Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li għandha 11-il sena bolol (social security) imħallsa, baqgħet bla ma ħadet pensjoni? Jista’ jgħid x’inhi l-pożizzjoni ta’ din il-mara biex tkun tista’ tieħu pensjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, t-talba għall-Pensjoni Kontributorja għall-Irtirar tal-persuna msemmija ġiet miċħuda minħabba li ma ssodisfatx il-medja ta’ kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali meħtieġa sabiex tikkwalifika għall-pensjoni msemmija.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14411 u jgħid għaliex l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, minflokk €800 wage suppliment qed jieħu €664.56?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 14411
Dar tal-Anzjani — ħaddiema li ma setgħux jaħdmu mid-dar - għajnuna finanzjarja
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14412 u jgħid għaliex persuni li jaħdmu mal-Gvern f'Dar tal-Anzjani, meta kellhom jieqfu mix-xogħol biex jieħdu ħsieb lill-uliedhom, u għax ħadu l-unpaid leave issa spiċċaw bla għajnuna biex jieħdu l-wage suppliment u peress li dawn il-persuni talbu l-għajnuna iżda ħadd ma offra soluzzjoni, jista' l-Ministru jara kif dawn il-ħaddiema li mix-xogħol tagħhom ma setgħux jagħmluh mid-dar u għalhekk spiċċaw jaħdmu mid-dar bħala ommijiet ma uliedhom u ma għandhom l-ebda għajnuna finanzjarja? Jista' jieħu l-passi neċessarji sabiex inaqqas din l-inġustizzja u jgħid kif se tinsta soluzzjoni għal din il-problema ta' dawn il-ħaddiema u l-familji tagħhom?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, fil-qasam tal-Anzjani, kien hemm b’kollox 5 ħaddiema li talbu l-għajnuna mid-Dipartiment tar-Riżorsi tal-post tax-xogħol tagħhom, minħabba li f’dawn l-aħħar xhur il-Gvern ħabbar l-għeluq tal-iskejjel bħala mi¿ura ta’ prekwazjoni kontra l-COVID-19. Filwaqt li ġew diskussi x’miżuri jistgħu jittieħdu sabiex jiġu mgħejjuna dawn l-ħaddiema, ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, bħalissa għaddej proċess biex kull każ jiġi indirizzat bl-aħjar mod possibli.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13384, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni ’l fuq minn 40 sena li qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali (SA) fl-aħħar tas-sena 2019 u jista’ jindika kemm ġew rifjutati applikazzjonijiet ġodda li saru tul dik is-sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li jirċievu l-Għajnuna Soċjali (SA), fl-aħħar tas-sena 2019 u għandhom ‘ il fuq minn 40 sena huwa ta’ 3191 (Irġiel 879 u Nisa 2312).
Matul is-sena 2019 ġew rifjutati 137 -il applikazzjoni ġdida.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13384, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni ’l fuq minn 40 sena li qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali għal ġenitur wieħed (SUP) fl-aħħar tas-sena 2019 u jista’ jindika kemm ġew rifjutati applikazzjonijiet ġodda li saru tul dik is-sena?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li jirċievu l-Għajnuna Soċjali għal ġenitur wieħed (SUP), sa l-aħħar tas-sena 2019 u għandhom il fuq minn 40 sena ammonta għal 381 (Irġiel 15 u Nisa 366).
Matul is-sena 2019 ġew rifjutati 21 -il applikazzjoni ġdida.
Aġenzija Appoġġ, Sapport u Sedqa – każijiet pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13369 u jindika kemm hemm każijiet pendenti (u f’liema servizz) fl-Aġenżija Appoġġ, Sapport u Sedqa sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata waqt seduta oħra.
Persuni li jagħmlu użu miċ-Ċentri tal-Familja fil-Komunità – talba għal servizz tal-akkomodazzjoni soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm klijenti mill-1,200 persuna li qed jagħmlu użu miċ-Ċentri tal-Familja fil-Komunità li qed jitolbu s-servizz tal-akkomodazzjoni soċjali?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, minn tagħrif li ngħata mill-klienti li jiffrekwentaw iċ-Ċentri tal-Familja, 186 persuna għandhom xi tip t’applikazzjoni għal servizzi marbuta mal-akkomondazzjoni soċjali.
