Legislature:
Category:
Reset
Active:

Strutturi illegali – Sena 2025

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3220 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1432, jista’ l-Ministru jgħid f’liema lokalità kienu jinstabu l-każijiet ta’ strutturi li sal-aħħar tas-sena 2025 li għalkemm ħallsu l-multa massima kienu għadhom illegali, irregolari jew mhux sanzjonati u jekk inbidilx l-istatus tagħhom mill-aħħar tal-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-każijiet imsemmija, kien hemm bidla fl-istatus ta’ każ wieħed biss, fil-lokalità ta’ Ħal Qormi, fejn l-iżvilupp illegali tneħħa. Fir-rigward tal-każijiet fin-Naxxar, Ħal Luqa u l-Mellieħa, ma kien hemm l-ebda bidla fl-istatus tagħhom sa mil-aħħar tal-2025.

Proprjetajiet mixtrija minn persuni li ma kenux ċittadini Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw proprjetajiet f'Malta u f'Għawdex minn persuni li ma kenux ċittadini Maltin fil-mument li sar il-kuntratt sena b'sena mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Pjazza ta’ Ħal Tarxien – Ċerimonja tal-inawgurazzjoni – Spiża totali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża totali taċ-ċerimonja uffiċjali tal-inawgurazzjoni tal-Pjazza ta’ Ħal Tarxien li saret fl-2026?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba se tingħata f’seduta oħra.

Pjazza ta’ Ħal Tarxien – Xogħlijiet – Konsultazzjonijiet mal-Kunsill Lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk Infrastructure Malta kkonsultatx mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien qabel bdew ix-xogħlijiet fuq il-Pjazza ta’ Ħal Tarxien? Jista’ jgħid ukoll xi studji u riċerka saru qabel il-bidu tagħhom, u x’sehem kellu l-Kunsill Lokali fl-ippjanar u fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar dawn ix-xogħlijiet?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan kien progett li origina mil-Kunsill lokali li kien propona din it-talba ghand Infrastructure Malta sabiex isir il-progett ta’ rigenerazzjoni tal-pjazza u l-madwar. Il-proġett tax-xogħlijiet fil-Pjazza huwa proġett imexxi u ffinanzjat minn Infrastructure Malta. Il-Kunsill Lokali jinżamm infurmat b’mod kontinwu dwar ix-xogħlijiet proposti, inkluż id-disinn tal-proġett kif ippreżentat mill-entità responsabbli u kkonsultat fuq kull tip ta’ deċiżjonijiet relatati mal-estetika fosthom madum, sistema ta’ dawl u anki disinn u traffic management u l-għamara tal-pjazza. B’koordinament mal-Kunsill Lokali saru numru ta’ konsultazzjonijiet mal-ghaqdiet ta’ Hal Tarxien, kif ukoll mar-residenti tal-madwar. Fir-rigward tal-istudji, ir-riċerka u kwalunkwe valutazzjonijiet tekniċi jew preparatorji li setgħu saru jew kienu meħtieġa qabel il-bidu tax-xogħlijiet, infurmata mill-Kunsill Lokali li dawn kienu jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ Infrastructure Malta, bħala l-entità inkarigata mill-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-proġett. Infurmata wkoll li l-Kunsill Lokali kien qiegħed ikun ikkonsultat u kien qed isegwi l-progress tal-proġett.

Il-Kalkara – Triq il-Kanun tal-Milja – Żieda fid-dawl

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex jiżdied id-dawl fi Triq il-Kanun tal-Milja, il-Kalkara, b’mod partikolari fl-inħawi fejn jinsabu l-bus stops, sabiex ikun hemm aktar viżibilità u sigurtà għall-passiġġieri li jużaw it-trasport pubbliku, speċjalment matul il-ħinijiet ta’ filgħaxija?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal mistoqsija parlamentari numru 3590.

