Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — TV advertising - nefqa
Question
Tista’ l-Ministru tgħid u telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtha, fuq TV advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — nisa fuq bordijiet tal-Gvern
Question
Tista' l-Ministru tgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tagħha mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li n-numru totali ta’ membri fil-bordijiet fil-perjodu kkonċernat huwa ta’ 365 membru li minnhom 100 membru huma nisa. Dan jammonta għal 27.4% tal-percentaġġ globali.
Barra minnhekk, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm 4 membri oħra li huma gender neutral.
Meta jiskadi l-perjodu ta’ kull bord, qed insegwu l-wegħda tal-manifest elettorali sabiex nersqu lejn il-kwota ta’ 40% li jkunu nisa.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali - nisa fuq bordijiet tal-Gvern
Question
Tista' l-Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali tgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tagħha mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?
Wied il-Għajn – Triq is-Silla – galleriji li ċedew – spezzjonijiet mill-OHSA
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’passi ttieħdu (u qed jittieħdu) mill-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) wara li fi blokka ta’ appartamenti li qed tinbena fi Triq is-Silla, Wied il-Għajn ċedew u waqgħu numru ta’ galleriji? Saru spezzjonijiet mill-OHSA? Jekk iva, meta? X’ġie deċiż?
Response (DALLI, HELENA)
L-OHSA bdiet l-investigazzjoni tagħha, liema investigazzjoni għadha ma ngħalqitx. L-OHSA tikkonferma wkoll li nħarġu ordnijiet skont l-Att Kap. 424, biex jieqaf ix-xogħol biex tkun assigurata s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm nies li għamlu kuntatt mal-Customer Care tal-Ministeru minn April 2013 u tagħti breakdown tat-talbiet li saru?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-għadd ta’ persuni li għamlu kuntatt mal-Customer Care tal-Ministeru bejn April 2013 u llum hu ta’ madwar 1,200 fis-sena.
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tkun iżjed speċifika.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza – billboard advertising — nefqa
Question
Tista’ l-Ministru tgħid u telenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtha, fuq billboard advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern? Tista’ tgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istrateġija nazzjonali dwar il-vjolenza domestika?
Response (DALLI, HELENA)
Qed nerġa’ inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istrateġija nazzjonali dwar il-vjolenza a bażi ta’ ġeneru u vjolenza domestika li jien diġà poġġejt fuq il-mejda ta’ din il-kamra fl-24 ta’ Jannar 2018.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — lista ta’ xiri ta’ servizzi
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ xiri ta’ servizzi u xiri ta' prodotti li ġew ordnati minn April 2013 mis-Segretarjat privat permezz ta’ quotation jew permezz ta’ direct order? Tista’ tgħid lil liema kumpaniji/individwi intalbu l-quotations, kemm kien l-ammont ta’ kull quotation jew direct order u lil min ingħata x-xogħol?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija 4886.
Għajnuna MEUSAC – organizzazzjonijiet f’Għawdex li gawdew mill-fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
Tista' l-Ministru tgħid min huma s-70 organizzazzjoni f’Għawdex li mill-2008 ibbenefikaw ’il fuq minn €6.2 miljun f'fondi tal-Unjoni Ewropea permezz tal-għajnuna tal-MEUSAC? Tista' tgħid ukoll minn kemm ibbenefikat kull organizzazzjoni u għal liema proġett u mil-liema programm? Tista' tgħid f’liema snin kien dan?
Response (DALLI, HELENA)
Ir-relazzjoni bejn il-MEUSAC u l-klijenti tagħha hi waħda ta’ natura fiduċjarja u li l-MEUSAC mhiex f’pożizzjoni li tiżvela min huma l-klijenti tagħha mingħajr il-kunsens tagħhom.
Tista’ l-Ministru tagħti lista tat-toroq rurali li se jkunu qed jibbenefikaw mill-fondi Ewropej? Tista’ tagħti l-lista lokalità b’lokalità u kemm se jkunu qed jintefqu flus f’kull triq?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm gawdiet f’fondi Ewropej il-kumpanija tat-Trasport Pubbliku, u ċjoè l-Malta Public Transport Services Ltd, sena b'sena tul l-2015, l-2016 u l-2017? X'sar b'dawn il-fondi minn din il-kumpanija?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-kumpanija msemmija ma rċiviet l-ebda fondi strutturali u ta’ koeżjoni Ewropej.
