Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Remote working - teleworking
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working u teleworking, mal-Ministeru konċernat, inkluż fl-entitajiet u fid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mal-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, hemm 27 ħaddiem li jaħdmu permezz tat-teleworking.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Safar fuq xogħol uffiċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba siefer barra mill-pajjiż fuq xogħol uffiċjali kull membru fil-Ministeru tiegħu (inkluż hu bħala Ministru), xahar b’xahar, minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kemm intefqu flus bħala ‘hospitality’ mill-Ministeru tiegħu f’kull mawra barra mill-pajjiż, fiex kienet tikkonsisti din l-ispiża f’hospitality, id-data ta’ meta ntefqu dawn il-flus u minn liema membru tal-Ministeru ntefqu dawn il-flus f’hospitality?
Response (REFALO, ANTON)
Nistieden lill-Onor. Interpellant jagħti ħarsa lejn il-“Manual on Transport and Travel Policies” li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra, li tali manwal jirregola l-arranġamenti ta' vjaġġar, akkomodazzjoni barra l-pajjiż, delegazzjonijiet, u per diem allowances.
Jista’ l-Ministru jipprovdi ċ-ċifri approssimattivi tal-volum ta’ ilma taħt l-art li ġie riġenerat permezz ta’ ilma purifikat matul is-snin li għaddew?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tikkjarifika l-mistoqsija tagħha.
Pjan Strateġiku ta’ Malta għall-Politika Agrikola Komuni — Fawna u flora
Question
Fid-dawl li l-pjan strateġiku ta’ Malta għall-Politika Agrikola Komuni (PAK) huwa konformi mal-PAK 2023–2027, li jfisser li bdiewa li jirċievu għajnuna finanzjarja huma soġġetti għal kundizzjonalità, jista’ l-Ministru jagħti ċifra approssimattiva ta’ tomna ta’ fawna u flora selvaġġi li ġew protetti minn dawn il-bdiewa?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-informazjoni qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid liema entità hija responsabbli biex tiżgura l-konformità mad-Direttiva tan-Nitrati? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx statistika dwar azzjonijiet ta’ nfurzar li ttieħdu?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li l-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tal-ligi sussidjarja SL 549.66 Programm ta’ Azzjoni dwar in-Nitrati li timplimenta parti mid-direttiva tan-nitrati (91/676/EEC).
L-istatistika fir-rigward ta’ azzjonijiet tan-nitrati hija kif muri hawn taħt:
2024
Parcels
Livestock
Fines
1
st
enforcement letter
2
nd
enforcement letter
1
st
enforcement letter
2
nd
enforcement letter
13
0
8
1
0
2023
Parcels
Livestock
Fines
1
st
enforcement letter
2
nd
enforcement letter
1
st
enforcement letter
2
nd
enforcement letter
2
nd
enforcement letter
16
2
7
2
0
2022
Parcels
Livestock
Fines
1
st
enforcement letter
2
nd
enforcement letter
1
st
enforcement letter
2
nd
enforcement letter
2
nd
enforcement letter
21
9
2
0
1
2021
Parcels
Livestock
Fines
1
st
enforcement letter
2
nd
enforcement letter
1
st
enforcement letter
2
nd
enforcement letter
2
nd
enforcement letter
17
1
4
0
0
2020
Parcels
Livestock
Fines
1
st
enforcement letter
2
nd
enforcement letter
1
st
enforcement letter
2
nd
enforcement letter
2
nd
enforcement letter
13
0
10
2
1
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29142 dwar it-tqegħid u installazzjoni tal-mains tan-new water fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ bdiewa li jużaw ilma tas-sistema tan-new water?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni qed tinġabar.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Ġunju 2025?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Ċitazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu qattx qala’ ċitazzjoni (traffic fine) minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk fl-affermattiv, fuq liema karozza ħarġet tali ċitazzjoni, min kien qed isuq il-karozza u x’pożizzjoni għandu fil-Ministeru tiegħu, kemm ammontaw fi flus dawn iċ-ċitazzjonijiet u minn min tħallsu dawn iċ-ċitazzjonijiet; jekk hux mill-persuna li għamlet il-kontravenzjoni jew minn fondi pubbliċi?
