Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Health and Safety Officers

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx health and safety officer fil-ministeru tagħha u jekk le, għaliex?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi nfurmata li Health & Safety Officer impjegat full time mhuwiex rikwest mil-liġi. Madanakollu għarfien rigward is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol huwa kontinwu.

Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Defibrillators

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm defibrillators fil-binja ta’ kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tagħha?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninsab informata li bħalissa m’hemmx defibrillators fil-binjiet tal-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li jien responsabbli minnu.

Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi – First Aiders iċċertifikati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tagħha bħalissa?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninsab informata li bħalissa hemm total ta' 32 first aiders iċċertifikati fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li jien responsabbli minnu.

Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi – First Aiders iċċertifikati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm first aiders iċċertifikati fil-ministeru tagħha bħalissa?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li bħalissa hemm 103 first aiders iċċertifikati fil-Ministeru li jien responsabbli minnu.

Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tagħha fl-2024?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2024 ma kienx hemm l-ebda rapport ta’ fastidju sesswali fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li jien responsabbli minnu.

Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tagħha fl-2024?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li fl-2024 ma kienx hemm l-ebda rapport ta’ fastidju sesswali fil-Ministeru li jien responsabbli minnu.

Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tagħha fl-2025?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li fl-2025 ma kienx hemm l-ebda rapport ta’ fastidju sesswali fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li jiena responsabbli minnu.

Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tagħha fl-2025?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li ġejt informata li fil-Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi kif inhu kostitwit illum, fl-2025 ma kienx hemm rapporti ta’ fastidju sesswali.

Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi – Karozzi – Spiża Annwali

Question

Tista’ l-Ministru tipprovdi l-ispiża annwali ta’ kull karozza (GM) fil-ministeru tagħha u jekk dawn huma mixtrija, tista’ tgħid kemm kienu jiswew meta nxtraw?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li fil-Ministeru għall-Gvern Lokali u x-Xogħlijiet Pubbliċi hemm karozza waħda GM li hija mikrija f’konformità mal-proċeduri t’akkwist pubbliku.

Dog Bins

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hawn dog bins f’Malta u Għawdex u tgħid eżattament fejn jinsabu, maqsuma lokalità b’lokalità?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, hekk kif inġabret mill-Kunsilli rispettivi.

Il-Buskett – Toilets pubbliċi - Xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tagħti aġġornament dwar ix-xogħlijiet fuq it-toilets pubbliċi fil-Buskett, u tgħid: i.     x’xogħlijiet kienu ppjanati; ii.    jekk dawn ix-xogħlijiet tlestewx; iii.   kemm intefqu fondi pubbliċi fuq dawn ix-xogħlijiet; u iv.   meta dawn it-toilets mistennija jkunu kompletament operattivi għall-pubbliku?

Response (ZERAFA CIVELLI, ALISON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministeru konċernat.