Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni impjegati mal-Gvern, mal-kumpaniji parastatali u aġenziji tal-Gvern permezz tal-kumpaniji privati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni ġew impjegati mal-Gvern, mal-kumpaniji parastatali u aġenziji tal-Gvern permezz tal-kumpaniji privati mis-sena 2013 sas-sena 2017, mis-sena 2017 sal-2022, u mill-aħħar elezzjoni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Air Malta — Medjaturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, mis-sena 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, min kienu l-persuni li servew bħala medjaturi bejn il-Gvern Malti u l-unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema tal-Air Malta? Jista' jgħid ukoll għal kull waħda minn dawn il-persuni, meta ġiet maħtura bħala medjatur, kemm damet isservi bħala medjatur u xi ħlasijiet saru lil kull persuna li serviet bħala medjatur?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-2013 sa’ llum kien hemm medjatur wieħed biss bejn l-Air Malta u l-Unions li jirrappreżentaw lill-ħaddiema tal-Air Malta, u l-ebda pagament ma ġie mħallas lil din il-persuna fil-kapaċità tagħha ta’ medjatur.

Stabbilimenti tal-ikel u x-xorb — Tnaqqis fir-rata tal-VAT

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12545 u jgħid jekk hemmx ħsieb biex inaqqas ir-rata tal-VAT lill-istabbilimenti tal-ikel u x-xorb biex jagħti nifs lil dan il-qasam minħabba ż-żieda fl-ispejjeż?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din il-miżura mhux inkluża fil-Baġit 2024.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Baġit 2024 - Spiża fuq Reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont totali tal-ispiża ta’ reklamar u propaganda li saret mill-Gvern wara d-diskors tal-baġit, li sar nhar it-Tnejn 30 ta’ Ottubru, b’rabta mal-Budget 2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi meta l-Gvern ikun għamel baġit b’tant miżuri b’saħħithom biex minnhom jibbenefikaw tant familji, pensjonanti u negozji, huwa obbligu tal-istess Gvern li jinforma lill-pubbliku, u li joħloq referenza fejn wieħed ikun mgħarraf u jista’ jikseb iktar informazzjoni. Għad-dettalji nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi lill-Ministeru kkonċernat.

Impjegati Full-Time — Minimum wage

Question

Jista’ l-Ministru jgħid in-numru ta’ impjegati full-time li se jkunu qed jaqilgħu l-minimum wage fl-2024, 2025, 2026, 2027 kif inhuma l-affarijiet illum?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-NSO ikun jista’ jagħti din l-informazzjoni fuq is-snin passati u mhux dawk li ġejjin.

Ħaddiema full-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema full-time li jaqilgħu inqas mill-paga medjana u l-paga medja illum?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-aħħar informazzjoni dwar dan l-indikatur tista’ tinħadem fuq is-sena 2022. Is-sors ta’ din l-informazzjoni huwa l-Istħarrig dwar il-Ħaddiema u s-Suq tax-Xogħol (LFS). Is-salarju inħadem abbażi tal-basic salary annwali (average annual basic salary) u l-ammont ma jinkludix dħul minn overtime, bonuses jew allowances. In-numru ta’ impjegati li kienu qed jaqilgħu inqas mill-paga medja għas-sena 2022, hu stmat li kien ta’ 148,487. Minn dawn, in-numru ta’ impjegati li kienu qed jaqilgħu inqas mill-paga medjana għas-sena 2022, hu stmat li kien ta’ 117,960.

Sussidji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid is-sussidji kollha li qed jingħataw lill-poplu Malti sal-lum u jelenka x’inhuma dawn is-sussidji, kemm huma u kemm għandhom żmien biex jibqgħu ssussidjati?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ sussidji mħallsa għas-sena 2022 kienet hekk kif indikata fit-tabella t’hawn taħt: 2022 Euro Public Service Obligation - Enemalta plc (Energy Support Measures) 123,189,597 Public Service Obligation - Enemed ltd (Energy Support Measures) 111,000,000 Gas Stabilisation Fund 16,333,936 Eco Reduction 8,167,041 Feed in Tariff 18,382,516 Tal-Linja Card - Free to all public transport 2,373,039 Utility Bills - Enemalta plc 4,721,919 Utility Bills - Water Services Corporation 1,678,081 Public Service Obligation - Inter Island Transport - Gozo Channel 14,259,938

Popolazzjoni — tnaqqis

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’soluzzjonijiet għandu biex inaqqas il-popolazzjoni?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħsibijiet tiegħi fuq dawn it-temi huma fid-dominju pubbliku tant li f’Ġunju kont wieħed minn tal-ewwel li tkellimt fuq din it-tema, kopja ta’ dan qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħaddiema mhux Maltin għas-sena 2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu stmat li se jkun hemm bżonn ħaddiema mhux Maltin fis-sena 2024?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex iħares lejn l-Economic Survey li ġie ppublikat mad-diskors tal-Budget. Fih isib b’kemm ser tikber id-domanda għall-ħaddiema s-sena d-dieħla.

