Xogħol importat minn barra l-Unjoni Ewropea – ħlas ta’ VAT
Question
Jista’ l-Ministru jgħid ladarba l-Gvern wiegħed li l-ħlas tal-VAT u t-Taxxa ġie pospost, kif u għaliex xorta qed jintbagħtu kontijiet issa tat-taxxa u għaliex min qed jimporta x-xogħol minn barra l-Unjoni Ewropea, qed ikun mitlub iħallas il-VAT u jekk le ma jkunx jista’ jirtira l-merkanzija?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-obbligu li tinġabar l-informazzjoni fuq VAT u taxxa dovuta baqgħet hemm għal kulħadd. L-istess jingħad rigward l-informazzjoni fuq il-VAT u taxxa dovuta.
Xogħol li jiġi impurtat minn barra l-Unjoni Ewropeja huwa suġġett għad-Dazju ta’ importazzjoni u VAT. Id-Dazju ta’ importazzjoni jinġabar u jgħaddi għand il-Kummissjoni Ewropeja. Madankollu, id-Dwana tħaddem proċeduri, bħal Proċedura tal-Magazzinaġġ (
Warehousing Procedure
) li jistgħu jgħinu lill-importaturi f’dan il-mument. Taħt din il-proċedura ikun hemm sospensjoni ta’ ħlasijiet ta’ taxxa. Barra minn hekk, ġie ppubblikat Avviz Legali fejn il-ħlas tat-taxxi dovuti fuq prodotti mpurtati, qed jiġu wkoll diferuti b’xahrejn.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux qed jagħmel tajjeb b’xi garanziji jew ‘letters of comfort’ ma’ xi banek għan-nom ta’ Steward Healthcare Malta?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Gvern ma ta l-ebda garanzija jew letter of comfort lill-kumpanija Steward Malta Healthcare.
COVID-19 — Ħaddiema intitolati li jirċievu flus bil-miżuri tal-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jagħti garanzija lill-ħaddiema li huma ntitolati li jirċievu flus taħt il-miżuri mħabbra mill-Gvern kwantu COVID-19, li effettivament se jkunu qed jirċievu dawn il-flus żgur? Ladarba dawn il-flus se jgħaddu minn idejn min iħaddem, jista’ jgħid ukoll kif tali flus se jkunu protetti f'każ li jkun inħareġ mandat ta' sekwestru minn terzi kontra min iħaddem?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawn il-garanziji li hemm bħalissa sabiex jiġi assigurat li kull impjegat jieħu l-paga li jkun dovut, se jkunu qed jgħoddu f’dan il-każ ukoll.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — xogħlijiet minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jelenka, jekk hu l-każ, kull direct order jew simili, taħt kwalsiasi kappa jew isem, li kwalsiasi entità taħtu tat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2019 u fl-2020? Għal kull każ, jista’ jagħti l-ammont ta’ ħlas u r-raġuni ta’ dak ix-xogħol?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entità fid-dekasteru tiegħi ma tat xi direct order, skont l-Artiklu 103 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku, lill-kumpanija inkwistjoni fil-perjodu indikat.
Peress li din ir-risposta ma tinkludix lill-Bank Ċentrali nitlob lill-Onor. Interpellant li jekk jixtieq tali informazzjoni jagħmel mistoqsija speċifika.
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu t-technical advisors, inkluż ditti ta’ accountants, għall-Ministeru tiegħu biex ftit jiem ilu l-Gvern ħabbar dak li hu sejjaħ bħala pakkett ta' għajnuna għall-ekonomija Maltija f’dan iż-żmien ta’ kriżi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pakkett ta’ għajnuna, li qed jirreferi għalih, hu frott ta’ ħidma kollettiva bejn diversi Ministeri u ma kien hemm l-ebda spiża.
Issa li għandna l-MERS-cov19 fostna, jista’ l-Ministru jgħid jekk it-testing tal-5G għadux jitwettaq? Jekk għadu jsir, x’inhi r-raġuni?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li qatt ma’ sar testing tal-5G peress li kif indikat f’PQ 13534, l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA), ma tagħat l-ebda liċenzja għal trasmissjonijiet ta’ servizzi mobbli fuq bażi ta’ esperimentazzjoni ta’ natura 5G.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tal-VAT, li llum huwa parti mill-Uffiċċju tal-Kummissarju tat-Taxxi, jinsab infurmat bil-mizuri li qed jidħlu fis-seħħ.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji – użu ta’ trasport pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu hux qed jagħti xi tip ta’ inċentiv għall-ħaddiema tal-Ministeri u entitajiet li jaqgħu taħtu, biex jinkoraġġixxu lill-istess ħaddiema biex jużaw it-trasport tal-massa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġie kkummissjonat studju xjentifiku, li permezz tiegħu, kien mifhum liema mezzi ta’ trasport jintużaw l-aktar mill-ħaddiema biex jaslu għax-xogħol.
