Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — position of trust – persuni mlaqqma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, sal-15 ta’ Marzu kemm ġew imlaqqma persuni li jokkupaw Position of Trust fil-Ministeru tiegħu jew f’xi entità li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid x’inhi l-età ta’ dawn il-persuni?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, minbarra li dak li qed jitlob hu jikkostitwixxi għal tagħrif personali, il-Ministeru m’għamilx rakkomandazzjonijiet biex jitlaqqmu xi ħaddiema minn tiegħu.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20479 u jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bordijiet, li jirregolaw l-entitajiet governattivi indikati fl-emendi fl-Att VII tal-2015, attwalment kollha għandhom membru li hu/i persuna b’diżabilità, għajr wieħed. F’dan il-każ, mhux isir użu mill-pożizzjoni ta’ membru li żdiedet bl-emendi fil-Liġi sakemm tinstab persuna idonea li tkun tista’ tokkupa r-rwol.
Inżid li l-Liġi msemmija ma tobbligax li l-membru b’diżabilità jkun fuq bord bħala “rappreżentant għall-persuni b’diżabilità”, kif qed jindika l-istess Interpellant.
Ma’ dan irid jingħad ukoll li hemm għadd ta’ bordijiet, kumitati, fora u forom oħrajn ta’ tmexxija li għandhom fi ħdanhom membri li huma persuni b’diżabilità, avolja ma jaqgħux taħt l-emendi fl-Att imsemmi aktar ’il fuq.
FOndi Ewropej — nefqa mill-Ministeru għal proġetti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu Fondi Ewropej mill-ministeru tiegħu sena b'sena mill-2013 'l hawn u f'kemm il-proġett? Kemm intefqu minnhom f'Għawdex, sena b'sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru ikkoncernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ solviet l-Awtorità tal-Artijiet fejn it-titolu ta’ art ma kienx għadu għadda għand l-Awtorità tad-Djar sena b’sena mill-2013 sal-lum? Jista’ jgħid għal kull każ kemm sar ħlas lis-sidien oriġinali u jaqsamhom lokalità b’lokalità?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra
Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna tat Indis Malta Ltd lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Din l-għajnuna kienet parti minn skema tal-kumpanija jew deċiża ad hoc? Min fost l-inkwilini jew ċenswalisti ta' Indis Malta Ltd jista' jibbenefika minn din l-għajnuna? Din l-iskema, jekk teżisti, tħabbret pubblikament?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevolli Interpellant li l-kumpanija nkwistjoni kenet allokata spazju industrijali wara li l-proġett tagħha kien approvat mill-Korporazzjoni Malta Entreprise. Dan il progett hu ezempju ċar ta kif jinħoloq spazju biex kumpaniji ikabbru l-operat tagħhom b’mod aktar sostenibli, speċjalment fejn jidħol l-użu ta spazju, effiċjenza u li jippormovi ‘l-prinċipju ta ‘clustering’.
Jista' l-Ministru jispjega għala l-kera fil-Gozo Innovation Hub hi ogħla minn stabbilimenti simili f'San Ġiljan? Jista' jgħid kemm-il talba saret għal tnaqqis tal-kontribuzzjoni tal-komun fil-perjodu tal-pandemija u kemm minnhom intlaqgħet?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-rata tal-kera fil-Gozo Innovation Hub ġiet stabbilita mill-Cost Benefit Analysis pertinenti għal dan il-progett li sar b’konformita’ mal-proċedura tal-kofinanzjament minn fondi ewropew għall-iżvillup regjonali (ERDF). Dan filwaqt li ma’ saret l-ebda talba għal tnaqqis tal-kontribuzzjoni tal-komun minħabba l-pandemija.