Infrastructure Malta – Ammont dovut lill-kuntratturi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3271 fl-intier tagħha u jgħid jekk hemmx kuntratturi li sal-lum għadhom ma tħallsux għal xogħlijiet li twettqu u ġew iċċertifikati, kemm permezz ta’ ċertifikati finali kif ukoll ċertifikati interim? Jekk hemm, jista’ jgħid x’inhu l-ammont totali dovut (f’Ewro) minn Infrastructure Malta lil dawn il-kuntratturi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari numru 3271.

Liċenzja ta’ bennej – Dewmien

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3273 u ċjoè: Fid-dawl li hemm numru ta’ persuni li ilhom jistennew sabiex japplikaw u jagħmlu l-eżami għal-liċenzja ta’ bennej, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jiftħu l-applikazzjonijiet? Jekk m’hemmx data speċifika, jista’ jagħti raġuni għal dan id-dewmien?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, in segwitu għar-riforma mwettqa fil-qasam tal-Liċenzjar tal-Bennejja, l-Awtorità qed tassigura li s-sillabu jiġi aġġornat minn żmien għal żmien sabiex jirrifletti l-iżviluppi li jkunu qed iseħħu fis-settur, kif ukoll il-kompetenzi u l-ħiliet li bennej liċenzjat huwa mistenni li jkollu. Malli dan il-proċess jiġi finalizzat, jinfetħu l-applikazzjonijiet relatati.

Ħal Tarxien – Proġett ta’ Misraħ ir-Repubblika – Kumpens lir-residenti/sidien tan-negozji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jingħata xi forma ta’ kumpens lir-residenti u lis-sidien tan-negozji li ġew affettwati mid-dewmien fil-proġett ta’ Misraħ ir-Repubblika u t-toroq tal-madwar f’Ħal Tarxien?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kull persuna jew negozju li jqis li ġarrab dannu jew impatt finanzjarju b’riżultat ta’ xogħlijiet infrastrutturali jista’ jressaq talba għal kumpens lill-Infrastructure Malta permezz tal-proċeduri stabbiliti mill-Aġenzija.

Ħal Tarxien – Proġett ta’ Misraħ ir-Repubblika – Inawgurazzjoni – Spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm swiet l-inawgurazzjoni li saret f’Mejju 2026 ta’ parti mill-proġett ta’ Misraħ ir-Repubblika f’Ħal Tarxien?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tiġi miġbura.

Ħal Tarxien – Proġett ta’ Misraħ ir-Repubblika – Spiża totali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm sewa s’issa l-proġett ta’ Misraħ ir-Repubblika u t-toroq tal-madwar f’Ħal Tarxien, u kemm hu stmat li se tkun l-ispiża totali tal-proġett meta jitlesta?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qiegħda tiġi miġbura.

Infrastructure Malta – Ammonti dovuti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3272 u jagħti figura finanzjarja dwar kemm għandha tiġbor fondi Infrastructure Malta mingħand entitajiet u azjendi tal-Gvern sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tiġi miġbura.

Infrastructure Malta - Konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1858, 2294 u 3268 u jagħti dettalji, f'tabella, ta’ konsulenzi (inklużi periti, avukati u nutara) li tqabbdu jagħtu servizz lil Infrastructure Malta mill-2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż dettalji tal-valur li tħallsu individwalment?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tiġi miġbura.

Marsa Junction – Lifts għall-bridge pedonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jerġgħu jibdew jaħdmu l-lifts għall-bridge pedonali li jintuża biex jaqsam il-Marsa Junction minn Raħal Ġdid?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-infrastruttura tal-liftijiet il-ġodda tal-Marsa/Raħal Ġdid, li jinsabu fuq Vjal Sir Paul Boffa, hija lesta u li ż-żewġ liftijiet issa jinstabu miftuħin għall-użu tal-pubbliku.

