Legislature:
Category:
Reset
Active:

Artijiet jew proprjetà tal-Gvern devoluti lill-Kunsilli Lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm artijiet jew proprjetà tal-Gvern devoluti lil kull Kunsill Lokali f’Malta u Għawdex? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawn il-proprjetajiet devoluti u kemm kienet il-kirja mħallsa għal kull proprjetà fl-aħħar tas-sena 2023?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Risposta tingħata f’seduta oħra.

Kumpless tat-Teatru Rjal — Stabbilimenti privati

Question

Jista' l-Ministru jelenka lista ta' stabbilimenti privati li għandhom titolu u x'inhu t-titolu fuq proprjetà li tagħmel parti mill-kumpless tat-Teatru Rjal u/jew imissu miegħu, ikluż il-faċilitajiet kummerċjali?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-mistosija parlamentari 19310.

Forti Bengħajsa — Proċeduri għat-terminazzjoni tal-kirja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21808 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17233, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu l-proċeduri ġudizzjarji għat-terminazzjoni tal-kirja għall-Fortizza ta’ Bengħajsa?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-Prim Awla tal-qorti ċivili ġew ppreżentati 3 ittri uffiċjali għal dan il-għan.

In-Naxxar u l-Iklin – Kostruzzjoni ta’ triq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22010 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u jgħid min hu responsabbli mill-kostruzzjoni tat-triq li toħroġ mill-iskola tan-Naxxar u li tiftaħ fi Triq Giorgio Locano fl-Iklin? Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk din it-triq (ritratti annessi) hix inkluża fil-permess maħruġ mill-Planning Authority PA/09349/17?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Qawra, San Pawl il-Baħar — Proprjetà tal-Gvern bil-faċċata fuq Triq il-Port Ruman - Avviż ta’ terminazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li għaliha ħareġ avviż ta’ terminazzjoni fuq il-proprjetà tal-Gvern li għandha faċċata fuq Triq il-Port Ruman, il-Qawra, San Pawl il-Baħar, wara l-Iskola Primarja tal-Qawra? Jista’ jgħid ukoll x'użu mistenni jsir minn din l-art?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant tindika preċiż għal liema propejetà qiegħda tirreferi.

Tas-Sliema, Gżira u San Ġiljan — Permessi għall-imwejjed u siġġijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet fuq stabbilimenti li għandhom il-permess għall-imwejjed u siġġijiet ġewwa Tas-Sliema, Gżira u San Ġiljan, minn Mejju 2024 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma lokalità b’lokalità?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi l-Awtorità tal-Artijiet wettqet 107 spezzjoni f’Tas-Sliema, 57 fil-Gżira u 9 f’San Ġiljan.

Awtorità tal-Artijiet – Trasferiment ta’ Palm Beach

Question

B’referenza għall-informazzjoni diġà fid-dominju pubbliku dwar l-akkwist minn entità privata tal-lido li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid jekk din hijiex korretta u x’tip ta’ trasferiment sar f’dan il-każ? Jista’ jgħid liema proċedura ntużat għal din it-transazzjoni u jekk ħariġx tender? Jista’ jgħid ukoll f’liema fażijiet l-Awtorità tal-Artijiet kienet involuta u f’liema stadji tat l-approvazzjoni tagħha?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-konċessjoni emfitewtika li ngħatat permezz ta’ kuntratt tal-4 ta’ Mejju 2006, liema konċessjoni tipprospetta li ċ-ċenswalist jista’ jitresferixxi l-konċessjoni emfitewtika jew jagħti kirja lil terzi sakemm jingħata l-kunsens mill-Kummissarju tal-Artijiet u illum mill-Awtorita tal-Artijiet. Qed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra l-ittra li permezz tagħha ġie kkomunikat il-kunsens tal-Awtorità tal-Artijiet għat-trasferiment tal-konċessjoni.

Ftehim dwar l-art fejn inbniet il-Lukanda Jerma

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9980 u 10341, li oriġinarjament saru lill-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet, u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull ftehim li l-Gvern Malti kien għamel ma’ investituri barranin bejn l-1970 u l-1990 dwar l-art fejn inbniet il-Lukanda Jerma?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li minn riċerka li saret, l-uniku kuntratt bejn il-Gvern u investituri barranin marbut mal-lukanda in kwistjoni, li sar fis-snin li rrefera għalihom Onorevoli Membru huwa dak li kopja tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tal-Artijiet – Konċessjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-konċessjonijiet maħruġa mill-Awtorità tal-Artijiet għal imwejjed u siġġijiet fi Triq is-Salini, Triq ix-Xatt u l-Bajja ta’ San Tumas?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Permessi — Siġġijiet u mwejjed

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21312 u jgħid kemm inħarġu permessi biex stabbilimenti jqiegħdu siġġijiet u mwejjed fuq art pubblika, fl-aħħar għaxar snin maqsuma xahar b’xahar? Għal kull permess, jista’ jindika t-triq fejn inħareġ il-permess, u l-ammont ta’ mwejjed u siġġijiet li jistgħu jitqiegħdu bil-permess, jew l-ispazju f’metri kwadri li huma permessi jkunu okkupati?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Rapporti ta’ fastidju sesswali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol kien hemm fil-Ministeru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħtu, mill-2014 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, u jipprovdi wkoll l-eżitu u x'passi ttieħdu fuq kull każ?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu tal-legiżlatura ninsab infurmat li ma’ kien hemm l-ebda rapport ta' fastidju sesswali fil-Ministeru jew fl-entitajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru.

