Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tal-Artijiet – sentenza tal-Qorti tal-Appell fil-kawża kontra l-Kunsill Lokali Gżira

Question

B’referenza għas-sentenza tal-Qorti tal-Appell bejn il-Kunsill Lokali tal-Gżira u l-Awtorità tal-Artijiet preseduta mill-Imħallef Lawrence Mintoff fis-26 ta’ April 2023 fejn fix-xhieda tiegħu l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Artijiet qal illi d-deċiżjoni biex tittieħed lura parti mill-ġnien devolut lill-Kunsill Lokali Gżira kienet ittieħdet mill-Bord u l-Kap Eżekuttiv ta’ qablu, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti tal-Bord tal-Gvernaturi li juru meta u min kien ħa din id-deċiżjoni?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Malta, Għawdex u Kemmuna – applikazzjonijiet għall-ħruġ ta’ liċenzji għal kiri ta’ umbrelel u/jew deckchairs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, sena b' sena f dawn l-aħħar għaxar snin, kemm kien hemm applikazzjonijiet ġodda minn operaturi u kemm ingħataw permessi u fejn mill-Awtorità tal-Artijiet ġewwa Malta, Għawdex u Kemmuna għal-liċenzja biex jikru umbrelel u/jew deckchairs fuq jew ħdejn il-bajjiet? Jista jgħid kemm minn dawn ġew milqugħin jew inkella rifjutati? Jista’ jgħid ukoll fil-preżent kemm hemm talbiet pendenti? Globalment kemm hemm operaturi li għandhom il-permessi mill-Awtorità tal-Artijiet ġewwa Malta, Għawdex u Kemmuna u fejn jinsabu għal-liċenzja biex jikru umbrelel u/jew deckchairs fuq jew ħdejn il-bajjiet?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Kumpaniji li ġew struck off

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9333 u jgħid kemm kumpaniji ġew struck off u kemm tpoġġew għal-liquidation, xahar b'xahar mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar kumpaniji li ġew struck off b’mod volontarju, struck off bil-Qorti, struck off wara merger jew division jew struck off bid-defunct procedure, jinsabu hawn taħt: Sena Kumpaniji Struck off 2018 1,453 2019 3,102 2020 13,474 2021 7,740 2022 2,974 Jan-Ġunju 2023 1,422 L-informazzjoni mitluba dwar kumpaniji li tpoġġew għal-liquidation, jinsabu hawn taħt: Sena Kumpaniji għal-liquidation 2018 1,662 2019 1,944 2020 2,296 2021 2,108 2022 1,740 Jan-Ġunju 2023 857

MBR — multi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9089 u jgħid kemm ħarġu multi l-Malta Business Registry, xahar b'xahar, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm tħallsu xahar b'xahar għall-istess perjodu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba kif ingħatat lili mill-MBR.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — impjegati minn ħaddiema ta’ aġenziji tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023 sal-lum?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 10169.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — persuni li għandhom disturbance allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom disturbance allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Filwaqt li nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għat-tweġiba numru 9573, ninformah li m’hemmx persuni li huma intitolati għall-benefiċċju msemmi, bħala parti mill-kuntratt tagħhom, għax huma parti jew jaħdmu mas-Segretarjat.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – karozzi leased/mikrija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm vetturi ġew leased/mikrija mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew leased/mikrija, mingħand min, kemm jiswew kull sena u min jużahom?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Filwaqt li nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għat-tweġiba numru 21710, tlabt biex jinġabar il-kumplament tal-informazzjoni.

Att biex jirregola organizzazzjonijiet ta’ intrapriża soċjali u l-amministrazzjoni tagħhom – twettiq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn mindu għadda l-Att tal-2022 imsejjaħ “ATT biex jirregola organizzazzjonijiet ta’ intrapriża soċjali u l-amministrazzjoni tagħhom” fi Frar tal-2022: a. xi twettaq minn dak li hemm miktub f’din il-liġi; b. meta twaqqaf ir-Regolatur ta’ Organizzazzjonijiet ta’ Intrapriża Soċjali; u ċ. kemm ġew irreġistrati intrapriżi soċjali?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Prim’Awla (Sede Kostituzzjonali) — kawżi pendenti kontra l-entitajiet regolatorji tal-Ministeru għall-Ekonomija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx kawżi pendenti kontra l-entitajiet regolatorji li jaqgħu taħt id-dekastru tiegħu quddiem il-Prim’ Awla (Sede Kostituzzjonali) li jitrattaw kontestazzjoni dwar l-allegat non-konformità mal-artikolu 39(1) tal-Kostituzzjoni? Jekk hemm, jista’ jgħid liema huma u f’liema stadju tal-proċeduri waslu quddiem il-Qorti?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Bord Konsultattiv dwar il-Bolli — membri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri tal-Bord Konsultattiv dwar il-Bolli (Stamp Advisory Board), meta ġew maħtura, kemm hu t-terminu tal-ħatra ta’ kull membru u abbażi ta’ liema kriterji ġew maħtura l-membri ta’ dan il-Bord?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord Konsultattiv dwar il-Bolli (Stamp Advisory Board) huwa kompost hakk indikat fit-tabella hawn taħt:- Title Sername Name Position on Board Start of Appointment End of appointment Dr Demajo Pascal Chairperson 17/06/2022 16/06/2025 Ms Apap Bologna Greta Member 17/06/2022 16/06/2025 Mr Zammit Tabona Kenneth Member 17/06/2022 16/06/2025 Mr Said Joseph Member 17/06/2022 16/06/2025 Mr Micallef Stephanie Member 17/06/2022 16/06/2025 Dr Marmara Vince Member 17/06/2022 16/06/2025 M Galea Clifford Member 17/06/2022 16/06/2025 Mr Bajada Clint Member 17/06/2022 16/06/2025 Mr Galea Owen Member 17/06/2022 16/06/2025 Ms Simpson M’Grace Secretary 17/06/2022 16/06/2025 Il-membri li jservu fuq dan il-Bord huma appuntati fuq kompetenzi personali u esperjenza akkumulata.

