B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 14255, jista’ l-Ministru jgħid jekk lil hinn mill-45 kompjuter, ġodda jew użati, li tqassmu għadx baqa’ talbiet pendenti minn studenti biex jinagħtaw kompjuter?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-talbiet li jidħlu ta’ kuljum jiġu evalwati minnufih u, f'temp ta' ftit jiem, kull persuna li jkollu t-talba tiegħu milqugħa jiġu kkuntattjat bla dewmien.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-għadd ta’ persuni gainfully employed f’Diċembru 2019? Jista’ jgħid kemm huma l-persuni gainfully employed f’April 2020?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni dwar il-persuni li qegħdin fid-dinja tax-xogħol tinħareġ mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Infurmat li l-aħħar informazzjoni uffiċjali ta’ persuni gainfully employed hija ta’ Novembru 2019.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — servizzi pubbliċi offruti b’mezzi elettroniċi
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk is-servizzi pubbliċi li l-entitajiet/dipartimenti/aġenziji/korporazzjonijiet fid-dekasteru tiegħu joffru b’mezzi elettroniċi u jindika liema minnhom l-utent jista’ jinqeda kompletament b’mezzi elettroniċi (ie ma jkollux għalfejn jimla formoli manwalment jew imur fiżikament f’xi uffiċċju ta’ min qed jipprovdi s-servizz)?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Iinterpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W27 li ngħatat f’din is-seduta stess.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — ħaddiema li jaħdmu bit-teleworking
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fuq bażi ta’ teleworking fl-entitajiet/dipartimenti/aġenziji/korporazzjonijiet li hemm fid-dekasteru tiegħu u jaqsam l-informazzjoni skont il-grad li għandhom il-persuni rispettivi?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li diġà tajt għall-mistoqsija parlamentari 13973.
Jista’ l-Ministru jgħid fl-aħħar ta’ Jannar, Frar, Marzu u April 2020 kemm kien in-numru ta’ nies jirreġistraw għax-xogħol f’Għawdex xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll fl-aħħar ta’ kull xahar indikati kemm kien in-numru ta’ Għawdxin li kienu qed jaħdmu fl-iskema ta’ Xogħol fil-Komunità?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni dwar in-numru ta’ persuni jirreġistraw għax-xogħol f’Għawdex xahar b’xahar u n-numru ta’ persuni jaħdmu fl-iskema tal-Community Work Scheme Enterprise Foundation (CWSEF) fl-aħħar ta’ kull xahar tinsab fit-tabella t’hawn taħt.
Xahar
Numru ta' persuni jirregistraw għax-xogħol f'Għawdex
Numru ta' Għawdxin li kienu qed jaħdmu fl-iskema CWSEF
Jannar 2020
174
265
Frar
159
272
Marzu
179
300
April
306
302
In vista tal-fatt li ħaddiema li jitilqu minn fuq il-post tax-xogħol bl-'Early Retirement' skont skedi offruti minn kumpaniji privati qabel ma jilħqu l-pension age, u peress li bħalissa ma jistgħux jaħdmu jew jagħmlu xogħol ekonomiku ddikjarat sakemm jilħqu l-età tal-pensjoni, fis-sens li persuna li tingħata l-early retirement ta' 58 sena u l-pensjoni tagħha hi ta' 61 sena, f'dawk it-tliet snin ma tistax tagħmel xogħol ieħor, fil-frattemp jista’ l-Ministru jikkonsidra li ssir xi emenda fil-liġijiet tax-xogħol biex persuni f'din is-sitwazzjoni jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu b'xogħol part-time?
Response (BONNICI, OWEN)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant sabiex ipoġġi din id-domanda lill-Ministeru kkonċernat dwar il-liġijiet tax-xogħol.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm jirriżulta li kien hemm ħaddiema ingaġġati mal-Fondazzjoni tal-GWU fl-iskema Community Work Scheme sal-aħħar ta’ Dicembru 2019?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ ħaddiema li kien hemm ingaġġati mal-Community Work Scheme Enterprise Foundation fl-aħħar ta’ Diċembru 2019 kien ta’ 920.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13635, jista' l-Ministru jagħti rendikont liema klabbs tal-Football ingħataw għajnuna finanzjarja direttament matul is-snin 2018 u 2019? Jista' l-Ministru jindika kemm kien l-ammont ta' għajnuna finanzjarja li ngħatat lil kull klabb tal-Football u dwar liema proġetti u/jew inizjattivi ngħatat l-imsemmija għajnuna finanzjarja?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif dwar l-assistenza li ngħatat lill-komunità sportiva tal-futbol fl-2018 u l-2019 hu kif muri fiż-żewġ tabelli li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13868 u jindika liema kienu l-proġetti infrastrutturali sportivi li saru f'pajjiżna bejn l-2008 u l-2020 u kemm kien il-valur tagħhom b'mod individwali?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li l-informazzjoni li għandha SportMalta hija kif muri fit-tabella li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Irrid nirrimarka li ninsab informat li SportMalta ma sabitx informazzjoni jew files li jistgħu jwasslu għal risposta dwar proġetti pre-2013.
