Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali – restrooms għal persuni bi bżonnijiet speċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il restroom fil-binja tal-Ministeru tiegħu hija aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-binja tal-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali hemm restroom waħda li hija aċċessibbli għal persuni bi bżonnijiet speċjali.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali – komunikazzjonijiet bil-miktub aċċessibbli għall-persuni neqsin mid-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu l-Ministeru tiegħu u entitajiet li jaqgħu taħtu sabiex jara li komunikazzjonijiet bil-miktub ta' kull tip li jintbagħtu bil-posta jew mezzi oħra, ikunu f'format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl?

Response (GALDES, RODERICK)

L-Onorevoli interpellant għandu jkun mgħarraf li, waqt li l-ebda ministeru jew entità fi ħdan il-Gvern m’għandu aċċess għal informazzjoni dwar persuni b’di¿abilità u x’tip ta’ diżabilità jsofru minnhom, hu prattikament impossibbli li kull korrispondenza li tintbagħat bil-posta tradizzjonali tkun ukoll f’format aċċessibbli li jinqara minn persuni neqsin mid-dawl. Minkejja dan, fil-każ ta’ korrispondenza diġitali, nixtieq intenni li l-entità governattiva Fondazzjoni għall-Aċċessibilità tat-Teknoloġika tal-Informatika (FITA) toffri dan is-servizz lil kull individwu jew entitaijet li jitolbu din l-għajnuna biex jaqdu l-klijentela tagħhom bi spi¿a mħallsa mill-individwu jew l-entità. Fil-fatt dawk li, minn jeddhom jitolbu l-assistenza tal-istess Fondazzjoni, jiġu ggwidati fl-installazzjoni ta’ programm apposta (software) biex il-kompjuter personali tagħhom ikun jista’ jaqralhom kull imejl li jirċievu, inkluż bl-ilsien Malti. It-taħriġ hu bi ħlas, filwaqt li l-programm hu b’xejn. Nenfasizza li kull każ jiġi kkunsidrat fuq il-ba¿i individwali, inkluż biex tintu¿a l-aħjar teknoloġija assistiva, li tvarja minn Optical Character Recognition (OCR), Screen Reader, Braille jew anke tipa mkabbra. L-istess assistenza tvarja wkoll skont l-apparat li jkun se jintuża għal dan il-għan, bħal PC/laptop, mobile u/jew tablet, u anke skont il-platform u¿at, jiġifieri Windows jew MAC, Android jew Apple, eċċ.

Stairlifts — kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra bl-ismijiet tal-kumpaniji li pprovdew is-stairlifts issussidjati mill-Housing sena b'sena tul dawn l-aħħar ħames snin sal-lum?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għat-tweġiba tal-PQ18307.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali – tender/direct orders lil kumpanija/individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu taw xi tender jew direct order lill-kumpanija jew l-individwu li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-2013 sa issa? Jekk iva, jista’ jaqsam din l-informazzjoni sena b’sena?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi l-persuna/kumpanija msemmija ma ngħataw l-ebda tender u/jew direct order minn dan il-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu.

Awtorità tal-Artijiet — Home Ownership Plot

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 17904 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fl-2016, l-2017 u l-2018 kemm-il Home Ownership Plot ġew akkwistati/mixtrija/imħallsa mill-Awtorità tal-Artijiet u fejn, sena b’sena?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Stair Lifts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-rekwiżiti biex persuna li għandha bżonn tinstalla stair lift f’darha tikkwalifika għas-sussidju tal-Gvern? Jista’ jgħid kif jiġi kkalkulat l-ammont ta’ sussidju li jingħata lill-applikant? Jista’ jgħid jekk hux mandatorju li kull min japplika għal stair lift irid jibgħat tliet quotations mal-applikazzjoni tiegħu għal stair lift?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Stair Lifts — kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 18157 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjantià Attiva u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid liema kienu l-kumpaniji li ngħataw kuntratti biex jinstallaw stair lifts issussidjati mill-Awtorità tad-Djar sena b’sena bejn l-2016 sal-lum?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar ma tqabbadx kuntratturi sabiex jiġu installati stair-lifts. L-applikanti li jeħtieġu stair-lift japplikaw mal-Awtorità tad-Djar għal għajnuna finanzjarja, liema finanzjament jingħata wara li l-kumpanija magħżula mill-applikant tinstallah. L-Awtorità ma żżommx informazzjoni dwar il-kumpaniji li jqabbdu l-applikanti.