Response (REFALO, ANTON)
L-Onor. Interpellant diġà staqsa dwar dan u tajtu tweġiba f’interpellanza parlamentari nru 23543 fejn irreferejtu għall-proċedura applikabbli.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Impjegati u Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu kompost bħala impjegati u konsulenti l-Ministeru tiegħu, f’liema skala tas-servizz pubbliku qiegħed is-salarju/paga tagħhom, x’inhu x-xogħol ta’ kull wieħed minn dawn l-impjegati/konsulenti, xi kwalifiki edukattivi għandhom, f’każ ta’ Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor, x’inhi l-expertise tiegħu/tagħha u x’tip ta’ kuntratt għandu kull wieħed minn dawn l-impjegati (inkluż Policy Consultant, Policy Co-ordinator u Advisor)? X’allowances ( bħal disturbance allowance, Secretariat Allowance, Bonus for Overtime Worked, Communications Allowance, Fully-expensed mobile telephony, Free Telephony, Pre-Paid top-ups for telephony service, Internet Service, Car Allowance, Transport Allowance, Fuel Vouchers, Use of car-hired car, Use of government-owned car, Internet Key, Tablets, Laptops, Peripherals, Expertise Allowance, Disturbance Allowance, Shift Allowance, eċċ.) u perkaċċi oħra, kull wieħed minn dawn l-impjegati/konsulenti għandhom u għal kemm jammontaw fi flus (fejn applikabbli)? Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li kull impjegat/konsulent tal-Ministeru għandu u li għadu fis-seħħ?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajtu f’interpellanza parlamentari kważi identika għal din bin-numru 23457.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Segretarjat Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali – Public Expo Village 2025 – Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28689 u 29103 u jgħid jekk is-Segretarjat u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Public Expo Village 2025 - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 28673 u 28954 u jgħid jekk il-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali ħa sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali bejn il-21 u l-25 ta’ Mejju 2025, permezz tad-diversi entitajiet u dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu. Dawn kollha kienu preżenti fuq l-istand tal-Ministeru li ġie jiswa €58,345.00. L-Expo Village tas-Servizz Pubbliku din is-sena żaruh 76,264 persuna u kien suċċess minn kull lat.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Segretarjat Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali – Public Expo Village 2025 – Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28689 u jgħid jekk is-Segretarjat u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?
Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Uffiċċju addizzjonali
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23621, peress li bit-tieni uffiċċju qed nirreferi għall-post/binja li fih il-Ministru jiltaqa’ mal-kostitwenti tiegħu, jista’ jgħid:
(a) Kemm-il uffiċċju addizzjonali għandu barra l-binja uffiċjali tal-Ministeru tiegħu u f'liema lokalità qiegħed/qegħdin?
(b) Dawn l-uffiċini huma binjiet pubbliċi jew privati?
(c) X'inhu l-użu ta' dawn l-uffiċini?
(d) Kemm titħallas kera għal kull uffiċċju sena b'sena u jekk din titħallasx minn fondi pubbliċi jew fondi oħrajn?
(e) Min hu l-benefiċjarju ta' din il-kera?
(f) Minn x'ħin sa x'ħin u f'liema ġranet ikunu miftuħin dawn l-uffiċini?
(g) Min jiftaħ dawn l-uffiċini u jara lin-nies, il-Ministru personalment jew persuni oħra għan-nom tiegħu?
(h) Jekk in-nies jarawhom persuni oħra għan-nom tiegħu, dawn huma impjegati tal-Ministeru jew tal-Gvern?
Response (REFALO, ANTON)
Nittama li l-Onor. Interpellant jifhem bid-distinzjoni li hemm bejn uffiċċju Ministerjali u uffiċċju tal-kostitwenza. L-uffiċċju li fih naqdi d-dmirijiet Ministerjali tiegħi huwa f’Pinto Business Centre, Ħal Qormi. Hemm ukoll uffiċċju Ministerjali ġewwa d-Dukes fir-Rabat Għawdex, li jservi bħala estensjoni tal-operat tal-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Rigali u donazzjonijiet
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23747 fejn intqal li l-informazzjoni kienet għadha qed tinġabar, issa li għaddew ix-xhur, jista’ l-Ministru jgħid kemm ta rigali u/jew donazzjonijiet minn fondi pubbliċi, xahar b'xahar, minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, fiex kien jikkonsisti kull rigal, kemm kien jiswa kull rigal u lil min tah?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fejn hemm imniżżel ir-rigali uffiċjali li ngħataw matul din is-sena u f’liema okkażjoni. L-ispiża totali kienet tlaħħaq €2,480.89.