Gozo Innovation Hub — allokazzjonijiet approvati minn Malta Enterprise
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il allokazzjoni saret fil-Gozo Innovation Hub u kemm minnhom kienu approvati minn Malta Enterprise u kemm minnhom ingħataw mingħajr tali approvazzjoni?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm hames kumpanniji approvatti li kollha ghandhom letter of intent mill-Korporazzjoni Malta Enterprise.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19749 u jindika x'attivitajiet saru fil-Gozo Innovation Hub minn mindu nfetħet sal-aħħar ta' Frar 2021 u kemm daħlet flus minnhom Indis Malta Ltd?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
L-irwol ta’Indis Malta mhux biex idahhal il-flus minn attivitajiet izda li talloka spazju lill-kumpaniji li jridu jinvestu f’Malta jew Ghawdex bhal kaz ta’Gozo Innovation Hub.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li għad hawn każijiet fejn it-titolu tal-art għadu m'għaddiex għand l-Awtorità tad-Djar mill-Awtorità tal-Artijiet? Jista’ jagħti elenku għal kull lokalità?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Għawdex — Proġetti ta’ Cruise Liner Terminal u Yacht Marina f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess quddiem il-Privatisation Unit sabiex isiru Cruise Liner Terminal u Yacht Marina oħra f'Għawdex? Meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq dawn iż-żewġ proġetti li kienu mwiegħda fil-programm elettorali tal-Partit Laburista?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 17960, jista' l-Ministru jgħid jekk il-parkeġġ ta' maġenb il-Freeport, li żewġ sulari minnu ser ikunu jistgħu jintużaw mill-pubbliku, jistax ikollu sular minnhom riservat għar-residenti ta' Birżebbuġa bla ħlas? Fiex waslu d-diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa fuq dan is-suġġett?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 19470 u ngħarrfu li d-diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali ta’ Birzebbuġia għadhom għaddejjin bil-għan li ż-żewġ sulari jiġu mgħoddija lill-istess Kunsill biex jammistrahom hu. Wara li jitlestew id-diskussjonijiet hu pjanat li jiġi iffirmat ftehim sabiex il-Kunsill lokali jieħu t-tmexxija u l-amministrazzjoni taż-żewġ sulari tal-Multi Storey Car Park.
Ħal Tarxien – rappreżentazzjonijiet ma’ banek kummerċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux rappreżentazzjonijiet ma’ banek kummerċjali varji sabiex ġewwa Ħal Tarxien jerġa’ jkun hemm servizzi bankarji bħalma kien hemm fil-passat, senjatament li jkun hemm almenu dak ta’ ATM?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lil Ministru kkoncernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb parti mill-mistoqsija parlamentari 18438 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa u dettaljata ta’ proġetti li approvat il-Malta Enterprise u għal kull proġett tgħid fiex jikkonsisti u x’inhi l-għajnuna approvata mill-Malta Enterprise/Malta Industrial Parks?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jiccara l-mistoqsija tieghu rigward Indis (Malta Industrial Parks)
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm liċenzji ġodda ta’ funds reġistrati f’Malta u kemm kien hemm surrender ta’ liċenzji ta’ funds reġistrati f’Malta fl-2020 u fl-2021?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija — rappreżentant tas-settur tad-diżabilità fil-kumitati, fora u bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm u liema huma l-kumitati, fora, bordijiet u forma oħra ta’ tmexxija li taqa’ taħt l-Ministeru u min hu jew hi r-rappreżentant tas-settur tad-diżabilità u lil min din l-persuna tirrappreżenta fuq dawn il-kumitati, fora, bordijiet eċċ?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif se jingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija – miżuri minħabba l-COVID-19
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-miżuri li ttieħdu fl-uffiċini kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu sabiex jiġi assigurat li l-periklu ta' infezzjoni tal-COVID-19 jitnaqqas eżempju b'użu ta' screens bejn l-iskrivaniji u l-obbligu tal-ilbies tal-maskri inkluż f'dawk l-uffiċċji li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nassigura lill-Onor. Interpellant li qed jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji, skont id-direzzjoni maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa biex jiġi assigurat li l-periklu tal-infezzjoni jitnaqqas.
Ministeru għall-Ekonomija u l-Industrija – sanitizzazzjoni ta’ uffiċċji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’prekawzjonijiet qed jittieħdu sabiex l-uffiċini jiġu sanatizzati? Ingħataw xi direct orders biex dan isir?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċini jiġu sanitizzati kull darba li jkun hemm ħtieġa u l-pagament ta’ dan is-servizz huwa a bażi tal-Public Procurement Policies maħruġa mill-Gvern ta’ Malta.