċjalizzat għall-użu speċifiku tagħhom, inkluż dak teknoloġiku. Wieħed jista’ wkoll japplika għal skema oħra mal-Ministeru tal-Finanzi għal rifużjoni fuq parti mill-VAT imħallas fuq l-istess apparat. Skemi oħra li jistgħu jaċċessaw persuni b’diżabilità u li permezz tagħhom wieħed jista’ jkompli l-edukazzjoni tiegħu u jkun inkluż ukoll fid-dinja tax-xogħol jinkludu: § Servizz ta’ interpretazzjoni tal-lingwa tas-sinjali fl-iskejjel primarji, sekondarji, post-sekondari u anke fil-livell terzjarju sabiex studenti Deaf ikunu jistgħu jkomplu bl-istudji tagħhom § Taħriġ u job placements permezz tal-proġett INK, ko-finanzjat mill-UE u mmexxi mill-Aġenzija Sapport § Sussidju sabiex persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jqabbdu carer tal-għażla tagħhom għal sapport fil-komunità, inkluż assistent personali § Eżenzjoni parzjali jew sħiħa mill-ħlas tal-liċenzja tat-triq tal-vetturi § Eżenzjoni parzjali jew sħiħa mit-taxxa tar-registrazzjoni fuq vetturi § Sussidju fuq trasport sabiex persuni li ma jistgħux jużaw is-servizz tat-trasport pubbliku, ikunu jistgħu jattendu skola post-sekondarja, attivitajiet sportivi u / jew il-post tax-xogħol permezz tal-Empowerment Scheme

Aġenzija Sapport: Lista ta’ Stennija

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ stennija għas-servizzi kollha mogħtija mill-Aġenzija Sapport?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizzi tal-Aġenzija Sapport għandhom lista ta’ stennija kif ġej: Servizz Lista ta’ Stennija Sharing Lives 14 People Assistance Schemes: §Empowerment Scheme §Eżenzjoni mill-ħlas tal-Liċenzja tat-Triqtal-Vetturi §Eżenzjoni mit-Taxxa tar-Registrazzjoni fuq Vetturi 8 Independent Community Living Monitoring Service (ICLM): §Direct Payment §Independent Community Living §Personal Assistance Fund 17 Servizzi fil-Komunità 49 Servizzi ta’ Matul il-Jum 110 Sonia Tanti Independent Living Centre (STILC) 112 Servizz ta’ Assessjar u Interventi ta’ Ħidma Soċjali 200 Servizzi Residenzjali / NGOs 315 ACTU 150 Interpretazzjoni tal-Lingwa tas-Sinjali 0 Nota: Persuna tista’ tkun qed tapplika għal aktar aktar minn servizz wieħed fl-istess ħin.

Qorti ta’ Għawdex u Vapur Nikolaus – passi mis-CRPD biex ikunu aċċessibbli għal kulħadd

