B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11541, jista’ l-Ministru jgħid liema hija l-entità konċernata u x’passi ttieħdu sal-ġurnata li titwieġeb din id-domanda mill-entità konċernata dwar dan il-każ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hijiex responsabilita’ tal-Enemalta li tneħħi affarijiet ta’ terzi li jistgħu jwasslu biex jitgħatta d-dawl tat-triq.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11542, jista’ l-Ministru jgħid liema hija l-entità konċernata u x’passi ttieħdu sal-ġurnata li titwieġeb din id-domanda mill-entità konċernata dwar dan il-każ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-Enemalta plc irranġat din il-ħsara u l-provvista tal-elettriku fil-bozza msemmija ġiet lura għan-normal.
L-Għarb, Għawdex – Triq Franġisk Portelli – tieni kisja ta’ tarmak
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10465, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-raġunijiet li Triq Franġisk Portelli ġewwa l-Għarb Għawdex għadha ma ngħatatx it-tieni kisja ta’ tarmak? Jista’ jgħid x'inhi r-raġuni li l-aħħar kisja tarmak ma ngħatatx sal-aħħar ta’ Ġunju 2019, jew fl-iqsar żmien possibbli skont it-tweġibiet parlamentari 7806 u 10465?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li x-xogħol huwa parti mil-programm u ser isir.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 10466 li ngħatat fil-19 ta' Ġunju 2019, fejn l-Ministru qal 'li t-tender qiegħed fl-aħħar fażijiet ta’ preparazzjoni u mistenni li jiġi ppubblikat fil-ġimgħat li ġejjin', biex il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma toħroġ it-tenders meħtieġa ħalli tkun tista’ tikber il-firxa tan-network tas-Second Class Water ġewwa Għawdex sabiex jinqdew iżjed bdiewa, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li t-tender għadha ma ħarġitx u f'liema xahar u sena hu ppjanat li toħroġ din it-tender?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li t-tenderqiegħed id-dipartiment tal-kuntratti biex jiġi pubblikat.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma – kumpanija — kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji u d-ditta legali li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament ingħatawx konsulenzi u/jew kuntratti mill-Ministeru u mill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn il-konsulenzi u/jew kuntratti? Jista’ jgħid jekk kienx hemm proċess kompetittiv biex ingħataw l-imsemmija konsulenzi u/jew kuntratti u jagħti dettalji tal-ħlasijiet li saru lill-imsemmija kumpanija u d-ditta legali?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpaniji u d-ditti legali imsemmija ma ngħataw l-ebda konsulenzi u/jew kuntratti mill-Ministeru u mill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi mis-sena 2013 sal-lum.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-2017 sal-ġurnata meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija nħargu ordnijiet ta’ ħarsien a tenur tar-regolament 27 ta’ l-L.S. 545.13? Jekk inħargu xi ordnijiet f’dan ir-rigward, jista’ l-Ministru jgħid kontra min u fiex kien jikkonsisti l-allegat nuqqas ta’ ħarsien f’kull każ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li ma nħarġu l-ebda ordnijiet ta’ ħarsien a tenur tar-Regolament 27 ta’ l-L.S. 545.13 mill-2017 sal-lum.
Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma — penalitajiet amministrattivi imposti
Question
Jista' l-Ministru jgħid mill-2015 sal-lum, f'kemm-il każ ġew imposti penalitajiet amministrattivi mir-Regolatur għas-Servizi tal-Enerġija u l-Ilma? F'kull każ, jista' jgħid kemm kien l-ammont impost?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li mill-2015 sal-lum, ġew imposti 17-il penalitajiet amministrattivi mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma. L-ammont impost f'kull każ, kien dan li ġej:
Case No.