Aġenzija Sapport – Ċentru ta’ Żvilupp Professjonali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie mwaqqaf iċ-Ċentru ta’ Żvilupp Professjonali għall-Aġenzija Sapport? Minn mindu ġie inawgurat dan il-post, x’taħriġ ingħataw il-professjonisti s’ issa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, ċ-Ċentru ta’ Żvilupp Professjonali tal-Aġenzija Sapport f’Santa Venera ġie inawgurat fis-27 ta’ Marzu 2017. Minn meta ġie inawgurat dan il-post, kien hemm numru kbir ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ u laqgħat li saru f’dan iċ-ċentru ta’ taħriġ, fosthom:
1.
Workshops
regolari għal ġenituri ta’ tfal b’diżabilità;
2.
Workshops
u gruppi ta’ sostenn regolari għal aħwa adulti ta’ persuni b’diżabilità;
3. Sessjonijiet regolari ta’ taħriġ għal professjonisti li jaħdmu fil-qasam tad-diżabilità bħala parti mill-proġett INK;
4. Sessjonijiet regolari ta’ taħriġ għal ġenituri ta’ persuni b’diżabilità bħala parti mill-proġett INK;
5. Sessjonijiet regolari ta’ taħriġ għal min iħaddem bħala parti mill-proġett INK;
6. Sessjonijiet regolari ta’ taħriġ għal persuni b’diżabilità bħala parti mill-proġett INK;
7. Konferenza u taħriġ dwar l-użu tal-lingwa tas-sinjali;
8. Sessjoni dwar l-awtiżmu lill-kandidati tal-Parlament Ewropew b’kollaborazzjoni mal-
Office for Disability Issues
(ODI)
9. Sessjonijiet ta’ taħriġ fuq bażi regolari fuq suġġetti varji lil professjonisti tal-Aġenzija Sapport fosthom:
taħriġ dwar il-Liġi tal-Protezzjoni tad-Data;
taħriġ dwar l-użu tal-AEDs;
taħriġ kontinwu lil impjegati ġodda tal-Aġenzija (
induction training
);
taħriġ lill-professjonisti tal-Aġenzija dwar il-mezzi tax-xandir;
taħriġ lill-professjonisti tal-Aġenzija dwar kif wieħed jirrappreżenta lill-Aġenzija;
taħriġ fuq
Mental Health First Aid
;
taħriġ relatat ma’ NAPPI UK;
taħriġ fuq proċeduri u prattiċi għall-impjegati tal-Aġenzija;
taħriġ dwar
Active Support;
taħriġ lir-rappreżentanti tas-saħħa u s-siġurtà fuq il-post tax-xogħol;
taħriġ lil
Fire Wardens;
taħriġ fuq vizzji;
kors tal-Kitba bil-Malti;
taħriġ dwar trobbija (
Parent Practice UK
);
taħriġ dwar ideat sistematiċi relatati mad-diżabiltà;
taħriġ dwar l-
istandards
tas-Servizzi Residenzjali; u
taħriġ kontinwu lil
senior support workers
ġodda tal-Aġenzija.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – direct orders
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsijiet parlamentari 13854 u 13753, jista’ l-Ministru jindika lil min ingħatat kull direct order u l-ammont li ngħata?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 14415.
Birkirkara — Servizz ta’ trasport Tuk Tuk għall-anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda jitħaddem is-servizz tat-trasport għal anzjani magħruf bħala Tuk Tuk minn Fleur de Lys u l-kumplament ta' Birkirkara għaċ-Ċentru Ċiviku?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba s-sitwazzjoni preżenti tal-Covid-19 u l-miżuri li għamel il-Gvern biex kemm jista’ jkun l-anzjani ma joħorġux mid-dar tagħhom, l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità waqqaf milli jkompli jopera s-servizz tat-Tuk Tuk, fil-preżent. L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità bdiet toffri servizz temporanju permezz tal-Helpline biex il-helpers jagħmlu l-qadi urġenti lill-anzjani.