Attachments:Paper Laid PQ 27603 Rigali u donazzjonijiet.pdf
Għawdex u Kemmuna — spezzjonijiet fi stabbilimenti tal-ikel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm spezzjonijiet fi stabbilimenti tal-ikel ġewwa Għawdex u Kemmuna, maqsuma sena b’sena, mill-ewwel ta’ Jannar 2020 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll jekk instabux irregolaritajiet u x’passi ttieħdu?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika il-mistoqsija tiegħu u jgħid għal liema regolatur ta’ stabbilimenti tal-ikel qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-annimali perikolużi li kienu diġà rreġistrati qabel ma ħarġu d-90 jum ta’ amnestija, humiex qed jiġu mitluba wkoll li jiġu msewwija, hekk kif ġew mitluba jagħmlu dawk kollha li rreġistraw lill-annimali tagħhom issa?
Response (REFALO, ANTON)
Kif stipulat fir-Regolament 4(2) ta' SL 439.19: Regolamenti dwar il-Pussess u ż-Żamma ta' Annimali Perikolużi, l-annimali perikolużi kollha kif stipulat fl-istess leġiżlazzjoni, għandhom jiġu msewwija, irrispettivament mid-data tar-reġistrazzjoni, sakemm ma jkunux eżentati mid-Direttur għar-Regolazzjoni Veterinarja.
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali — Ġbir ta’ klieb mhux micro chipped
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li meta kelb mhux micro chipped jinġabar mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali u wara jinstab sidu, dan iħallas piena amministrattiva ta’ mitt ewro flimkien mal-kont tal-klinika għal kull servizz mediku li jkun ingħatalu? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid għalfejn il-piena hi dik ta’ mitt ewro u mhux dak li hemm stipulat fil-liġi?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ispiża relatata ma’ kull kelb li jinġabar u li jirriżulta li għandu sid, tinġabar mingħand is-sid, irrispettivament miċ-ċirkostanza jekk tali kelb ikunx reġistrat jew le. Dan hu sussegwenti għall-Artiklu 44B (5) għat-Trattament Xieraq tal-Annimali. Il-piena amministrattiva ma’ tistax tinħareġ mid-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali għax din taqa’ taħt Kapitolu 437 (Att għas-Servizzi Veterinarji) taħt il-Liġi Sussidjarja 437.101 (Regolamenti Dwar L-Identifikazzjoni Elettronika Tal-Klieb). Persuna għandha sa żmien xahar biex tammetti ir-reat u tħallas tali piena.
Il-piena amministrattiva taħt Artikolu 61 (5), taħt Kapitolu 437 tistipula illi
“Fejn taħt dan l-artikolu persuna tammetti reat u tieħu dawk il-passi rimedjali kollha mitluba fl-avviż skont is-sotto-artikolu (2), id-Direttur għandu jimponi piena monetarja fuq dik il-persuna fir-rigward tar-reat li tkun tammonta għal terz tal-piena massima li għaliha l-persuna teħel li kieku nsabet ħatja tar-reat mill-Qorti”.
Skont sotto-Regolament 11.(1) tal-Liġi Sussidjarja 437.101;
“Kull persuna li jkollha fil-pussess tagħha kelb u li ma tirreġistrax dak il-kelb fid-Dipartiment skont dawn ir-regolamenti, jew kull persuna jew entità li tagħti informazzjoni skorretta, inkompleta jew falza fil-formola ta’ reġistrazzjoni tkun ħatja ta’ reat teħel, meta tinsab ħatja, multa ta’ tliet mitt euro (€300).”
Għaldaqstant it-terz ta’ massimu ta’ piena amministrattiva għan nuqqas ta’ reġistrazzjoni ta’ kelb hu ta’ terz ta’ €300 li hu ekwivalenti għal €100.
Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali — Ġbir ta’ klieb mhux micro chipped
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-piena amministrattiva li tingħata lil sid ta’ kelb li ma jkunx micro chipped u li jkun inġabar mid-Direttorat għall-Ħarsien tal-Annimali hix qed tingħata wkoll ġewwa Għawdex meta jinstabu klieb ta’ din ix-xorta u jekk hemmx dan it-tip ta’ infurzar ġewwa Għawdex? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi differenzi fil-pieni u kif jiġu amministrati ġewwa Malta u ġewwa Għawdex?
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Public Expo Village 2025 - Nefqa
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28673 u jgħid jekk il-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, ħadux sehem fil-Public Expo Village 2025 li saret f’Ta’ Qali mill-21 sal-25 ta’ Mejju 2025? Jekk iva, liema dipartimenti ħadu sehem, x’kien id-daqs tal-istand/stands tagħhom u kemm kienet in-nefqa ta’ kull dipartiment, kif ukoll in-nefqa totali tal-Ministeru fuq din l-Expo?