Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – Infiq fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklami fil-Ministeru tiegħu u fl-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-2024? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm ippjanat li jintefqu flus f’reklami fl-2025, maqsuma entità b’entità?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Gazzetta tal-Gvern - Avviżi pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ avviżi pendenti li qed jistennew l-approvazzjoni tal-Ministru biex jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ kull entità li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħu, għall-perjodi bejn Jannar sa Ġunju 2024, Lulju sa Diċembru 2024 u Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’kull każ, jista’ jindika x’inhi r-raġuni għalfejn dawn l-avviżi għadhom ma’ ġewx approvati u ppubblikati?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-avviżi tal-Gvern jiġu ppubblikati fuq il-Gazzetta tal-Gvern kif meħtieġ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il lift hemm fil-komun f’binjiet tal-Awtorità tad-Djar li bħalissa huma bil-ħsara? Jista’ wkoll jagħti dettalji dwar fejn qegħdin dawn il-liftijiet u kemm ilhom bil-ħsara?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, fir-rigward ta’ kemm hemm liftijiet bħalissa bil-ħsara, l-Awtorità tad-Djar ma żżommx dokumentazzjoni f’dan is-sens. Dan għaliex, ladarba jgħaddi n-numru ta’ snin stipulat fil-kuntratt li matulu l-Awtorità tieħu ħsieb il-manutenzjoni, ir-responsabbiltà għat-tiswijiet u l-manutenzjoni tal-liftijiet taqa’ fuq ir-residenti. Fejn ikun hemm liftijiet li ma jkunux qed jaħdmu, u jkun hemm bżonn somma sostanzjali biex dawn jiġu msewwija, l-Awtorità tad-Djar għandha proċedura stabbilita biex tgħin finanzjarjament lir-residenti, basta dawn juru x-xewqa li jerġgħu jibdew jużawhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm binjiet tal-Awtorità tad-Djar li sal-lum għad ma għandhomx lift komuni? Jista’ wkoll jagħti lista tagħhom?
Response (GALDES, RODERICK)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li l-proċess jiskatta biss meta tkun sottomessa applikazzjoni formali mill-istess residenti tal-blokka kkonċernata. Wara s sottomissjoni tal-applikazzjoni, ikunu kkunsidrati l-ispeċifitajiet tal-blokka kkonċernata, minħabba li hemm limitazzjonijiet u dispożizzjonijiet legali li jistgħu jipprojbixxu l-installazzjoni ta’ lift jekk it-tromba eżistenti tkun iżgħar mill-minimu stipulat. Sal-lum, l-Awtorità tad-Djar għandha 630 binja mingħajr lift.
L-Awtorità tad-Djar — Binjiet - Stennija għal liftijiet komuni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm binjiet tal-Awtorità tad-Djar li qed jistennew li jsirilhom lift komuni? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawn il-binjiet?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-Awtorità tad-Djar għandha 78 applikazzjoni fejn ġie kkonfermat li jista’ jiġi akkomodat lift, filwaqt li hemm 34 applikazzjoni oħra li jinsabu f’fażijiet differenti ta’ proċessar sabiex jiġi ddeterminat jekk lift jistax jiġi installat jew le. Barra minn hekk, hemm 7 liftijiet eżistenti li bħalissa jinsabu fil-proċess li jiġu mibdula.
L-Awtorità tad-Djar — Blokok ta’ appartamenti - Liftijiet komuni - Aċċess għall-anzjani
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi qed tieħu l-Awtorità tad-Djar biex tara li l-anzjani li jgħixu fi blokok ta’ appartamenti jkollhom aċċess permezz ta’ liftijiet komuni u dan biex ikunu jistgħu jibqgħu jgħixu fl-appartament fejn jgħixu preżentement?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha żewġ skemi li jindirizzaw l-aċċess: l-iskema għall-persuni b’diżabilità (DIS) u l-iskema għall-installazzjoni ta’ lifts (LFT). L-iskema DIS toffri għajnuna finanzjarja biex jiġi indirizzat l-aċċess, kemm fil-partijiet komuni tal-binja kif ukoll f’appartamenti individwali. Min-naħa l-oħra, taħt l-iskema LFT jiġu installati lifts f’binjiet eżistenti fejn il-lift ma kienx ġie maħsub oriġinarjament u xorta jista jsir. Dejjem jiġi kkunsidrat li jinħoloq aċċess adegwat, mit-triq sal-intern tal-binja fejn ikun possibbli.
Fid-dawl li hemm bosta inkwilini li minħabba l-età u l-kundizzjoni medika tagħhom ma jistgħux jitilgħu taraġ, jista' l-Ministru jgħid meta se jsir il-lift fil-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – Vjaġġi uffiċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk waqt vjaġġi uffiċjali barra l-pajjiż qattx kien akkumpanjat minn familjari tiegħu jew ta’ xi membru tal-kontinġent uffiċjali tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid:
(a) F'liema vjaġġi l-Ministru u/jew il-kontinġent tiegħu kienu akkumpanjati minn familjari tagħhom?
(b) Min kienu dawn il-familjari għal kull vjaġġ?