Fine
1
€6,000
2
€10,000
3
€22,000
4
€3,000
5
€8,000
6
€6,000
7
€6,000
8
€3,000
9
€300
10
€10,000
11
lump sum of €3,000 and €50 daily fine
12
lump sum of €3,000 and €50 daily fine
13
lump sum of €3,000 and €50 daily fine
14
lump sum of €3,000 and €50 daily fine
15
lump sum of €3,000 and €50 daily fine
16
lump sum of €3,000 and €50 daily fine
17
lump sum of €3,000 and €50 daily fine
Jista’ l-Ministru jara li l-bozza li hemm mal-kalkara tal-ġir fl-Imrieħel, fi Triq il-Knisja l-Qadima, Birkirkara li tinstab mgħottija kompletament minn cactus selvaġġ li qed jagħttiha, terġa’ tinkixef peress li hemm dlam saħansitra anke fuq il-bus stop tal-Imrieħel?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ilment imressaq ġie mgħoddi lill-entità konċernata.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – Birżebbuġa — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet se jkunu qed isiru matul din is-sena u fl-ewwel nofs tas-sena 2020 jew qegħdin isiru fil-lokalità ta’ Birżebbuġa mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet li ser ikunu qiegħdin isiru matul din is-sena u fl-ewwel nofs tas-sena 2020 fil-lokalità ta’ Birżebbuġa huma dawn: Triq ta’ Gilgejla, Sqaq fi Triq il-Kunċizzjoni, triq bla isem fi Triq l-Għirgħien, Triq Brolli Saptan (it-tieni parti), Triq tan-Nadur, triq bla isem fi Triq Ħal Far, triq bla isem fil-limiti ta’ Brolli, Triq il-Bżulija, Triq l-Għirgħien, Triq il-Musbieħ, Triq il-Qroll.
Birżebbuġa – art tal-impjant tal-gass tal-Qajjenza — pjanijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjani dwar l-użu tal-art preżentement okkupata mill-impjant tal-gass tal-Qajjenza? Jista’ jgħid jekk hemmx pjani li ssir konsultazzjoni mal-komunità ta’ Birżebbuġa dwar l-użu futur ta’ dan is-sit?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li għadu kmieni biex wieħed jitkellem fuq pjanijiet għall-użu tal-art tal-Qajjenza, eventwalment meta l-Enemalta tkun qed tapplika għall-permessi neċessarji mal-Awtorita’ tal-Ippjanar, ser ikun hemm il-konsultazzjonijiet neċessarji kif stipulat mill-istess proċess.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru tiegħu u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu min-nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid minn min saru u dwar xiex saru dawn it-talbiet? Jista’ jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, lill-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma u lill-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru hu kif jidher hawn taħt:
Ġunju – Diċembru 2017: 3
Jannar – Diċembru 2018: 6
Jannar – Settembru 2019: 10
Minn dawn kien hemm 12 milqugħa, 5 rrifjutati,1 irtirata mill-individwu u 1 għadha pendenti.
Dawk li ġew irrifjutati kien minħabba li l-informazzjoni mitluba ma kinitx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni.
It-talbiet saru minn midja differenti u minn individwi privati u kienu dwar aspetti varji tal-operat ta’ dan il-Ministeru, l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu.
Ix-Xewkija Għawdex – ex fabbrika tal-ħalib — irwejjaħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijet li matul dawn l-aħħar ġimgħat, hekk kif beda l-istaġun tas-sajf, qed ikun hemm irwejjaħ insapportabbli fl-akkwati ta’ fejn kien hemm l-ex fabbrika tal-ħalib ġewwa x-Xewkija Għawdex?X'azzjoni qed tittieħed biex tissolva l-problema?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li malli feġġet il-problema fil-bidu tas-Sajf, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mill-ewwel ħadet azzjoni u t-tappieri ġew ssiġilati. Il-problema ippersistit u rriżulta li s-sors tal-irwejjaħ kien ġej mill-gradilji tal-kanali li jilqgħu l-ilma tax-xita. Dawn il-kanali ma jaqgħux taħt ir-responsabilita’ tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. Madankollu, l-entita’ konċernata ġiet infurmata biex tittieħed azzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ħaddiema li llum qed jaħdmu ma' Engineering Resource Limited (ERL) li saret biex tiġbor fiha ħaddiema tal-Ex Enemalta hijiex se tippermetti li ħaddiema li għalqu ż-żmien tal-irtirar, ikollhom opportunità jieqfu jaħdmu kontra qalbhom għaliex bħala ħaddema jkunu jixtiequ jibqgħu jaħdmu?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-ERL tagħti permess ta’ estensjoni jekk il-kriterji stabiliti jiġu sodisfatti.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tissolva, u jekk hux ser tissolva sal-aħħar tas-sena 2019, il-problema kbira ta’ drenaġġ li ilha għal diversi xhur taffetwa lill-bdiewa li għandhom l-għelieqi tagħhom imissu ma’ Triq il-Marġa fix-Xagħra Għawdex?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ilha diversi drabi tirranġa ħsarat li jiżviluppaw fuq il-katusi tad-drenaġġ matul din it-triq. Dawn il-ħsarat jiġu kkaġunati mill-moviment tat-triq li qiegħda fuq it-tafal. Għalhekk qed isiru tħejjijiet sabiex partijiet sostanzjali tat-triq tinbidel u tkun imsaħħa bil-konkos. Dan huwa ppjanat għal matul is-sena d-dieħla.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — contract of service u contract for service
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10886 u jgħid kemm-il contract of service u contract for service ngħata minn kull Dipartiment u entità li jaqgħu taħtu mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena u l-valur ta’ kull wieħed u lil min ingħata?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab informat li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tad-dipartimenti varji, liema riżorsi jistgħu jintużaw fuq xogħol ħafna aktar produttiv.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-Enemalta ser tibda tipprovdi enerġija elettrika shore-to-ship lill-vapuri li jidħlu u jankraw fil-Port il-Kbir?