Applikanti – lista ta’ stennija tal-housing

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15731 u 17581 u ċjoè: Skont dak li ġie rappurtat f’paġna 7 tar-Rapport Annwali tal-Awtorità tad-Djar 2019, fejn inqatgħu ftit inqas minn 500 applikant mil-lista ta’ stennija għall-post ta’ housing, jista’ l-Ministru jgħid mil-liema kategorija ġejjin dawn l-applikanti, kategorija b’kategorija? Fuq liema kriterju tnaqqsu dawn l-applikanti? Dawn ma kellhomx bżonn alternattiv?

Response (GALDES, RODERICK)

L-informazzjoni mitluba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali – tender jew direct order lil kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa’ taħtu, tawx tender jew direct order lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Meta ngħataw, ta’ kemm kienu u abbażi ta’ xiex?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika t-talba tiegħu.

Evictions

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il eviction saret matul is-sena 2020?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2020 saru 14-il eviction. Fl-aħħar tliet snin l-Awtorità tad-Djar wettqet 4,400 spezzjoni sabiex jiġi assigurat li l-proprjetà tal-Gvern tkun qegħda tintuża b’mod ġust. Intenni li m’aħna se nittolleraw ebda abbuż, dan sabiex nassiguraw li l-appartamenti tal-Gvern jintużaw minn persuni u familji ġenwinament fil-bżonn.

Awtorità tad-Djar – persuni li żaru l-uffiċini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna żaret l-uffiċini tal-Awtorità tad-Djar bejn l-2019 u l-2020?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor, Interpellant li matul l-2019 u l-2020 żaru l-uffiċini tal-Awtorità tad-Djar 29,156 persuna.

Għajnuna finanzjarja biex jiġu rranġati kmamar tal-banju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħatat għajnuna finanzjarja biex jiġu rranġati djar fejn m’hemmx kmamar tal-banju jew fejn hemm bżonn li tinbidel, mill-2013 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni ser tingħata f’xi seduta oħra.

Akkomodazzjoni Soċjali – units provduti f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Parlament kemm ġew provduti units għal skopijiet t'akkomodazzjoni soċjali, lokalità b'lokalità f'Għawdex tul il-leġislatura kurrenti? Jista' jgħid ukoll taħt liema titolu ġew konċessi dawn il-units?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar allokat 55 unit b’kera f’Għawdex għal skopijiet ta’ akkomodazzjoni soċjali maqsuma skond il-lokalita’ kif ġej :- Lokalita’ Total Għajnsielem 4 Għarb 1 Marsalforn 16 Munxar 2 Nadur 6 Qala 7 Rabat 11 Sannat 1 Xagħra 1 Xlendi 5 Żebbuġ 1 Total 55

Lifts installati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew installati lifts mill-2013 l'hawn sena b'sena, f'liema blokka u l-lokalità, sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-2013 sal-aħħar tas-sena 2020 ġew installati 68 lift fi blokok ta’ housing soċjali fil-Marsa, Isla, Birkirkara, Imtarfa, Pembroke, Naxxar, San Ġwann, Siġġiewi, Imġarr, Ta’ Xbiex, Ħal Qormi, Raħal Ġdid, Ħal Kirkop, Żejtun, Mellieħa, Birgu, Rabat, Tarxien, Żabbar, Santa Luċija, Santa Venera, Żurrieq u l-Belt Valletta.

Akkomodazzjoni soċjali — - Qtugħ ta’ persuni mil-lista ta’ stennija - kriterji

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li wieħed jinqata’ mil-lista ta' stennija għall-akkomodazzjoni soċjali?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjonijiet jiġu kkanċellati għax ma jkunux konformi mal-kundizzjonijiet indikati hawn taħt: · Bdil ta’ residenza mingħajr ma nkunu infurmati; · M’humiex aktar interessati; · Xtraw proprjetà; · Ibbenefikaw minn skema ta’ home ownership fosthom Social Loans; · Jeċċedu d-dħul/assi; · Mingħajr titlu legali; · Korrispondenza mhux imwieġba; · Applikanti naqsu milli jemendaw l-applikazzjoni; · Applikant ġie nieqes; · Tibdil fl-istat ċivili; · Ma jkunux pre¿enti għall-ispezzjoni; · Applikazzjoni Duplikata; · Ma jissodisfawx il-kriterja ta’ eliġibbiltà; · Applikazzjoni ma tindikax id-dħul