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'passi ttieħdu mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (CRPD) s’issa biex jiġi assigurat li l-Qorti ta' Għawdex u l-vapur Nikolaus operat mill-Gozo Channel ikunu aċċessibbli għal kulħadd? Tista' l-Ministru tgħid sa meta ngħatat żmien l-Aġenzija għas-Servizzi fil-Qrati sabiex il-Qorti ta' Għawdex ikun aċċessibbli għal kulħadd u dan peress li sal-lum din il-binja pubblika li tintuża kuljum minn mijiet ta' nies mhijiex aċċessibbli? Fil-każ tal-vapur Nikolaus, tista' tgħid għaliex is-CRPD qed taċċetta li dan il-vapur li jużawh eluf ta' nies kuljum mhux aċċessibbli u jekk l-istess CRPD kienx ta żmien sa meta jista' jibqa jintuża kif inhu llum? Għaliex fiż-żewġ każijiet is-CRPD ma bdietx passi legali meta imbagħad kontra operaturi privati tieħu l-passi immedjati jew ma tagħtix permess biex joperaw?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità m’hijiex l-entità vestita bil-poteri legali sabiex tiċċertifika l-livell ta’ aċċessibilità fuq bastimenti. Madanakollu, l-Kummissjoni ressqet l-ilmenti tagħha u ta’ bosta persuni b’diżabilità marbuta mal-bastiment MV Nikolaos sabiex dawn jiġu indirizzati. Infurmata li l-bastiment qiegħed jintuża sakemm tinħareġ sejħa għall-offerti għal vapur ġdid. Dan kien ikkonfermat f’laqgħa li l-Kummissjoni kellha mal-Ministru għal Għawdex f’Lulju 2020. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hi nfurmata li l-flotta tal-Kumpanija Gozo Channel Ltd. ma tikkonsistix esklussivament mill-bastiment MV Nikolaos, iżda għandha tliet bastimenti oħra li jipprovdu livell għola ta’ aċċessibilità, li iżda m’huwiex l-aqwa livell li wieħed jista’ jkollu. Ta' min ifakkar li dawn il-bastimenti kienu nbnew bejn is-sena 2000 u 2002 taht amministrazzjoni nazzjonalista. Rigward il-Qorti ta’ Għawdex, il-Kummissjoni tista’ tikkonferma li hija kienet irċeviet ilment dwar l-aċċessibilità f’din il-binja f’Ottubru 2014 u mill-ewwel għamlet kuntatt mal-awtoritajiet konċernati sabiex tinstab soluzzjoni. Fost il-proposti li saru kien hemm li jsir lift li jwassal sal-binja, li madanakollu, ma jsolvi bl-ebda mod il-problema kbira ta’ aċċessibilità f’din il-binja storika li m’għandiex livelli l-istess fl-istess sulari. Dan ifisser li biex tmur minn kamra għall-oħra, trid titla’ jew tinżel xi taraġ, minkejja li tibqa’ fl-istess sular. Il-Kummissjoni hi nfurmata li l-Gvern għaddej bi proċess sabiex il-Qorti ta’ Għawdex tiġi rrilokata għal post aċċessibbli. Fil-laqgħa surreferita ma ngħatawx dettalji ġodda dwar din ir-rilokazzjoni. Tajjeb li nfakkar lill-Onorevoli Interpellant, li s-CRPD m’ għandiex poteri li twaqqaf direttament lil xi ħadd milli jeżerċita xi attività iżda hi biss waħda mill-entitajiet involuti fil-proċess fil-ksib ta’ permess fil-qafas tal-Awtorità tal-Ippjanar. Għaldaqstant, tali limitazzjonijiet jistgħu jiġu imposti biss jekk marbuta mal-proċess ta’ ksib ta’ permess għall-bini. Naturalment dan ma japplikax għall-kiri ta’ vapur. Fiż-żewġ każijiet in kwistjoni f’din l-interpellanza, il-Kummissjoni għandha parir li l-possibilità li azzjoni legali sejra twassal għal titjib fis-servizzi mogħtija hi tassew żgħira u li jkun ferm aktar għaqli li tinstab soluzzjoni li ma tinvolvix azzjoni legali. Din hija l-istess strateġija li tittieħed anke f’numru ta’ azzjonijiet li l-Kummissjoni tieħu fil-konfront ta’ entitajiet privati. Nixtieq infakkar ukoll lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ każijiet li nvestigat il-Kummissjoni kontra entitajiet pubbliċi telgħu minn 100 fis-sena u xahrejn li hu kien il-Ministru responsabbli għall-qasam tad-diżabilità għal 388 matul l-2019. Dan kien possibbli biss grazzi għall-investiment f’riżorsi, fosthom umani, li wettaq il-Gvern Laburista fil-Kummissjoni sa mill-2013.

Ix-Xemxija – Żona tal-Fekruna – attenzjoni u tindif

Question

Tista’ l-Ministru tara li l-post/żona (wesgħa pubblika) magħrufa bħala l-Fekruna li jinsab fil-limit tax-Xemxija jingħata l-attenzjoni xierqa billi jitneħħa l-periklu li hemm u possibbilment jitnaddaf u jkun jista’ jitgawda mill-pubbliku?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant li jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ta’ Sannat Għawdex – Special Unit

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-età li fiha t-tfal jew studenti b'diżabilità li jattendu l-ispecial unit ġewwa Ta' Sannat Għawdex iħallu din l-iskola? Tista' tispjega kemm hemm tfal jew studenti b'diżabilità li laħqu din l-età u għadhom jattendu l-ispecial unit imsemmiha? F'każ li hemm tfal jew studenti f'din is-sitwazzjoni, tista' tgħid għala qed jiġri dan u x'qed jagħmel biex jirremedja s-sitwazzjoni?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Kors ta’ taħriġ — carers/membri tal-familja li jieħdu ħsieb anzjani u persuni b’diżabilità fil-komunità

Question

Jista’ l-Ministru jindika jekk humiex se jiġu organizzati xi korsijiet ta’ taħriġ għal dawk il-carers / membri tal-familja li jieħdu ħsieb l-anzjani u persuni b’diżabilità fil-komunità?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Aġenzija Sapport tinvesti ħafna riżorsi f’taħriġ speċjalizzat b’mod regolari għal dawk l-impjegati li jaħdmu b’mod dirett tal-persuni b’diżabilità li jagħmlu użu mis-servizzi tal-Aġenzija b’mod partikolari dawk fil-komunità. Madankollu l-Aġenzija ma tipprovdix taħriġ għall-qraba. Dan għax skont Artiklu 19 tal-Konvenzjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità (UNCRPD) u l-linji gwida tal-European Network of Independent Living hu suġġerit li persuni b’diżabilità fil-komunità kemm jista’ jkun ikollom carers / personal assistants li mhumiex membri tal-familja. Għalkemm ma tipprovidix taħriġ lill-qraba, l-Aġenzija Sapport xorta waħda toffri appoġġ b’diversi modi lill-membri tal-familja fosthom b’seminars virtwali, gruppi ta’ sostenn u workshops informattivi.