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi serq mill-Iskejjel tal-Gvern mill-2013 sal-lum? Jekk iva jista' jindika liema kienu l-iskejjel u l-oġġetti li nsterqu?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli interpellant hu kif muri fit-tabella li qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-prijoritajiet / oqsma ewlenin li l-Gvern ser ikun qed iħares lejhom bħala l-qafas għall-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ għall-perjodu 2020-2025?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-prijoritajiet tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ għal wara l-2020 se jibnu fuq il-politika nazzjonali preċedenti; dak li qed jiġri fl-Ewropa u fuq livell internazzjonali filwaqt li jirriflettu wkoll ir-realtà ta' ħajjet iż-żgħażagħ f'Malta. Il-qafas se jkun mibni fuq il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u ċ-ċittadinanza attiva, l-inklużjoni, id-drittijiet taż-żgħażagħ kif ukoll il-ħiliet li tajjeb li jiksbu biex iż-żgħażagħ jgħixu b'mod aktar indipendenti u jsiru aktar impjegabbli. Naturalment it-tema diġitali se tkun tispikka f'din il-politika.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-baġit allokat għall-Aġenzija Żgħażagħ sa mit-twaqqif tagħha fl-2010 sas-sena 2020? (sena b’sena)
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. interpellant huwa s-segwenti:
Sena 2010 – Aġenzija Żgħazagħ ġiet imwaqqfa f’Diċembru 2010 (no budget)
Sena 2011 – Fondi amministrati mill-MEDE €150,000
Sena 2012 – Fondi amministrati mill-MEDE €150,000
Sena 2013 – €250,000
Sena 2014 – €320,000
Sena 2015 – €320,000
Sena 2016 – €365,000
Sena 2017 – €410,000
Sena 2018 – €500,000
Sena 2019 – €530,000
Sena 2020 – €560,000
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-klabb tal-futbol tan-Naxxar Lions ġiex ikkonsultat fuq l-art li se tintuża għall-grawnd tal-futbol fin-Naxxar kif imħabbar permezz ta’ PR 200933 nhar is-Sibt 16 ta’ Mejju 2020?
Marigold Foundation – ġabra mill-iskejjel tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabru flus fl-iskejjel tal-Gvern b’risq il-Marigold Foundation bejn l-2013 u l-2019? Jista’ jgħid kemm kienet is-somma miġbura kull sena u kemm kienet is-somma totali?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li t-tagħrif mitlub huwa kif se nsemmi:
Sena
Somma miġbura
2013
€0.00
2014
€100
2015
€5,489
2016
€3,529.70
2017
€7,857.90
2018
€11,790.18
2019
€13,472.14
Somma Totali:
€42,238.92
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet biex jerġgħu jibdew it-tiġrijiet taż-żwiemel fil-Korsa tal-Marsa? Minn meta se jibdew it-tiġrijiet? X’konsultazzjonijiet saru mal-awtoritajiet tas-saħħa? X’miżuri ser jittieħdu rigward l-uffiċjali tat-tiġrija inkluż stewards fil-paddock, stewards fil-vann li jkunu qed isegwu t-tiġrija u uffiċjali oħra fl-uffiċċini u mal-bibien?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħal fil-każ ta’ kwalunkwe sport ieħor għaddejjin diskussjonijiet kontinwi mal-awtoritajiet tas-saħħa. Wieħed irid jifhem li qed ngħixu realtà li tevolvi b’mod kontinwu. Il-Malta Racing Club, li jorganizza dawn it-tiġrijiet, jinsab f’kuntatt kontinwu mal-uffiċjali tas-Segretarjat Parlamentari kif ukoll mal-awtoritajiet tas-saħħa.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-premjijiet tar-rebħ tat-tiġrijiet taż-żwiemel hux se jonqsu bin-nofs u jekk ir-reġistrazzjoni tat-tiġrija allura hux se tkun bin-nofs ukoll?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa l-kunsill tal-Malta Racing Club li jalloka l-premjijiet tat-tiġrijiet kif ukoll it-tariffi tar-reġistrazzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jsir sports betting għat-tiġrijiet taż-żwiemel jekk terġa’ tiftaħ il-korsa? Jekk se jsir, kif se jsir? In-nies se jkunu jistgħu jmorru fil-ħwienet/boxes tal-logħob? Kif se jsir it-tote?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif spjegajt fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 14774, bħal fil-każ ta’ kwalunkwe sport ieħor għaddejjin diskussjonijiet kontinwi mal-awtoritajiet tas-saħħa. Wieħed irid jifhem li qed ngħixu realtà li tevolvi b’mod kontinwu. Il-Malta Racing Club, li jorganizza dawn it-tiġrijiet, jinsab f’kuntatt kontinwu mal-uffiċjali tas-Segretarjat Parlamentari kif ukoll mal-Awtoritajiet tas-Saħħa.