Għawdex u Kemmuna — proprjetajiet mogħtija b’encroachment

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7816 dwar il-lista ta' proprjetajiet li ngħataw b'encroachment mit-8 ta' Marzu 2013 sal-lum, inkluż lil min ingħataw, għal liema skop u kemm ġew mitlubin iħallsu ġewwa Għawdex u Kemmuna, jista’ l-Ministru jżid mal-lista tal-mistoqsija parlamentari 7816 wkoll, kull proprjetà li ngħatat b'encroachment mit-8 ta' Marzu 2013 sal-lum u jsemmi r-raħal, triq jew l-area ġewwa Għawdex u Kemmuna? Jista’ jgħid jekk hux kulħadd ħallas b'mod regolari r-rati applikabbli?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Malta Enterprise – Applikazzjonijiet għal LOI għall-produzzjoni tal-kannabis mediċinali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irċeviet applikazzjonijiet il-Malta Enterpise għal Letter Of Intent (LOI) għall-produzzjoni tal-kannabis mediċinali sena b’sena mill-2018 sal-lum? Kemm kien hemm applikazzjonijiet li ġew aċċettati u kemm kien hemm li ġew miċħuda, sena b’sena mill-2018 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll kemm kien hemm minn dawk li rċevew LOI imma għaddew din l-awtorizzazzjoni għal kumpaniji oħrajn?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Esportazzjoni tal-Kannabis għal użu mediċinali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet esportata kannabis għal użu mediċinali mill-2018 sal-lum u għal liema pajjiżi din ġiet esportata? Jista’ jgħid kemm persuni jaħdmu direttament f’din l-industrija?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Ftehim dwar l-art fejn inbniet il-Lukanda Jerma

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull ftehim li l-Gvern Malti kien għamel ma’ investituri barranin bejn l-1970 u l-1990 dwar l-art fejn inbniet il-Lukanda Jerma?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f’seduta oħra.

Artijiet li ġew meħuda mill-Gvern

Question

Ġaladarba l-mistoqsija parlamentari 512 tat-18 ta' Mejju 2022 u l-mistoqsija parlamentari 8047 tal-25 ta' April 2023 għadhom ma ġewx imwieġba, u fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9360 tal-5 ta' Ġunju 2023 intqal li informazzjoni ta’ dan it-tip ma tistax tingħata, jista' l-Ministru jagħti r-raġunijiet għaliex ma jistax iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-area, il-valur ta' kumpens dovut u l-lokalità ta' artijiet li ġew meħuda mill-Gvern mill-1990 sad-data li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u li għadhom ma ġewx ikkompensati b'mod sħiħ? F'każ li għar-raġunijiet diġà mogħtija mill-Ministru u l-Ministru ma jistax jagħti l-valur ta' kumpens, jista' jgħid x'inhu l-book value li l-Gvern qiegħed juża għal finijiet ta' kontijiet pubbliċi u ċjoè l-ammont li potenzjalment il-Gvern ser ikun qed iħallas?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 9360.

Fosos tal-Furjana – Xogħol ta’ manutenzjoni u/jew restawr

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9785 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9300, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jsir xi xogħol ta' manutenzjoni jew restawr, jew kwalunkwe xogħlijiet oħrajn li bihom se jirripristinaw il-Fosos tal-Floriana? Jista' jgħid liema entità hi responsabbli għall-manutenzjoni tal-imsemmija Fosos tal-Floriana?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tal-Artijiet flimkien ma’ entitajiet oħra governattivi, minn żmien għal żmien jiddiskutu xogħolijiet li jkun hemm bżonn li jsiru, abbażi ta’prijorità. Fil-mument qed tingħata prijorità proġetti oħra.

Santa Venera – Triq GF Agius De Soldanis — ċint

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9897, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, u jgħid jekk ċint li jinsab ħiereġ fi Triq G. F. Agius De Soldanis f’Santa Venera, huwiex qiegħed jipprotrudi fuq triq pubblika u jostakola l-via tat-triq? Jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li din tiġi regolata jekk ma tkunx konformi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Kottonera – ftuħ ta’ mina

Question

Jista’ l-Ministru jikkonsidra x-xewqa u l-bżonn ta’ ħafna nies mill-Kottonera li tinfetaħ mina żgħira maġenb il-mina ta’ San Tumas li minn Bormla tagħti għall-Fgura, sabiex ikun hemm aċċess bla periklu għal kull min irid imur il-Fgura, liema talba ilha ssir minn kunsilli ta’ Bormla fi żminijiet diversi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.