Peress li lkoll nafu li fil-fabbriki jinġemgħu għadd ta' ħaddiema biex jaħdmu flimkien, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-fabbriki hux se jibqgħu joperaw business as usual? Jista' jgħid ukoll x'miżuri ttieħdu jew se jittieħdu biex ma tkomplix l-imxija tal-COVID 19?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13355 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li permezz tiegħu l-Malta Industrial Parks (MIP) qed tikri l-uffiċċji tagħha f’Valley Road, Birkirkara? Jista' jgħid x’kienet il-proċedura wżata mill-MIP biex inkera dan il-bini?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadha qeda tinġabar, ser tkun imwieġba fis-seduti li jmiss.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – ingaġġ ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13352 u jgħid f’liema parti mill-Ministeru tiegħu ġiet impiegata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2017? Jista’ jagħti d-dati tal-bidu u tmiem ta’ dan l-impjieg u x’kien in-natura ta’ xogħolha?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma jirrizultax li fl-2017 din il-persuna kienet impjegata fil-Ministeru.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – impjiegi temporanji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13147 u 13417 u jelenka n-numru ta’ impjiegi temporanji fil-Ministeru tiegħu bejn l-1 ta’ Mejju 2017 u l-1 ta’ Novembru 2017? F’kull każ, f’liema dipartiment jew entità kien impjegat u x’kien ix-xogħol li kien delegat jew mitlub?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 13417.
Żona ta’ Kordin – faċilitajiet sportivi – irranġar ta’ bankini
Question
Jista’ l-Ministru jara li fil-parti ta’ Kordin senjatament fejn hemm faċilitajiet sportivi varji, jiġu rranġati u msewwija d-diversi bankini, li tkissru għal numru ta’ drabi minn vetturi kbar u tqal u minħabba traskuraġni u trapass taż-żmien?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn verifiki li saru minn Malta Industrial Parks Ltd (MIPL) jirrizulta li ħafna mill-ħsarat li qed isiru referenza għalihom mhumiex f’propjetà tal-kumpanija u għaldaqstant ma tistax tagħmel interventi fuqhom.
L-MIPL ġieli ddiskutiet din is-sitwazzjoni mal-Awtoritajiet kompetenti, kemm bil-għan li jkun hemm l-infurzar neċessarju u kif ukoll biex tara kif tista’ tkun ta’ assistenza fiċ-ċirkostanzi. Filfatt, MIPL qed tevalwa l-possibilita’ ta’ investiment fi proġett ta’ trailer holding area biex tindirizza din is-sitwazzjoni mhux biss f’Kordin, imma wkoll f’żoni oħrajn.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – użu ta’ trasport pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu hux qed jagħti xi tip ta’ inċentiv għall-ħaddiema tal-Ministeri u entitajiet li jaqgħu taħtu, biex jinkoraġġixxu lill-istess ħaddiema biex jużaw it-trasport tal-massa?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġie kkummissjonat studju xjentifiku li, permezz tiegħu, kien mifhum liema mezzi ta’ trasport jintużaw l-aktar mill-ħaddiema biex jaslu għax-xogħol.
Għaldaqstant tnieda l-ħsieb li jitfasslu u jiġu proposti numru ta’ miżuri li jħajru lill-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku jagħmlu użu minn trasport alternattiv, inkluż fi proġetti-pilota jew PPPs.
Dan hu wkoll f’sintonija mal-pjani tal-Gvern li fil-ġejjieni jsir użu aktar wiesa’ mit-trasport pubbliku fil-faxex kollha tas-soċjetà.
Dawn l-inizjattivi għandhom jifformaw parti minn pjan wieħed ħolistiku ta’ trasport sostenibbli.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 12081 u 12324 u jagħti rendikont tan-nefqa li saret b'rabta mal-inawgurazzjoni tas-7 ta’ Novembru 2019 tal-Gozo Innovation Hub fix-Xewkija Għawdex, proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid kemm hemm nies jaħdmu f'dan l-Innovation Hub u ma' liema kumpaniji qed jaħdmu u jekk fis-7 ta' Novembru meta saret din l-inawgurazzjoni x-xogħol kollu kienx lest jew kienx għad fadal xogħol xi jsir mill-kuntratturi inkarigati? Jista' jgħid jekk ix-xogħol fuq dan il-Hub għadux għaddej?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Bħalissa għaddej xogħol ta’ rfinar, verifika, u commissioning tal-apparat. Irid ukoll jingħad li waħda mill-karatteristiċi uniċi tal-binja hija li kull business unit jista’ jiġi adattat għall-bżonnijiet speċifiċi tal-kumpaniji innovattivi li se jiġu allokati spazju fil-Gozo Innovation Hub. Għaldaqstant, ix-xogħol ma jistax jieqaf għal kollox qabel l-ispazju ikun kollu allokat.
Fost il-kumpaniji li kienu allokati spazju fil-Gozo Innovation Hub, hemm il-kumpaniji Noovle u J2 Group li se jkunu qed jaħdmu mal-kumpaniji ta’ fama internazzjonali bħal Google u Microsoft. Dawn iż-żewġ kumpaniji se jkunu qed iħaddmu 60 ruħ bejnithom fi żmien 3 snin.