Qasam tal-condominium — impenn

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-impenn fil-qasam tal-condominium, sabiex dawn ma jmorrux lura u jibqgħu diċenti?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar tħaddem skema li permezz tagħha u b’kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali, r-residenti jiġu mħeġġa jappuntaw amministratur sabiex jieħu ħsieb il-partijiet komuni. Permezz ta' din l-iskema l-Awtorità tad-Djar tinċentiva lir-residenti billi twettaq xogħlijiet b'valur ta' €6,000 biex ittejjeb il-partijiet komuni. L-amministratur imqabbad mir-residenti jingħata ċ-ċifra onorarja ta' €150 fis-sena bħala inċentiv u apprezzament għax-xogħol imwettaq.

Awtorità tad-Djar — Pussess ta’ artijiet mogħtija mill-Joint Office

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar ħaditx u jekk għandix fil-pussess tagħha artijiet mogħtija mill-Joint Office tul is-snin?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar għandha diversi artijiet tal-Joint Office li kienu ġew mgħoddija lilha permezz ta’ Avvi¿ Legali.

Awtorità tad-Djar – inizjattivi ta’ sistema ta’ Housing differenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar tipprovdix inizjattivi simili għal dawk li jagħmlu NGOs li jipprovdu sistema ta' Housing differenti minn dak li aħna tradizzjonalment nirrikonoxxu bħala Housing Soċjali?

Response (GALDES, RODERICK)

