Tista’ l-Ministru tispjega x’inhi r-raġuni u a bazi ta’ liema kriterji l-Att li jemenda l-Att dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, Att Numru XLIX tal-2021 li ġie approvat fit-23 ta’ Lulju 2021, qed jiġi meqjus li daħal fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2020 jiġifieri kwazi seba’ xhur qabel?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Att li jemenda l-Att dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, Att Numru XLIX tal-2021 li ġie approvat fit-23 ta’ Lulju 2021, qed jiġi meqjus li daħal fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru 2020 minħabba l-fatt li t-terminu aħħari għat-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (riformulazzjoni) kien jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2020.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — sponsorships
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 20685, 18809 u 18440 u tagħti lista ta’ kull tip ta’ sponsorship li taw id-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tagħha, kemm jekk l-isponsorship kien jikkonsisti f’għotja ta’ flus kif ukoll jekk l-isponsorship kien in kind, jiġifieri billi ġie provdut xi servizz b’xejn, bejn l-2017 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza? Tista’ f’kull każ tgħid taħt liema skema ngħata l-isponsorship, meta saret it-talba għal dan l-isponsorship u min approva f’kull każ l-isponsorship?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Minħabba li l-informazzjoni mitluba dwar sponsorships għandha valur kummerċjali għall kumpaniji bħal-ARMS, l-Enemalta u kif ukoll l-Enemed, l-iżvelar tat-tagħrif mitlub ma jistgħax jiġi ppublikat għax jista’ jippreġudika n-negozju tal-Kumpanija.
Tista’ l-Ministru telenka n-numru totali ta’ meter readers li kienu impjegati fil-bidu ta’ kull sena mal-ARMS, direttament jew indirettament, bejn l-2013 u l-2021?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 21925 u ċjoè: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 21677, tista’ l-Ministru tagħti lista tat-toroq fejn twaħħlu l-imsemmija arbli?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 21955 u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ammonti f’direct orders separati mogħtija mill-Enemalta lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill- 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba l-mistoqsija?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta ma tgħat l-ebda direct order lill-kumpanija msemmija.
Water Service Corporation — talbiet għal trasferiment minn ħaddiema
Question
Tista' l-Ministru tgħid mit-8 ta' Marzu 2013 sal-lum kemm kien hemm talbiet għal trasferiment minn ħaddiema li jaħdmu mal-Water Services Corporation biex imorru jaħdmu f'xi dipartiment jew entità oħra f'Għawdex mal-Ministeru għal Għawdex? Kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa u fejn marru jaħdmu dawn il-ħaddiema li t-talba tagħhom ġiet milqugħa? Tista' tgħid fil-preżent kemm hemm talbiet pendenti?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha erba’ impjegati li qegħdin jaħdmu f’xi dipartiment jew entita oħra mall-Ministeru għal Għawdex. Fil-preżent m’hemmx talbiet formali pendenti.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — reklami fuq it-televiżjoni - nefqa
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm intefaq flus għall-reklami fuq it-televiżjoni mill-Ministeru jew entità li taqa’ taħt id-dekasteru tagħha mill-2017 sal-lum?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.
San Pawl il-Baħar — Żona tal-Imbordin u l-Pwales – bdiewa – ilma għar-raba’
Question
Tista’ l-Ministru tintervjeni sabiex tara li numru ta’ bdiewa li jaħdmu r-raba’ fiż-żona tal-Imbordin u l-Pwales, limiti ta’ San Pawl il-Baħar, ikollhom sistema adegwata sabiex jitwassal għandhom l-ilma sabiex tiġi ffaċilitata lilhom it-tisqija fl-għelieqi tagħhom? In-nuqqas ta’ ilma fiż-żona indikata qed toħloq problemi kbar lil dawn l-istess bdiewa. (ritratt taż-żona jinsab anness)
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddejja bil-pjanijiet neċessarji sabiex bdiewa fiż-żona ndikata jkunu fornuti bis-sistema ta’ New Water. L-investiment jinkludi network ġdida ta’ l-fuq minn ħames kilometri, b’sitta u erbgħin (46) dispensing points.
Tista’ l-Ministru tgħid x’kien il-kaġun tal-qtugħ fil-provvista tad-dawl fil-jiem ta’ bejn it-28 ta’ Ġunju u l-1 ta’ Lulju, iż-żewġ dati inklużi, f’numru ta’ lokalitajiet fosthom Ħal Qormi u s-Siġġiewi?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-qtugħ fil-provvista tad-dawl ġie kkaġunat minn ħsarat fis-sistema ta’ distribuzzjoni. L-inġiniera tan-Network ikunu qed jissorveljaw is-sistemi b’mod kostanti biex itejbu l-mod kif jitqassam il-load fuq is-sitemi tal-ġenerazzjoni kif ukoll jaraw il-prestazzjoni tas-sistema tad-distribuzzjoni b’mod real-time.
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ammonti f’direct orders separati mogħtija mill-Enemalta lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill- 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba l-mistoqsija?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġie approvat Wage Supplement bejn Marzu u Ġunju 2020? Kemm kienu l-kumpaniji li utilizzaw dan il-fond? Kemm impjegati? Kemm damu bil-wage supplement? X’kienu l-kundizzjonijiet li ngħata bihom il-wage supplement? Kemm kien hemm talbiet għal wage supplement li ma ntlaqgħux u għaliex ma ntlaqgħux?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Wage Supplement approvat;
Ammont Imħallas
Impjegati Full time
Impjegati Part Time
Impjegati Casual
€146,325,456
82,527
11,629
2459
Il-kumpaniji li utilizzaw dan il-fond jinkludu 5,476 kumpanija privata, kif ukoll 15,249 self employed u 970 li jinkludu għaqdiet volontarji, partnerships u koperattivi.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-maġġoranza ta’ dawn in-negozji għadhom qed jieħdu l-Wage Supplement filwaqt li dawk il-kumpaniji li ma baqgħux eliġibbli taħt ir-regoli tal-iskema li daħlu fis-seħħ minn Jannar ta’ din is-sena, ma baqgħux jingħataw il-Wage Supplement.
