Legislature:
Category:
Reset
Active:

Rapporti ta’ rwejjaħ — Lokalitajiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm mir-rapporti kollha li saru lid-Dipartiment tas-Sanità f’din l-aħħar sena dwar irwejjaħ u ntejjen, ġew riżolti f’kull lokalità rispettivament?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Enemalta — Xiri ta’ gas LNG

Question

Tista' l-Ministru tgħid l-Enemalta kemm xtrat gass LNG, bħala kwantità, kif ukoll il-prezz totali li nefqet f'kull perjodu, għal perjodi Novembru 2021 sa April 2022, Mejju 2022 sa Ottubru 2022, u Novembru 2023 sa April 2023, u Mejju 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-kwantità ta’ gass LNG li nxtara mill-Enemalta fil-perjodu bejn l-1 ta’ Novembru 2021 u l-31 t’Awwissu 2023 kien 5,923,656mmBTU. Fil-preżent, il-prezz jinħadem permezz ta’ formula stabbilita fil-kuntratt li jissejjaħ l-‘Indexed Price LNG Supply Term’.

Carbon Credits — Nefqa

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11381, tista' l-Ministru tispjega n-nefqa tal-Carbon Credits, b’referenza għal line item 5891 f'paġna 289 tal-Estimi Finanzjarji tal-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża, fejn hemm approvati nefqa ta' €40 miljun fuq Carbon Credits fl-2022? Tista’ wkoll tagħti break down ta' fejn qed tmur din in-nefqa u jekk il-Gvern għandux xi dħul relatat ma' Carbon Credits?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Estimi Finanzjarji għall-2022 kien hemm allokazzjoni ta’ €40 miljun taħt line item 5347 ‘Carbon Credits’. Minn dan il-line item ma mmaterjalizzat l-ebda nefqa u, bl-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi, il-fondi ġew trasferiti lejn line item 5463 ‘Energy Support Measures’ sabiex setgħu jintużaw f’sussidji fuq l-enerġija għall-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin. Fir-rigward tad-dħul relatat nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħata għall-mistoqsija parlamentari 11386.

Proġett ‘Charge My Ride’ – Sehem tal-Gvern u sehem tal-privat

Question

Tista’ l-Ministru tispjega b'liema mod jopera l-proġett ‘Charge My Ride’? Tista’ tgħid ukoll kemm hu s-sehem tal-Gvern fih u kemm hu s-sehem tal-privat?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ‘Charge My Ride’ hija sistema pubblika Ii hija mħaddma minn kuntrattur privat, li kien ġie magħżul wara sejħa għall-offerti pubblika.

Proġett ‘Charge My Ride’ – Manutenzjoni u żamma tac-charging stations

Question

Tista' l-Ministru tgħid min hu responsabbli tal-manutenzjoni u taż-żamma taċ-charging stations tal-proġett ‘Charge My Ride’?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 11911. Huwa l-istess kuntrattur li oriġinarjament installa l-pilastri u stabbilixxa s-sistema ‘Charge My Ride’.

Charging stations li ma kinux qed jiffunzjonaw kif suppost

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il rapport jew ilment kien hemm ta' charging stations li ma kinux qed jiffunzjonaw kif suppost fl-2021, 2022 u fl-2023, sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li fis-sena 2021 kien hemm 50 ilment, fis-sena 2022 kien hemm 762 ilment filwaqt li mill-bidu ta’ Jannar sal-10 ta’ Ottubru 2023 kien hemm 803 ilment. Kull meta jsir ilment isir kull sforz biex il-ħsara li jkun hemm tissewwa bl-inqas dewmien possibbli.

San Pawl il-Baħar – Użu minn new water għall-bdiewa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta ser ikun possibbli li l-bdiewa fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar jibdew jagħmlu użu min-new water? Billi fadal partijiet mit-telgħa ta' San Martin fejn il-mains għadhom ma tpoġġewx f'posthom, tista’ tgħid ukoll meta hu mistenni li dawn il-mains jitqiegħdu fejn suppost?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li x-xogħlijiet f’San Martin jinsabu għaddejjin, bi pjan li jitlesta x-xogħol lejn l-aħħar ta’ din is-sena. Apparti d-dispensers fl-akkwati ta’ San Martin li se jkunu installati wara li jitlesta t-tqegħid tal-mejnijiet, il-bdiewa abbonati għan-new water għandhom ukoll aċċess li jieħdu l-ilma minn kwalunkwe dispenser diġà installat.