Sadanitant il-Malta Industrial Parks Ltd flimkien mal-Malta Enterprise komplew għaddejjin bid-diskussjonijiet u negozjati ma’ numru ta’ kumpaniji oħrajn li wrew l-interess li jibdew joperaw mill- Gozo Innovation Hub.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – ingaġġ ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema parti mill-Ministeru tiegħu ġiet impiegata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2017? Jista’ jagħti d-dati tal-bidu u tmiem ta’ dan l-impjieg u x’kien in-natura ta’ xogħolha?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li permezz tiegħu l-Malta Industrial Parks (MIP) qed tikri l-uffiċċji tagħha f’Valley Road, Birkirkara? Jista' jgħid x’kienet il-proċedura wżata mill-MIP biex inkera dan il-bini?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – impjiegi temporanji
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13147 u jelenka n-numru ta’ impjiegi temporanji fil-Ministeru tiegħu bejn l-1 ta’ Mejju 2017 u l-1 ta’ Novembru 2017? F’kull każ, f’liema dipartiment jew entità kien impjegat u x’kien ix-xogħol li kien delegat jew mitlub?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kuntratti ta’ dan it-tip jingħataw biss lill-istudenti fis-sajf.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — użu ta' karozzi li jaħdmu bl-elettiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu jagħmlux użu minn karozzi li jaħdmu bl-elettriku?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lil Air Malta għandha żewġ karozzi Hybrid filwaqt Air Malta Aviation Services għandha flotta ta' vetturi li jaħdmu bl-elettriku li jikkonsistu f’għoxrin baggage tractors u għaxar ‘’belt loaders’’
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — nefqa fuq fuel/petrol/diesel
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12605 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali ta' flus għall-fuel/petrol/diesel li ntuża mill-Ministeru kull sena matul l-2017, 2018 u 2019? Jista' jipprovdi informazzjoni separata għal dan għad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ghadha qedt tingabar.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-tħejjijiet biex jibda jingħata servizz ta' helicopter bejn Malta u Għawdex liema servizz kien ġie mħabbar madwar sena ilu li kellu jibda fi ftit ġimgħat? Jista' jgħid jekk hemmx ħsieb li dan is-servizz jibda jingħata qabel jibda s-sajf 2020 u jekk le f'liema xahar u sena hu ppjanat li jibda jingħata dan is-servizz?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, il-konnettivita’ bejn il-gżejjer tibqa’ prijorita’ għal dan il-Gvern. Il-konnessjoni bl-ajru hija ħolqa minn sensiela ta’ inizjattivi li dan il-Gvern qiegħed jaħdem sabiex inkomplu jitwettqu; dan kollu jsir b’rispett sħiħ lejn is-sostennibilta’ fit-tul tas-servizz kif ukoll b’rispett sħiħ lejn l-ambjent.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex jipprovdi kwalsiasi konsulenza taħt kwalsiasi isem (bħal contract of service,contract for service eċċ.) f’kwalsiasi entità fid-dekasteru tiegħu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija mhux qed jipprovdi konsulenza fid-dekasteru.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – impjiegi temporanji
Question
Jista’ l-Ministru jelenka n-numru ta’ impjiegi temporanji fil-Ministeru tiegħu bejn l-1 ta’ Mejju 2017 u l-1 ta’ Novembru 2017? F’kull każ, f’liema dipartiment jew entità kien impjegat u x’kien ix-xogħol li kien delegat jew mitlub?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — konsulenza, ħatra jew ingaġġ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kwalunkwe konsulenza, ħatra jew ingaġġ li ħa l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bejn April 2013 u Diċembru 2019?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija qatt ma ngħatat l-ebda forma ta’konsulenza, ħatra jew ingaġġ bejn April 2013 u Diċembru 2019.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — direct orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12587 u jgħid kemm-il direct order ingħatat kull sena matul l-2017, 2018 u 2019 mill-Ministeru u d-dekasteru tiegħu inkluż dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali sena b’sena?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma l-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Wied il-Għajn – liċenzji biex barranin joperaw negozju
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni ta’ nazzjonalità barranija f'Wied il-Għajn li għandhom liċenzja biex joperaw negozju? Jista’ jagħti break down tal-klassi tal-liċenzja għal kull nazzjonalità?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor Interpellat li d-Dipartiment tal-Kummerċ m'għandux għad-dispożizzjoni din l-informazzjoni.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — persuni li kienu jokkupaw position of trust jew joffru servizz ta’ konsulenza
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12642 u għid jekk kienx hemm, u fil-każ kemm kien hemm, persuni li kienu jokkupaw position of trust jew kienu jipprovdu servizzi ta’ konsulenza ta’ kwalsiasi tip sal-1 ta’ Jannar 2020 fi ħdan id-dekasteru tiegħu, li twaqqfu, tneħħew jew ġie tterminat il-kuntratt tagħhom? Kemm minnhom marru lura għal xi impjieg fis-Servizz Pubbliku?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien ebda persuni li twaqqfu, tneħħew jew kellhom il-kuntratt tterminat fid-data speċifikata fil-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 12565 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizi Finanjarji u li issa ġiet rifreuta lilu u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid meta Malta ser iddaħħal fis-seħħ “DIRECTIVE (EU) 2018/1673 OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL of 23 October 2018 on combating money laundering by criminal law”?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.