Jista’ l-Ministru jgħid għal liema laqgħat attenda fi ħdan l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa u dawk li mistenni jattendi għalihom f’dawn l-ewwel sitt xhur tas-sena 2025?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li fejn possibbli dejjem attendejt il-laqgħat kollha li jsiru fl-Unjoni Ewropea u f’istanzi rari fejn ma jkunx possibli dejjem jattendi is-Segretarju Permanenti. Laqgħat oħra għal din is-sena qed jiġu ppjanati.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-3 sad-9 ta’ Frar 2025?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirefferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 25494.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Uffiċini
Question
Jista' l-Ministru jgħid:
(a) Kemm-il uffiċċju addizzjonali għandu barra l-binja uffiċjali tal-Ministeru tiegħu u f'liema lokalità qiegħed/qegħdin?
(b) Dawn l-uffiċini huma binjiet pubbliċi jew privati?
(c) X'inhu l-użu ta' dawn l-uffiċini?
(d) Kemm titħallas kera għal kull uffiċċju sena b'sena u jekk din titħallasx minn fondi pubbliċi jew fondi oħrajn?
(e) Min hu l-benefiċjarju ta' din il-kera?
(f) Minn x'ħin sa x'ħin u f'liema ġranet ikunu miftuħin dawn l-uffiċini?
(g) Min jiftaħ dawn l-uffiċini u jara lin-nies, il-Ministru personalment jew persuni oħra għan-nom tiegħu?
(h) Jekk in-nies jarawhom persuni oħra għan-nom tiegħu, dawn huma impjegati tal-Ministeru jew tal-Gvern?
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Sponsorships u donazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22721 u jagħti lista tal-benefikanti minn sponsorships u donazzjonijiet li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, tal-benefiċċji ta' 'l fuq minn €2,500 għal kull għotja fis-sena 2023, u minn Jannar sa Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm ingħata lil kull benefikant u kif ġew magħżula biex jibbenefikaw minn dawn il-fondi?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Ħal Qormi – Ġnien Federico Maempel – xogħol ta' refurbishment u upgrading
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 8354 u 21582, dwar il-bidu ta’ xogħol ta' refurbishment u upgrading fi Ġnien Federico Maempel, f'Ħal Qormi, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi minn meta ngħataw l-istess tweġibiet?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ntlaħaq ftehim kemm fuq id-disinn finali u l-kuntratt ta’ manutenzjoni bejn il-Kunsill Lokali u INDIS Malta fuq il-ġnien Federico Maempel.
Appena INDIS Malta tottjeni l-permess mill-awtorita tal-Ipjjanar u l-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Qormi jiffinalizza d-devoluzjoni tal-art mill-Awtorita tal-Artijiet, INDIS Malta se tkun qed tiskatta x-xogħolijiet stante li t-tender tax-xogħiljiet ilu li ġie aġġudikat.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet — Bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22685 u jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-sena 2023 u Ottubru 2024? Jista’ jgħid ukoll x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li qed inpoġġi l-informazzjoni miġbura fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul is-sena 2024?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Ekonomija, L-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 25392, jista' l-Ministru jgħid kemm iħaddmu persuni f’total il-kumpaniji fi ħdan il-Gozo Innovation Hub? Jista’ jgħid ukoll kemm minn dawn il-ħaddiema huma Għawdxin?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Kif jista japrezza l-Onor. Interpellant, l-INDIS ma titlobx informazzjoni ta’ min fejn huma jew fejn jirrisjedu impjegati f’kumpaniji privati.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Credit/Debit cards
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-entitajiet li jaqgħu taħtu jagħmlux użu minn credit/debit card pubblika u min għandu l-faċilità li juża kull credit/debit card? Għal xiex tintuża kull credit/debit card u x’inhu l-limitu ta' nefqa kuljum għal kull credit/debit card? Jista’ jgħid ukoll x'kienet in-nefqa minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar u x'inxtara, item item, b'din il-credit/debit card?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija privata hemm ġewwa l-Gozo Innovation Hub sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li bħallisa hemm total ta’ 17-il kumpanija joperaw kemm mill-Gozo Innovation Hub u x-Xewkija Ħofra Complex. Bħalissa għaddej proċess biex ikunu jistgħu joperaw aktar kumpaniji miż-żewġ kumplessi u b'hekk jintlaħaq il-massimu ammont ta' kumpaniji privati li jistgħu joperaw.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Credit/Debit cards
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il credit/debit card pubblika għandu maħruġa għall-użu tiegħu u tal-Ministeru tiegħu u min għandu l-faċilità li juża kull credit/debit card? Għal xiex tintuża kull credit/debit card u x'inhu l-limitu ta' nefqa kuljum għal kull credit/debit card? Jista’ jgħid ukoll x'kienet in-nefqa minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar u x'inxtara, item item, b'din il-credit/debit card?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Kuntratt ta’ impieg
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-uffiċjali fi ħdan il-Ministeru mmexxi minnu li għandhom xi klawsola fil-kuntratt dwar termination allowance jew bonus jew penalty, fl-eventwalità li jitneħħew mill-pożizzjoni tagħhom? Jista’ jgħid ukoll min huma u kemm hu l-ammont għal kull wieħed u waħda minnhom?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-'Policy on the Engagement of Persons/Positions on a Trust Basis' li jispeċifika liema huma l-karigi u l-istanzi fejn l-uffiċjali jkunu intitolati għal termination benefit fl-eventwalità li jkun hemm bidla fil-Gvern jew il-Ministru.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Lista ta’ ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tas-Segretarjat tal-Ministeru? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ħaddiema (total) fis-Segretarjat? Jista’ jippreżenta l-organigramma bl-istruttura tal-istess Segretarjati? Jista’ jindika kemm minn dawn il-ħaddiema huma:
a. f’positions of trust;
b. persons of trust u
ċ. taċ-ċivil
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-kompożizzjoni u l-organigramma ta' kif inhu strutturat s-Segretarjat Ministerjali, inkluż dawk tas-Segretarji Parlamentari, huma stabbiliti fil-Manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kundizzjonijiet biex bejjiegħa fit-toroq (street hawkers) iwettqu attività kummerċjali huma dawk imniżżla fis-sit https://commerce.gov.mt/direttorat-tas-servizzi-u-l-progetti-relattati-mal-kummerc/bejjiegha-fit-toroq/ u li allura jinkludu wkoll il-kundizzjoni li hu projbit l-użu u l-provvista ta' utilitajiet pubbliċi biex wieħed jopera?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-bejjiegħa fit-toroq (street hawkers) joperaw skont il-liġi Sussidjarja 441.07 Regolamenti dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Kiri ta’ karozzi — Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 24402 u jgħid kemm intefqu flus biex inkrew karozzi taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nkrew, minn liema kumpanija nkrew, id-data tal-bidu u t-tmiem ta’ kull kirja, jekk inkrewx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nkrew u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inkriet kull karozza? Jista' jagħti din l-informazzjoni fil-format li qed jingħata separatament?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi — Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2025?