Awtorità tal-Artijiet – Proprjetà f’tas-Sliema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tal-Artijiet biegħetx jew għaddietx lil terzi l-proprjetà li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk iva, jista’ jgħid x’kienu l-ħlasijiet u l-kundizzjonijiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Membru jippreċiża l-mistoqsija tiegħu u jispeċifika għal liema kantuniera qed jirreferi.

Ministeru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali — Konsulenti/Persons of trust

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux konsulenti jew persons of trust li jaħdmu fil-Ministeru tiegħu? Jekk hemm, jista’ jgħid kemm huma mill-Unjoni Ewropea u kemm huma Third Country Nationals?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti / persons of trust jiġu impjegati skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skema — GLA29 (Expired or Expiring Emphyteutical Concessions Regulations, 2023 in terms of Legal Notice 161 of 2023)

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet minn meta nfetħet l-iskema tal-Awtorità tal-Artijiet GLA29 (Expired or Expiring Emphyteutical Concessions Regulations, 2023 in terms of Legal Notice 161 of 2023)? Jista’ jgħid ukoll kemm applikazzjonijiet ġew aċċettati u kemm hemm applikazzjonijiet pendenti?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li l-Awtorità tal-Artijiet irċeviet 168 applikazzjoni għall-iskema GLA29 li fil-parti l-kbira tagħhom ġew validati u issa qed jiġu pproċessati.

Skema — GLA25 (Purchase of Garages Owned by Government in a Government Housing Estate Granted Under a Title of Temporary Emphyteusis or Lease)

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet minn meta nfetħet l-iskema tal-Awtorità tal-Artijiet GLA25 (Purchase of Garages Owned by Government in a Government Housing Estate Granted Under a Title of Temporary Emphyteusis or Lease)? Jista’ jgħid ukoll kemm applikazzjonijiet ġew aċċettati u kemm hemm applikazzjonijiet pendenti?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li mill-1 ta' Settembru 2020 'l hawn l-Awtorità tal-Artijiet irċeviet total ta’ 194 il-applikazzjoni GLA25, fejn 153 gew konklużi, 28 għadhom pendenti u 13 ġew irrifjutati. Dwar applikazzjonijiet qabel din id-data nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 7161

Skemi għal fidi ta’ ċnus u kirjiet temporanji

Question

B'referenza għad-diversi skemi għal fidi ta’ ċnus u kirjiet temporanji fuq proprjetajiet residenzjali, jista' l-Ministru jgħid, kemm ġew sottomessi applikazzjonijiet, kemm-il applikazzjoni ġiet aċċettata, kemm-il applikazzjoni ġiet irrifjutata u kemm hemm applikazzjonijiet pendenti u jaqsam din l-informazzjoni skema skema u sena sena, mill-2012 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li mill-1 ta' Settembru 2020 'l hawn l-Awtorità tal-Artijiet irċeviet total ta’ 1857 il-applikazzjoni għal fidi ta’ ċnus, li s’issa ġew validati 1074 applikazzjoni, li minnhom 533 huma konklużi waqt li 11 ġew rifjutati. Dwar applikazzjonijiet qabel din id-data nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 7161

Il-Manikata – Artijiet -Sejħiet pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-artijiet u/jew binjiet fil-konfini tal-Mellieħa (Manikata) li bejn Ġunju 2013 u Settembru 2024 il-Gvern permezz tad-Dipartiment/l-Awtorità tal-Artijiet ħareġ sejħiet pubbliċi għalihom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li bejn Gunju 2013 u Settembru 2024 saru dawn is-sejħiet għall-artijiet u/jew binjiet fil-konfini tal-Manikata li ġew ippublikati fil-gazzetta tal-Gvern kif ġej: Avviżi: 13/2016, 27/2016, 1/2017, 2/2017, 3/2017 Kopja tagħhom qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Palazz ta’ Selmun — Trasferiment

Question

Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar fiex wasal il-proċess ta’ trasferiment tal-proprjetà immobbli ta’ Selmun Palace Hotel lill-Awtorità tal-Artijiet u jgħid x’se jkun qed isir mill-Palazz ta’ Selmun ġaladarba jsir it-trasferiment?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt illum għall-mistoqsija parlamentari 21960.

Forti Bengħajsa — Proċeduri għat-terminazzjoni tal-kirja

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 17233, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu l-proċeduri ġudizzjarji għat-terminazzjoni tal-kirja għall-Fortizza ta’ Bengħajsa?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Risposta tingħata f'seduta ohra