Madanaollu, bħalissa, l-Anzjanita’ Attiva u Kura fil-Komunità qed jaħdem u jagħmel ix-xogħol meħtieġ biex is-servizz tat-Tuk Tuk jiġi mifrux mal-pajjiż kollu.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14479 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ anzjani li daħlu fid-Djar Residenzjali tal-Gvern f’din il-Leġiżlatura?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ anzjani li daħlu fid-Djar Residenzjali tal-Gvern inklużi s-sodod mixtrija mill-Gvern f’din il-Leiġislatura jammontaw għall-2,050.
Aġenzija Appoġġ — assistenza minħabba abbuż fuq it-tfal
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14480 u jgħid: Billi skont l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali hemm 138 tifel u tifla li għadhom jistennew assistenza mill-Aġenzija Appoġġ minħabba l-allegati abbużi fuqhom, jista’ l-Ministru jgħid kemm ilhom dawn it-tfal jistennew biex jingħataw din l-assistenza?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li t-weġiba se tkun qed tingħata waqt seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14481 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11625 bid-data tal-21 ta’ Ottubru, 2019, jista’ l-Ministru jindika meta se jibda x-xogħol bżonnjuż ħafna tal-Proġett Vajrita speċjalment meta hemm lista twila ta’ stennija ta’ 291 persuna li jixtiequ s-servizz tad-Djar Residenzjali u aktar minn 159 persuna li jixtiequ jagħmlu użu mis-Servizzi ta ’ Matul il-Jum?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Aġenzija Sapport ħarġet it-tieni sejħa għall-offerti għal xogħlijiet ta’ twaqqiegħ u skavar tal-binja ġewwa Wied il-Għajn magħrufa bħala Vajrita’ u bħalissa qed tilqa’ s-sottomissjonijiet għal dan ix-xogħol. Dan wara li ħadd mill-kuntratturi li ssottomettew l-offerta tagħhom fl-ewwel sejħa ma nstab li kien jissodisfa l-kriterji tas-sejħa.
Ix-xogħol fuq dan il-Proġett ikun jista’ jibda meta jkun hemm kuntratt milħuq bejn l-Aġenzija Sapport u kuntrattur li jissodisfa l-kriterji kollha stipulati fis-sejħa.
COVID-19 — għajnuna lil vittmi ta' vjolenza domestika
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13747 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza u issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Għalkemm ir-residenti kollha ta’ Malta u Għawdex għandhom id-dmir li josservaw id-direttivi maħruġa mill-Gvern u mill-awtoritajiet rilevanti fl-interess tas-saħħa pubblika speċjalment dawk maħruġa biex jevitaw it-trasmissjoni tal-virus COVID-19, però għal ħafna nies li huma vittmi tal-vjolenza domestika, li l-maġġorparti tagħhom huma nisa u tfal, miżuri ta’ kwarantina jew iżolament qed ipoġġuhom f’riskju akbar mis-soltu tant illi dawn qed jispiċċaw priġunieri f’darhom stess, għaldaqstant jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern Malti hux qiegħed jikkunsidra li s-servizzi nazzjonali u dawk tal-Għaqdiet mhux Governattivi li joffru assistenza lil nies f’din is-sitwazzjoni, jqishom bħala ‘servizzi essenzjali’ sabiex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jsibu l-għajnuna meħtieġa? Xi pjanijiet għandu l-Gvern biex jipprovdi residenzi alternattivi fil-każ li ċerti individwi ma jkomplux jgħixu fir-residenzi legali tagħhom f’dan il-perjodu għar-raġunijiet imsemmija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li diġa’ tajt għall-mistoqsija parlamentari 13752.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — direct orders
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13753, jista' l-Ministru jindika b'mod ċar kull items fit-tabella, lil min ingħata d-direct order?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba minnha tas-servizzi mixtrija, tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Copy of PQ 14415 - Direct Orders Answer for 2017 2018 and 2019.pdf
Billi skont rapport tal-Awditur Ġenerali, is-servizz tal-Meals on Wheels kien servizz ineffiċjenti speċjalment minħabba l-ħinijiet mhux konvenjenti għat-tqassim tal-ikel lill-anzjani, jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu biex dan is-servizz jitjieb?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-kuntratt għall-provediment tas-Serizz Meals on Wheels ser jiskadi din is-sena. L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità qed jagħmel il-preparamenti meħtieġa biex fil-kuntratt il-ġdid jiġu ratifikati l-problemi kollha relatati mal-kuntratt eżistenti tal-Meals on Wheels.