Il-kundizzjonijiet tal-Wage Supplement li ngħata bejn Marzu u Ġunju tal-2020, ġew ippublikati fil-Gazzetta tal-Gvern Numru 20,387 ta’ 13 t’April tas-sena 2020. Dawk li ma kienux eliġibli għall-Wage Supplement skont ir-regoli tal-istess skema jammontaw għal 3,372 applikazzjoni.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19973, tista’ l-Ministru tgħid fiex waslu d-diskussjonijiet bejn il-Ministeru tagħha u l-Ministeru għal Għawdex biex ġewwa Triq Daħlet Qorrot fin-Nadur isir is-servizz tad-drenaġġ f’dik il-parti tat-triq fejn hemm id-djar residenzjali u li ma fihiex dan is-servizz u dan peress li fil-ġimgħat li ġejjin ħa tiġi asfaltata din it-triq mill-Ministeru għal Għawdex?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet neċessarji waslu fi stadju avvanzat u li x-xogħlijiet mistennija jibdew fil-ġimgħat li ġejjin.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa
Question
Tista’ l-Ministru telenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tagħha u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtha, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 19415 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilha u tgħid għalfejn l-Oppożizzjoni ma kenitx mistiedna għat-tnedija tar-Rapport tan-National Productivity Board fit-18 ta’ Frar 2021?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm points attivi f'Għawdex ta' New Water u fejn jinsabu? Tista' tgħid fl-aħħar tliet xhur kemm ittieħed ilma minn kull point? Tista' tgħid għaliex il-bdiewa fl-inħawi ta' Santa Luċija, Kerċem, Għawdex qed jilmentaw kontinwament min-nuqqas ta' ilma għal diversi siegħat mill-points li hemm fl-inħawi? X'passi qed jittieħdu biex dan jiġi indirizzat?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa f’Għawdex hemm 5 points attivi u dawn jinsabu; żewġ points f’Għajnsielem li point minnhom jinsab ħdejn l-impjant u l-point l-ieħor ħdejn il-Heliport, point fix-Xewkija, u żewġ points oħra f’Kerċem, point minnhom jinsab Għar Ilma u point ieħor San Niklaw.
Matul l-aħħar tlett xhur minn Għajnsielem ittieħed 20,000m3 mill-point ta’ ħdejn l-impjant u 15,000m3 mill-point ta’ ħdejn il-Heliport. Mill-point tax-Xewkija ittieħed 3,400m3 filwaqt li miż-żewġ points ta’ Kerċem ittieħed 14,500m3 mill-point ta’ Għar Ilma u 18,000m3 mill-point ta’ San Niklaw.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward tal-ilmenti fiż-żona ndikata, riċentament żviluppaw xi ħsarat fis-sistema tad-distribuzzjoni. Dawn il-ħsarat ġew indirizzati u kif wieħed jista’ jinnota iż-żewġ points f’Kerċem huma ferm attivi.
Bħalissa f’Għawdex għaddej proġett ta’ kważi €5 miljun biex in-network tan-
New Water
iwassal għal iżjed minn 50 point madwar il-gżira Għawdxija. Il-Korporazzjoni diġa żiedet il-produzzjoni tan-
New Water
u filfatt matul is-sena 2020 ipproduċejna 205,135 metru kubu ta’
New Water
mill-impjant ta’ Għawdex ikkumparat mat-42,681 metru kubu tas-sena 2019.
Tista' l-Ministru tieħu l-passi meħtieġa sabiex uffiċjal mill-WaterServices jagħmlu spezzjonijiet fl-indirizz mogħti separatament sabiex jivverifikaw l-ħsara li teżisti ta' drenaġġ sabiex l-anzjana li tgħidx hemm ma tibqax b'riħa tad-drenaġġ dieħla fid-dar?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħadet l-azzjoni meħtieġa u s-sitwazzjoni ġiet riżolta. Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li idealment, għall-kwalunkwe rappurtaġġ ta’ ħsarat fil-futur, għandu jiġi kkuntatjat b’mod dirett il-Helpline tekniku tal-Korporazzjoni fuq 80076400, u b’hekk tkun tista’ tittieħed azzjoni u jsiru l-verifiċi kollha neċessarji mmedjatament.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-Head tal-Internal Audit fl-Enemalta li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament intalabx jiċċaqlaq għal entità pubblika oħra iżda jżomm l-istess salarju waqt/wara li kien qed jaħdem fuq l-investigazzjoni dwar l-investiment tal-Enemalta fil-Montenegro? Jekk iva, meta sar dan u fuq ordni ta’ min?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija minnu talbet li tmur taħdem ma’ entità oħra wara l-investigazzjoni inkwistjoni.
Ministeru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli — sponsorships
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 18809 u 18440 u tagħti lista ta’ kull tip ta’ sponsorship li taw id-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru tagħha, kemm jekk l-isponsorship kien jikkonsisti f’għotja ta’ flus kif ukoll jekk l-isponsorship kien in kind, jiġifieri billi ġie provdut xi servizz b’xejn, bejn l-2017 sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza? Tista’ f’kull każ tgħid taħt liema skema ngħata l-isponsorship, meta saret it-talba għal dan l-isponsorship u min approva f’kull każ l-isponsorship?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.