(ċ) Kemm sewa kull vjaġġ f'termini ta' fondi pubbliċi għall-biljett tal-ajru, akkomodazzjoni, trasport, ikel, xorb u spejjeż oħra, separatament, għal kull membru tal-kontinġent f'kull vjaġġ li fih kien hemm ukoll membru/i tal-familja tal-Ministru u/jew tal-kontinġent uffiċjali tiegħu?
(d) Jekk l-ispejjeż ta' kull membru tal-familja tal-Ministru u/jew tal-membru tal-kontinġent uffiċjali tiegħu tħallsux minn fondi pubbliċi jew minn fondi personali, u jekk dawn tħallsu minn fondi personali jippreżenta l-irċevuti uffiċjali ta' dawn l-ispejjeż?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm drabi fejn kont akkumpanjat minn familjari tiegħi waqt vjaġġi uffiċjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti ta' xogħol mill-Awtorità tad-Djar mill-2020 sal-2024? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ismijiet lil min ingħataw dawn il-kuntratti għall-istess perjodu?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob l-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema tip ta’ kuntratti ta’ xogħol qed jirreferi.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — Nefqa fuq reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklamar mill-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament matul is-sena 2024 u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt sabiex tinġabar l-informazzjoni.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2025?
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – Chief Executive Officers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma ċ-Chief Executive Officers tad-diversi aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista’ jgħid wkoll:
(a) Kemm damu/ilhom fil-ħatra dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi u meta ser jispiċċa t-terminu tagħhom?
(b) Kif ġew magħżula kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(ċ) X'kumpens finanzjarju u perkaċċi oħra ħadu/qed jieħdu kull wieħed/waħda minn dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi sena b’sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(d) Kemm-il siegħa fil-ġimgħa kienu/huma obbligati li jaħdmu dawn iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
(e) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time fis-servizz pubbliku, aġenziji, awtoritajiet u entitajiet tal-Gvern, ma’ min u f'liema kariga/grad, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari,?
(f) Liema kienu/huma dawk iċ-Chief Executive Officers, ta' dawn l-aġenziji, awtoritajiet, entitajiet u korpi li kienu/huma wkoll impjegati full-time mal-privat, ma’ min u f'liema kariga/grad qegħdin, sena b’sena, mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra ta' ħatra u l-kuntratt ta' dawn iċ-Chief Executive Officers?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se ssir il-manutenzjoni tas-saqaf, fil-post li l-informazzjoni dwaru qed jintbagħtu separatament qabel ma jispiċċa jiġġarraf u jweġġa’ xi ħadd?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kuntrarju ta’ dak li qed tgħid l-Onor. Interpellanta, sabiex ikun evitat kull periklu, saru xogħlijiet ta’ emerġenza biex jitneħħa l-konkos ħażin. Ninformaha wkoll li x-xogħol jirrikjedi bdil tas-saqaf tat-tromba tal-bejt. Malli jinħarġu l-permessi neċessarji mill-Awtoritajiet ikkonċernati, ikunu jistgħu jsiru l-interventi meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu bil-ħsara l-lift fil-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista’ jgħid ukoll x’inhi l-kawża għal din il-ħsara u meta ser ikun aċċessibbli għar-residenti l-lift f’dan il-blokk, peress li ilhom ibatu ħafna minħabba dan l-inkonvenjent?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lift f’din il-blokka m’għandux ħsarat, imma qiegħed fl-istadju li jrid jinxtegħel għall-ewwel darba u jgħaddi għand ir-residenti wara li jiġi installat il-meter three-phase. Din il-handover lir-residenti hija ppjanata li ssir sal-aħħar ta' April 2025.
Akkomodazzjoni soċjali – Applikazzjoni l-iktar antika
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20436, fejn ingħad li l-iktar applikazzjoni antika għall-akkomodazzjoni soċjali hija datata 29 ta’ Frar 1988, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li applikazzjoni tibqa’ pendenti mill-1988, jiġifieri għal iktar minn 36 sena?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna in kwistjoni f'din l-applikazzjoni rrifjutat l-akkomodazzjoni soċjali li ngħatat mill-Awtorità tad-Djar fuq raġunijiet personali.
Akkomodazzjoni soċjali — Applikazzjonijiet pendenti
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20436, fejn ingħad l-iktar applikazzjoni antika għall-akkomodazzjoni soċjali hija datata 29 ta’ Frar 1988, jista’ l-Ministru jagħti l-ammonti tal-applikazzjonijiet pendenti skont is-sena ta’ meta l-applikazzjoni ġiet sottomessa?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjonijiet li jimtlew mill-persuni li japplikaw u jibbenefikaw mill-iskema tal-istairlift taħt l-Awtorità tad-Djar?
Response (GALDES, RODERICK)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għas-Sezzjoni 5 tal-applikazzjoni li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, fejn tista’ ssib id-dikjarazzjoni li l-applikanti jiffirmaw.
L-Awtorità tad-Djar — Skema tal-istairlifts - Rifużjoni ta’ ħlas
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kull min jibbenefika mill-iskema għall-stairlift jew l-eredi tagħhom, iridux jagħtu xi forma ta' rifużjoni tal-ħlas li jkun sar mill-Awtorità tad-Djar?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.