L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità stipulat ukoll miżuri oħra fl-addendum uffiċjali tas-servizz
Meals on Wheels
sabiex itejjeb dan is-servizz. Dan jinvolvi iż-żieda ta’ persuna oħra fuq kull rotta sabiex tassisti fit-tqassim tal-ikel, sabiex b’hekk niżguraw li l-ikel jitqassam sas-siegħa ta’ wara nofsinhar.
Dipartiment tal-Anzjanità Attiva – anzjani li jbatu mis-solitudni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva għandux lista ta’ anzjani li qed ibatu mis-solitudni? X’inizjattivi qed jittieħdu, speċjalment mis-social workers, sabiex dawn l-anzjani jiġu megħjuna?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità taħdem ma’ bosta każijiet ta’ anzjani vulnerabbli li, apparti il-problema tas-solitudni, jkunu qed jaffaċċjaw bosta problemi soċjali oħra ta’ natura sensittiva u kumplessa.
Qed jinħadmu u jiġu mplimentati bosta inizzjattivi sabiex ngħinu lil dawn l-anzjani vulnerabbli. L-ewwel u qabel kollox, l-Anzjanita’ Attiva u Kura fil-Komunita’ qed iżomm kuntatt regolari ma’ dawn l-anzjani permezz ta’ telefonati b’mod iktar regolari issa li qegħdin naffaċċjaw il-pandemija tal-Covid19. Ħafna anzjani sabuha diffiċċli wisq li f’daqqa waħda kellhom jibqgħu ġewwa djarhom, għalhekk il-kuntatt kien ta’ solljev kbir għalihom. F’dawk il-każijiet fejn s-solitudni qed ikollha effetti negattivi fuq is-saħħa mentali tal-persuna, b’tali mod li din il-persuna tista’ tkun ta’ periklu għaliha nnifisha jew għal ta’ madwarha, il-ħaddiema soċjali titlob l-għajnuna ta’ professjonisti bħal psikjatri u psikologi u flimkien ifasslu pjan għal din il-persuna tant vulnerabbli biex jiġi assigurat li qed tingħata l-attenzjoni u l-kura kollha meħtieġa.
Il-helpline 1772 u s-Supportline 179 huma żewġ linji ta’ għajnuna li jaqgħu taħt ir-responsabilita’ tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali; fejn persuni li għaddejjin minn xi diffikulatijiet, fosthom is-solitudni b’mod partikolari, u anzjani li jħossuhom waħidhom, jistgħu iċemplu biex jitkellmu ma’ xi ħadd. Dawk l-anzjani li jċemplu fuq il-linji msemmija u juru sinjali li għandhom bżonn l-għajnua, il-każ jiġi riferut skont in-natura tal-każ, waqt li l-ħaddiema soċjali tal-Fondazzjoni jsegwu l-każ mal-professjonisti u l-entiatjiet ikkonċernati.