Għaldaqstant tnieda l-ħsieb li jitfasslu u jiġu proposti numru ta’ miżuri li jħajru lill-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku jagħmlu użu minn trasport alternattiv, inkluż fi proġetti-pilota jew PPPs.
Dan hu wkoll f’sintonija mal-pjani tal-Gvern li fil-ġejjieni jsir użu aktar wiesa’ mit-trasport pubbliku fil-faxex kollha tas-soċjetà.
Dawn l-inizjattivi għandhom jifformaw parti minn pjan wieħed ħolistiku ta’ trasport sostenibbli.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont jekk huwa jew is-Segretarju Parlamentari kellmu lill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) fuq allegazzjonijiet serji li għamel il-Gvernatur li jpoġġi fuq l-istess Bord tal-MFSA? X’passi ħadu dwar dan fil-konkret?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta hija entità awtonoma u kwalunkwe deċiżjoni tittieħed mill-bord tal-gvernaturi. Fil-fatt, il-liġi li tistabbilixxi lill-Awtorità tipprovdi inter alia li “l-Awtorità għandha taġixxi b’mod indipendenti u m’għandhiex titlob jew tieħu istruzzjonijiet minn xi korp ieħor jew persuna oħra”.
Fl-istess waqt bħalissa hemm għaddejjin proċeduri quddiem il-Qrati u għalhekk huwa prudenti li l-ġustizzja titħalla ssir u kull deċiżjoni tittieħed wara l-eżitu tad-deċiżjoni tal-Qrati.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk inħarġitx credit card lis-Segretarju Parlamentari mill-Ministru?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-talba għall-credit card f’isem is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali saret fit-22 ta’ Jannar, 2020 u l-ittra tal-awtorizzazzjonji nħarġet fl-24 ta’ Jannar, 2020 skont il-proċess stabbilit.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont, sal-lum, kemm nefaq is-Segretarju Parlamentari fi ħdan l-istess Ministeru għal reklamar, inkluż dak awdjoviżiv u fuq social media?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sal-llum, is-Segretarju Parlamentari fi ħdan il-Ministeru għall-Finanzi, ma nefaq xejn fuq reklamar.
Mill-aħħar studju li sar mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar l-illitteriżmu f’pajjiżna, jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li hawn nies illitterati? Kemm minnhom huma tal-età tal-iskola?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellan illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex jipprovdi kwalsiasi konsulenza taħt kwalsiasi isem (bħal contract of service,contract for service eċċ.) f’kwalsiasi entità fid-dekasteru tiegħu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-individwu msemmi fil-mistoqsija, ma pprovda ebda konsulenza lill-ebda entità fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji.
Peress li din ir risposta ma tinkludix lill-Bank Ċentrali nitlob lill-Onor. Interpellant li jekk jixtieq tali informazzjoni jagħmel mistoqsija speċifika.
Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji — konsulenza, ħatra jew ingaġġ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kwalunkwe konsulenza, ħatra jew ingaġġ li ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn April 2013 u Diċembru 2019?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji ma ħa l-ebda konsulenza mill-individwu li qed tirreferi għalih il-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 11078, 11540, 11780, 12227 u 12728 u jgħid kemm-il sponsorship tat l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta fl-2017, 2018 u 2019, u ta’ kemm ammonti kienu, u lil min ingħataw? F’kull każ, min ta l-ordni li jingħata dak l-isponsorship?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid mill-fondi li kien hemm fil-fond għall-kontribuzzjonijiet tal-Programm taċ-Ċittadinanza fis-sena 2018, kemm kien l-ammont ta' flus li ngħataw minn dan il-fond lill-Għaqdiet Mhux Governattivi? Liema huma l-Għaqdiet li ngħataw dawn il-flus u kemm ingħataw flus?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.