San Pawl il-Baħar, fl-inħawi tal-Miżieb u l-Imbordin – Xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta hu mistenni li jitkompla u jitlesta x xogħol ta’ trinek li kien għaddej fl-inħawi tal-Miżieb u l-Imbordin, San Pawl il-Baħar? Tista' tieħu l-passi neċessarji biex fejn it-trinka hi mimlija bil-konkos, jingħata l-asfalt fil-wiċċ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma mxiet fuq struzzjonijiet mogħtija mill-Awtorità kompetenti u x-xogħlijiet twaqqfu matul il-perjodu turistiku tas-sajf. Kien għal din ir-raġuni li fil-parti fejn ix-xogħol ta’ installazzjonijiet kien lest, ingħata wiċċ tal-konkos sabiex jinfetaħ aċċess lejn il-Mellieħa u l-bajjiet tal-madwar matul ix-xhur tas-sajf. Ix-xogħol mistenni jitkompla fil-jiem li ġejjin, hekk kif preżentament għaddej survey u tħaffir ta’ trial pits fuq is-servizzi eżistenti, inkluż tal-Enemalta, biex jiġi evalwat jekk hemmx il-bżonn ta’ devjazzjoni ta’ cables sabiex ix-xogħol fuq l-infrastruttura tal-ilma jitkompla. Huwa mmirat li x-xogħol jitlesta sa Jannar 2024.

San Pawl il-Baħar, fl-inħawi ta’ Erba’ Mwieżeb, Xemxija — Xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta nbeda x-xogħol fuq il-mina tad-drenaġġ li tgħaqqad l-inħawi tal-Erba' Mwieżeb mal-inħawi tax-Xemxija, San Pawl il-Baħar? Tista’ tgħid ukoll kemm mix-xogħol li hu meħtieġ fil-fatt tlesta, u meta hu mistenni li jkun lest ix xogħol kollu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-ordni sabiex jinbdew ix-xogħlijiet ħarġet f’April 2023. Matul dawn l-aħħar xhur tlesta l-istħarriġ preliminari tal-art li jivverifika d-disinn tal-mina. Fil-frattemp, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għaddiet minn proċessi legali ma’ entatijiet privati, tal-Gvern kif ukoll ma’ xi bdiewa tal-madwar, fejn ġie evalwat kif jista’ jitnaqqas l-impatt li jħalli tali proġett. Issa li dan il-proċess wasal fi tmiemu x-xogħol fiżiku huwa ppjanat li jibda sal-aħħar t’Ottubru u huwa mmirat jkun finalizzat fi żmien sena.

Regolamentazzjoni tal-emissjonijiet u l-kwalità tal-arja

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 11706 u tgħid liema hija l-awtorità responsabbli biex tirregola impjanti ta’ produzzjoni tat-tarmac bil-poter li tissorvelja u tissanzjona?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) hija responsabbli mill-operat ta’ impjanti li jeħtieġu permess ambjentali, pereżempju r-riċiklaġġ ta’ materjal jew skart, jew inkella t-tħaddim ta’ xi impjant ta’ kombustjoni ta’ daqs medju (medium combustion plant).

Il-Fgura – Triq il-Liedna k/m Triq il-Ġiżi – Arblu tad-dawl

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li arblu tad-dawl, li jinsab fi Triq il-Liedna kantuniera ma’ Triq il-Ġiżi, ġewwa l-Fgura, u li ma fadallu ebda funzjoni, għadu ma nqalax minkejja li l-applikazzjoni għall-qlugħ ilha li saret minn Frar li għadda? Tista’ tgħid ukoll meta se jsir dan ix-xogħol?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-arblu indikat ser jitneħħa, bħalma jiġri normalment, hekk kif riċentement tneħħew l-aħħar servizzi li kien għadhom qed jagħmlu użu mill-istess arblu.