Response (MIZZI, JOE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 10144, ninfurmah ukoll li dan is-servizz eventwalment ser ikun offrut minn terzi partijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu meter readers mill-2017 sal-lum?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li ARMS Ltd impjegat 34 meter readers mill-2017 sal-ġurnata ta’ llum, uħud minnhom ġew ingaġġati sabiex jissostitwixxu dawk li rtiraw jew spiċċaw biż-żmien.
Ta’ min jinnota wkoll li, billi d-domanda għall-servizzi ġodda tad-dawl u l-ilma qiegħda dejjem tiżdied , din is-sena biss kien hemm 5929 applikazzjoni għall-servizz ġdid tal-ilma u 7134 għall-servizz tad-dawl . Għalhekk, sabiex il-konsumatur ikun moqdi bl-aħjar mod possibli nħasset il-ħtieġa li jiġu ngaġġati iżjed
meter readers
.
Ix-xogħol tal-
meter readers
huwa li jmorru ġod-djar tan-nies sabiex jaqraw il-
meters
, appuntamenti mal-konsumatur fejn jintalab li jinqraw il-
meters
barra mir-rotta u kif wkoll jagħmlu spezzjonijiet fejn ikun meħtieġ.
Jista’ l-Ministru jinforma l-Parlament liema huma t-toroq ġewwa r-raħal tax-Xagħra, Għawdex li għad m’għandhomx servizz ta’ katusi biex minnhom jgħaddi d-drenaġġ? Jista’ jindika wkoll xi pjanijiet u soluzzjonijiet għandu l-Gvern biex dan is-servizz jingħata? F’każ li jeżistu dawn il-pjanijiet jew soluzzjonijiet, jista’ jgħid kemm hu stmat li hu meħtieġ żmien biex issir l-implimentazzjoni?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat illi t-toroq fejn ma hemmx servizz tad-drenaġġ huma Triq għar ta’ Ninu, Daħla ta’ nenus, Triq ta’ Stellini, parti minn Sant Anton u Sqaq fi Triq Gorf.
Sabiex jiġi estiż is-servizz tad-drenaġġ ġo xi triq fejn ma hemmx, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma trid tirċievi rikjesta formali mingħand ir-residenti ta’ dik it-triq. Din ir-rikjesta tiġi evalwata kemm mil-lat tekniku kif ukoll mil-lat finanzjarju sabiex ttieħed deċiżjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm u fejn inbidlu mains ta’ drenaġġ raħal b'raħal ġewwa Għawdex mit-3 ta’ Ġunju 2017 sal-lum? Jista’ jgħid kemm kienet l-ispiża globali u x’pjanijiet hemm għall-bdil ta’ mains tad-drenaġġ raħal b'raħal ġewwa Għawdex sal-aħħar tas-sena 2019?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija skont is-segwenti tabella. L-ispiża globali kienet ta’ €320,000.00 (inklż VAT).
Triq
Lokalità
Tul/m
Marsalforn
Xagħra
312
Pietro Pace
Rabat
282
Pawluzzu
Għarb
193
Knisja
Għasri
280
Pjazza
Xewkija
80
Tamar
Għasri
550
Wied Sara
Għasri
100
Pitkalija
Xewkija
100
Proposti sal-aħħar ta’ Diċembru 2019
Pjazza
Sannat
N/A
Pjazza
San Franġisk
N/A