Humanoid Robot - Dħul f’Malta - Proċedura amministrattiva applikata

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1524 u jgħid liema proċedura amministrattiva ġiet applikata mill-awtoritajiet Maltin fil-każ tad-dħul f’Malta tal-humanoid robot magħruf bħala “Sophia”, inkluż jekk dan ġiex trattat bħala persuna, oġġett, tagħmir, jew taħt xi kategorija oħra għall-finijiet ta’ kontrolli ta’ fruntiera, sigurtà jew immigrazzjoni?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Humanoid Robot - Dħul f’Malta - Passaport/Dokumenti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1523 u jgħid jekk mad-dħul f’Malta tal-humanoid robot magħruf bħala “Sophia” ġiex ippreżentat lill-awtoritajiet Maltin xi passaport, visa, permess jew dokument ieħor ta’ vjaġġar jew identifikazzjoni? Jekk iva, jista’ jgħid x’tip ta’ dokument kien, minn liema Stat jew awtorità kien maħruġ, u jekk dan ġiex aċċettat jew irreġistrat mill-awtoritajiet Maltin?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Humanoid Robot - Dħul f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1522 u jgħid jekk l-awtoritajiet Maltin għandhomx rekord li l-humanoid robot magħruf bħala “Sophia” daħal f’Malta jew ġie ppreżentat għal kontroll ta’ fruntiera f’Malta? Jekk iva, jista’ jgħid f’liema data daħal, taħt liema kategorija ġie rreġistrat, u jekk ġiex ippreżentat xi dokument ta’ identifikazzjoni jew vjaġġar?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

L-Awtorità tal-Ippjanar – Billboards – Azzjoni ta’ infurzar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u liema passi ser jittieħdu mill-Awtorità tal-Ippjanar fir-rigward tad-diversi billboards li kienu ttellgħu f’diversi toroq arterjali u distributorji fil-ġimgħat ta’ qabel l-elezzjoni ġenerali u li kienu ntużaw bħala billboards politiċi skont Leġiżlazzjoni Sussidjarja 552.28 (Regolamenti dwar billbords u reklami), li numru kbir minnhom għadhom f’posthom u qed jibqgħu jintużaw minn entitajiet pubbliċi u privati, bi ksur tal-imsemmija regolamenti? Jista’ jgħid ukoll jekk l-Awtorità hix qed tinforza dawn ir-regolamenti b’mod ġenerali, inkluż fir-rigward tal-billboards użati għal reklamar kummerċjali, kemm dawk elettroniċi kif ukoll dawk li mhumiex, f’dak li jirrigwarda l-illuminazzjoni, il-pożizzjonament tagħhom, u l-effett jew l-impatt li jista’ jkollhom fuq is-sigurtà fit-toroq?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar, permezz tad-Direttorat tal-Konformità u l-Infurzar, qiegħda f’kuntatt mal-partiti politici sabiex il-billboards jitneħħew.  L-Awtorità sabet kooperazzjoni min-naħa tal-partiti, u fil-fatt ħafna minn dawn il-billboards diġà tneħħew u ħa jkomplu jiġu mneħħija fil-jiem li ġejjin. Inkwantu għas-sigurta fit-toroq nitlob lill-Onor interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għall-Infrastruttura, l-Ippjanar u x-Xogħol - Impjegati li ma jistgħux jaħdmu ġimgħa ta’ 40 siegħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistux policies, skemi jew arranġamenti fi ħdan il-Ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu, għal impjegati li minħabba kundizzjoni medika ċċertifikata jew diżabilità, ma jkunux jistgħu jaħdmu ġimgħa ta’ 40 siegħa? Jista’ jgħid ukoll: i.    x’inhuma dawn l-arranġamenti u taħt liema kriterji jingħataw; ii.   kemm hemm persuni li bħalissa qed jibbenefikaw minn dawn l-arranġamenti, maqsuma skont l-entità u n-numru ta’ sigħat li jaħdmu; u iii.  jekk hemmx pjanijiet biex dawn il-miżuri jissaħħu jew jiġu estiżi sabiex aktar persuni b’kundizzjonijiet ta’ saħħa jkunu jistgħu jibqgħu fis-suq?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tiġi miġbura.