Proġett ta’ Tisbiħ u Riġenerazzjoni ta’ Wied Blandun

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 7666 u tgħid għaliex il-proġett ta' tisbiħ u riġenerazzjoni ta’ Wied Blandun li kien ġie varat fl-2015, u ċjoè tmien snin ilu, illum għadu daqshekk fi stadju bikri u għadu ma sar xejn, biex naraw ir-riżultat aħħari li kien ġie proġettat?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li saru Desk Study u Risk Assessment preliminari fuq iż-żona ta’ Wied Blandun. Sussegwentament tlesta Masterplan li jinkludi linji gwida tal-azzjonijiet meħtieġa biex jiġi riġenerat dan il-wied. Preżentament qed isir it-tfassil tas-sejħa għall-offerti biex b’hekk ikunu jistgħu jsiru x-xogħlijiet meħtieġa. Dawn l-azzjonijiet jinkludu tindif ta’ materjal mill-wied u żoni tal-madwar, kif ukoll tneħħija ta’siġar aljeni u invażivi biex tkompli tittejjeb l-ekoloġija tas-sit. Barra minn hekk, hemm azzjonijiet oħrajn li jissalvagwardjaw l-ekosistemi abbinati mal-widien inkluż tħawwil ta’ siġar adattati għall-mikroklima tal-wied.

Wied Blandun – ħidma ta’ tindif

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 7665 u tindika f'liema stadju waslet il-ħidma biex Wied Blandun (biswit il-Fgura u t-tlett ibliet) jitnaddaf u jiġi riġenerat għall-ġmiel oriġinali tiegħu?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba li tajtha għall-mistoqsija parlamentari 12165.

Gżira — Triq Manoel De Vilhena – Kuntratt għax-xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk il-kuntratt għax-xogħlijiet li qed isiru fi Triq Manoel De Vilhena, fil-Gżira, huwiex wieħed pubbliku u jekk iva tista’ tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Tarxien – Qtugħ fil-provvista tad-dawl

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba kien hemm qtugħ fil-provvista tad-dawl f’Ħal Tarxien jew parti minnu tul din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru 2023 u x’kien il-kaġun ta’ dan?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11135.

Il-Fgura – Qtugħ fil-provvista tad-dawl

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba kien hemm qtugħ fil-provvista tad-dawl fil-Fgura jew parti minnu tul din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru 2023 u x’kien il-kaġun ta’ dan?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11135.

Ħal Għaxaq – Qtugħ fil-provvista tad-dawl

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba kien hemm qtugħ fil-provvista tad-dawl f’Ħal Għaxaq jew parti minnu tul din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru 2023 u x’kien il-kaġun ta’ dan?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11135.

Marsaxlokk – Qtugħ fil-provvista tad-dawl

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il darba kien hemm qtugħ fil-provvista tad-dawl f’Marsaxlokk jew parti minnu tul din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru 2023 u x’kien il-kaġun ta’ dan?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11135.

Swieqi — Qtugħ fil-provvista tal-elettriku

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' qtugħ fil-provvista tal-elettriku fil-lokalità tas-Swieqi matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2023 sat-30 ta' Settembru 2023? Tista' tgħid ukoll id-data ta' kull meta seħħ qtugħ tal-provvista tal-elettriku, liema toroq kienu milquta mill-qtugħ tal-provvista tal-elettriku u kemm-il siegħa dam il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11135.

Swieqi – Żona tal-Madliena — Qtugħ fil-provvista tal-elettriku

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm każijiet ta' qtugħ fil-provvista tal-elettriku fiż-żona tal-Madliena fil-lokalità tas-Swieqi matul il-perjodu mill-1 ta' Jannar 2023 sat-30 ta' Settembru 2023? Tista' tgħid ukoll id-data ta' kull meta seħħ qtugħ tal-provvista tal-elettriku, liema toroq kienu milquta mill-qtugħ tal-provvista tal-elettriku u kemm-il siegħa dam il-qtugħ fil-provvista tal-elettriku?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11135.