Onorevoli Interpellant, dan il-Gvern huwa konxju li uħud mill-persuni vulnerabbli li jeħtieġu għajnuna sabiex ikollhom saqaf fuq rashom għandhom ħtiġijiet uniċi li jmorru oltre milli jingħataw iċ-ċavetta ta’ proprjetà. Kien għalhekk li fl-2018 is-Segretarjat għall-Akkomodazzjoni Soċjali nieda riċerka estensiva sabiex jiġu identifikati l-ħtiġijiet ta’ dawn il-persuni u jitfassal pjan ta’ azzjoni. Ġie nnutat li persuni vulnerabbli jeħtieġu akkommodazzjoni b’disinn inklussiv li jħares lejn ir-relazzjoni bejn id-dar, l-istat soċjo-ekonomiku tal-persuna jew familja u s-saħħa mentali. Ġie nnutat ukoll l-importanza li l-binja sservi bħala għodda li tiffaċilita l-kuntatt fil-komunità. Fid-dawl ta’ dawn is-sejbiet kif ukoll konsultazzjoni ma għaqdiet volontarji li jagħtu għajnuna lil dawn il-persuni, fl-2019 ġiet imnedija l-policy bit-titlu Sustainable Communities, Housing for Tomorrow. L-għan ta’ din il-policy huwa li jiġu promossi proġetti ta’ akkomodazzjoni li jikkunsidraw l-aspett funzjonali, ambjentali u soċjali tal-ħajja domestika u l-komunità Maltija. Din il-vi¿joni tpoġġi d-dar fiċ-ċentru tal-ħajja ta’ kuljum. Ġie ffurmat kumitat apposta fi ħdan l-Awtorita’ tad-Djar sabiex tinħoloq relazzjoni ma’ l-istakeholders ikkonċernati, mal-Kamra tal-Periti u mat-tielet settur. Dan kien pass importanti sabiex il-b¿onnijiet tal-għaqdiet volontarji li jaħdmu f’dan il-qasam jiġu milħuqa anke mill-aspett arkitettoniku. Darba fis-sena tinħareġ sejħa sabiex għaqdiet interessati jitfgħu l-proposti tagħhom. Il-kumitat ta’ l-i specialized Housing jgħarrex il-proposti tal-għaqdiet volontarji fid-dettal sabiex jaċċerta li l-għaqdiet għandhom il-mezzi meħtieġa biex iwettqu l-proġett mixtieq u b’hekk ikun jista jagħ¿el l-aħjar proposti. · Filfatt, minn mindu tnediet din il-policy, b’investiment ta’ €1.5 miljun ġew allokati sitt proprjetajiet lill-għaqdiet volontarji li jaħdmu f’dan il-qasam filwaqt li ġie ffinanzjat il-bini ta’ proġett ieħor: Dar f’Bormla se tinbidel f’Dar Terry biex ommijiet bi sfidi mentali li jibbenefikaw mill-għajnuna ta’ Richmond Foundation jirċievu l-appoġġ u s-servizzi meħtieġa fil-komunità, mingħajr il-b¿onn li jinfirdu mit-tfal, fl-2020 l-Fondazzjoni Richmond ġiet allokata aktar fondi sabiex tagħmel ukoll estensjoni ta’ dan il-proġett tant b¿onnju¿; · Dar fil-Birgu se tinbidel f’Dar Bla Ħitan li minnha l-Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl se toffri ambjent ta’ dar residenzjali u child-friendly lil dawk li jkunu ħarġu mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin b’servizzi speċjalizzati u b’appoġġ li jgħinuhom fl-integrazzjoni lura fis-soċjetà; · Dar f’San Ġwann se tinbidel f’Dar Qawsalla li minnha l-Fondazzjoni li twaqqfet bil-għan prinċipali li tgħin fir-riabilitazzjoni u ri-integrazzjoni fis-socjetà ta’ persuni LGBTQI, l-MGRM, se tagħti ċ-ċans lil dawn il-persuni jerġgħu jibnu ċ-ċirku soċjali tagħhom, isibu impjieg jew jitħarrġu fi programmi edukattivi waqt li jaħdmu biex jingħaqdu lura malfamilji tagħhom. L-għan aħħari huwa li jgħixu b’mod indipendenti; · Dar fil-Belt Valletta se tinbidel f’Y Communal House, li minnha l-Fondazzjoni YMCA Malta se tkun qed tagħti servizz bil-għan prinċipali li tgħin fir-riabilitazzjoni u riintegrazzjoni fissoċjetà individwi u familiji homeless speċjalment dawk ta’ età ’l fuq minn sittin (60) sena. Dan se jsir peress li dan is-servizz nieqes mit-tielet settur, fejn ħa jkun qed jinkludi ukoll persuni b’di¿abbiltà. YMCA filkors tax-xogħol tagħha identifikat il-b¿onn ta’ proġett għar-riabilitazzjoni fejn dawn il-persuni jkollhom iċċans jerġgħu jibnu ċ-ċirku soċjali tagħhom, isibu impjieg jew jitħarrġu fi programmi edukattivi; · Dar f’Birkirkara se tinbidel f’Dar Mixtla li permezz tagħha l-Fondazzjoni Sebħ se tgħin lil ¿għa¿agħ, nisa u wliedhom jintegraw fis-soċjetà. Dawn il-persuni jkunu għaddew minn abbu¿ tà vjolenza domestika u jkunu waslu fl-aħħar proċess tà sapport biex jibdew jgħixu b’mod indipendenti. Fondazzjoni Sebħ fil-kors tax-xogħol tagħha identifikat il-b¿onn ta’ proġett ta’ integrazzjoni fejn dawn il-persuni jkollhom iċ-ċans jerġgħu jibnu ċ-ċirku soċjali tagħhom, isibu impjieg jew jitħarrġu fi programmi edukattivi; · Art fin-Naxxar propjetà tal-Caritas, permezz ta’ dawn il-fondi allokati mill-Awtorità tad-Djar se tkun tistà tinbena bil-għan li tintu¿a bħala half-way house għall-persuni li kellhom problemi ta’ droga.

Awtorità tad-Djar — involviment tal-Kunsilli Lokali –

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar tinvolvix lill-Kunsilli Lokali biex jiġu tackled ċertu issues fil-lokalitajiet tagħna?

Response (GALDES, RODERICK)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.

Awtorità tad-Djar – familji li jgħixu fi djar tal-housing overcrowded

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar, tikkunsidrax familji li jgħixu f'djar tal-housing li huma overcrowded jew f'djar substandard? Jekk iva, kemm hemm familji f'units overcrowded u oħrajn substandard?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’xi seduta oħra.