Aġenzija Sapport — Programm Personali ta’ Sapport tal-klijenti
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 12945, jista’ l-Ministru jgħid x’inhija r-raġuni li kopja tal-programm personali ta’ sapport tal-klijenti/residenti taċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum u tad-Djar tal-Anzjani ma tingħatax lil kull klijent/resident (u l-carers tiegħu) u mhux biss tkun aċċessibbli fl-Aġenzija?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant li, l-Aġenzija Sapport toffri servizz individwalizzat lill-persuni b’diżabilità skont il-bżonnijiet u n-neċessitajiet tal-persuna u ċ-ċirkustanzi tal-każ. Kopji tal-ftehim huma aċċessibbli għall-benefiċjarji tal-Aġenzija. L-Aġenzija, kif inhi obbligata, qatt ma oġġezzjonat milli tgħaddi kopja ta’ dawn il-programmi lill-benefiċjarji meta ġew mitluba.
Il-programm personalizzat jiġi diskuss u mħejji wara konsultazzjoni mal-persuna b’diżabilità u l-familjari. Dan ukoll huwa b’konformità mal-istandards fil-provediment ta’ servizzi ta’ ħarsien soċjali maħruġa mill-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali (SCSA), li l-Aġenzija Sapport hi kommessa li żżomm magħhom.
Dawn il-programmi ppersonalizzati jiġu mħejjija bil-kontribut ta’ diversi professjonisti, bħal Ħaddiema Soċjali,
Occupational Therapists
u numru ta’ professjonisti oħra. Dan isir ukoll wara assessjar tas-sitwazzjoni tal-individwu u wkoll b’konsultazzjoni u qbil mal-persuni b’diżabilità u/jew il-familjari/kuraturi tagħhom. Dan sabiex ikun aċċertat li jintlaħqu l-bżonnijiet tal-persuna b’diżabilità. Il-programmi li jkunu ġew identifikati għal persuna b’diżabilità, jiġu riveduti skont il-progress li l-klijent ikun qiegħed jagħmel jew abbażi ta’ bżonnijiet ġodda li jiġu ddentifikati fil-proċess.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm persuni li qed jirċievu l-pensjoni wara l-mewt ta’ żewġhom jew marthom sal-aħħar ta’ Marzu 2020? Jista’ jindika wkoll kemm hemm persuni ta’ sess femminili u kemm maskili?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, n-numru ta’ persuni li qed jirċievu l-pensjoni wara l-mewt ta’ żwieġhom jew marthom, sal-aħħar ta’ Marzu 2020 kien kif jidher fit-tabella ppreċentata hawn taħt:
Pensjoni tar-Romol skont l-Ġeneru
Malta
Pajji
ż
i Oħra
Total
Nisa
15,942
958
16,900
Irġiel
357
42
399
Total
16,299
1,000
17,299
Jista’ l-Ministru jindika jekk il-Family Resource Centres baqgħux miftuħin għall-klijenti tagħhom minħabba l-COVID-19? Jekk le, x’jistgħu jagħmlu l-klijenti li jkollhom bżonn ta’ xi għajnuna mill-professjonisti ta’ dawn iċ-Ċentri?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, matul dan il-perjodu affettwat mill-COVID 19, it-tliet ċentri ewlenin fil-komunita’ huma miftuħa għall-pubbliku kuljum u jagħtu servizz ħolistiku skont il-ħtiġijiet tal-individwu. Dawn iċ-ċentri ewlenin jinsabu fil-Qawra, fil-Belt Valletta, u il-Kottonera.
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, ċ-ċentri l-oħra li jinsabu temporanjament magħluqa, għandhom nota mad-daħla tagħhom li tindika kif persuna tista’ tikkuntattja dawn iċ-ċentri ewlenin. L-avvi¿ jinkludi kemm in-numri tat-telefon taċ-ċentri kollha, kif ukoll n-numri ta’ fejn wieħed jista’ jagħmel kuntatt għas-servizzi l-oħra kollha offruti. Il-pubbliku jista’ jmur personalment f’dawn it-tlett Ċentri hawn fuq msemmija, għalkemm huwa rrikomandat li qabel wieħed jmur fiċ-ċentri msemmija, l-ewwel jagħmel kuntatt bit-telefon għal raġunijiet ta ' saħħa u sigurtà.