Payroll tal-Gvern u Kuntratturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid in-numru ta’: 1. Ċittadini Maltin li huma direttament fuq il-payroll tal-Gvern (is-setturi kollha tal-Gvern); 2. Ċittadini tal-Unjoni Ewropea li huma direttament fuq il-payroll tal-Gvern (is-setturi kollha tal-Gvern); 3. Ċittadini mhux tal-Unjoni Ewropea li huma direttament fuq il-payroll tal-Gvern (is-setturi kollha tal-Gvern); 4. Maltin li jaħdmu ma’ kuntratturi li jipprovdu servizz lill-Gvern (settur Pubbliku u settur tas-Servizzi); 5. Ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jaħdmu ma’ kuntratturi li jipprovdu servizz lill-Gvern (settur Pubbliku u settur tas-Servizzi) u 6. Ċittadini mhux tal-Unjoni Ewropea li jaħdmu ma’ kuntratturi li jipprovdu servizz lill-Gvern (settur Pubbliku u settur tas-Servizzi)?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Air Malta – Persuni impjegati f’kull kategorija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni f’kull kategorija mal-Air Malta mis-sena 2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex għas-snin 2014-2021 jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsjia parlamentari 24273 tal-Leġiżlatura XIII. Għas-snin 2022 u 2023 in-numru ta’ impjegati hu skont it-tabella hawn taħt: SenaImpjegatiTerminati 2022174611 20237085

Massage Parlours

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11609 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet u jgħid kemm hemm massage parlours f’pajjiżna? Kemm minnhom qegħdin f’Malta u kemm qegħdin f’Għawdex?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol mhux responsabbli għall-ħruġ ta’ liċenzji ta’ massage parlours u għaldaqstant ma jistax jagħti l-informazzjoni mitluba.

Gentlemen’s Clubs

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 11610 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet u jgħid kemm hemm Gentlemen’s Clubs f’pajjiżna? Kemm minnhom qegħdin f’Malta u kemm qegħdin f’Għawdex?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol mhux responsabbli għall-ħruġ ta’ liċenzji ta’ Gentlemen’s Club u għaldaqstant ma jistax jagħti l-informazzjoni mitluba.

Għoti ta’ kuntratti għall-provvista ta’ servizzi, ħwejjeġ u xogħlijiet lis-Servizz Pubbliku u lis-Settur Pubbliku

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9545 u jgħid kemm-il kuntratt ingħata taħt il-proċedura negozjata għall-provvista ta’ servizzi, ħwejjeġ (goods) u xogħlijiet lis-Servizz Pubbliku u lis-Settur Pubbliku separatament kull sena minn Jannar 2019 ’il hawn? X’kienu s-servizzi, xogħlijiet eċċ. provduti f’kull każ? Kemm kien il-valur ta’ kull kuntratt? Jista’, jekk jogħġbu, iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-avviż (kuntratt taħt il-proċedura negozjata) ippubblikat?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent kien hemm ingaġġat miegħu f'din is-sena, u ċjoè bejn Ottubru 2022 u Ottubru 2023 u jgħid min huma l-konsulenti, x'remunerazzjoni għandhom u x'inhi l-kariga ta’ kull wieħed jew waħda rispettivament?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta u Għawdex — Sptarijiet - Irkupru ta’ flus minn ftehim

Question

Wara d-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell, li ġiet ippubblikata nhar it-Tnejn 23 ta' Ottubru 2023, jista' l-Ministru jgħid x'kienu l-pagamenti kollha li saru, ir-raġuni, id-data ta’ meta saru, kemm kienu, min awtorizzahom, lil liema bank saru, f’liema pajjiż huwa liċenzjat il-bank fejn saru l-pagamenti u f’liema munita saru, lis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?