Il-kumpanija setgħet ibbenefikat indirettament minn kampanja ta’ reklamar iffinanzjata minn fondi Ewropej li għamlet Transport Malta sabiex tħajjar aktar nies jużaw it-trasport pubbliku.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — safar
Question
Tista' l-Ministru tgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Ministeru tagħha fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Affarijiet Eworpej u Ugwaljanza — Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali
Question
Tista' l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għas-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar kif il-Gvern qed jirribatti l-argumenti tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-regim tal-VAT fuq yachts li għandna f’pajjiżna?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li l-Kummissjoni Ewropea bagħtet ittra ta’ tqegħid fil-mora lill-Gvern Malti dwar ir-reġim nazzjonali tal-VAT fuq il-jottijiet nhar it-8 ta’ Marzu 2018.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li bħalissa l-Gvern għaddej b’diversi diskussjonijiet fuq livell tekniku sabiex jindirizza l-punti mqajma mill-Kummisjoni bl-aħjar mod possibli u jibghat ir-risposta fi żmien xahrejn. Ir-risposta se tkun qiegħda tintbagħat uffiċjalment lill-Kummissjoni permezz tal-proċeduri stabbiliti.
Ftehim li l-Unjoni Ewropea laħqet mar-Renju Unit fuq Brexit
Question
Dwar il-ftehim li laħqet l-EU mar-Renju Unit fuq Brexit fejn ġie elenkat dak li ġie maqbul u dak li ġie maqbul fil-prinċipju imma baqa’ aktar xogħol sabiex ikun hemm qbil fid-dettal, kif ser jiġu affettwati ċ-ċittadini Maltin li qegħdin għal xi raġuni jew oħra fir-Renju Unit?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li dan il-ftehim ġie negozjat min-negozjatur ewlieni tal-Unjoni Ewropeja u permezz tiegħu dawk iċ-ċittadini kollha li eżerċitaw id-drittijiet fit-trattati tal-Unjoni Ewropea u dawk li joħorġu mill-acquis marbuta mal-moviment ta’ persuni se jkollhom l-aspettazzjonijiet leġittimi tagħhom protetti. Dan ifisser li dawk iċ-ċittadini Maltin li qegħdin fir-Renju Unit sad-data tat-tmiem tal-perjodu tranżitorju se jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-benefiċċji ta’ dan il-qbil biex jibqgħu fir-Renju Unit taħt l-istess kundizzjonijiet eżistenti tagħhom, inkluż dawk relatati mal-koordinazzjoni tas-sigurta soċjali, dritt ta’ residenza, ħidma, servizzi tas-saħħa u edukazzjoni.
Biex jibbenefikaw minn dan l-arranġament, iċ-ċittadini Maltin li jgħixu fir-Renju Unit – bħal kwalunkwe ċittadin Ewropew ieħor fir-Renju Unit - ser ikollhom żmien mill-bidu tal-perjodu tranżitorju (cioe mid-29 ta’ Marzu 2019) sa sitt xhur wara li jispiċċa l-perjodu ta’ tranzizzjoni (li bħalissa previst li jintemm fit-30 ta’ Diċembru 2020) biex japplikaw mal-awtoritajiet tar-Renju Unit taħt proċess simplifikat għal status speċjali. Dan l-istatus ser jiggarantilhom dawn id-drittijiet u jiddistingwihom minn ċittadini oħra tal-Unjoni li jmorru lejn ir-Renju Unit wara l-perjodu tranżitorju u li mhumiex membri tal-familja ta’ nies li jibbenefikaw minn dan il-ftehim. Tajjeb ukoll li wieħed jinnota li l-arranġament jispeċifika wkoll id-dokumenti meħtieġa biex wieħed japplika u jikkwalifika għal dawn il-benefiċċji, kif ukoll il-mod kif jiġu evalwati l-applikazzjonijiet u r-rimedji.
Dan l-arranġament huwa suġġett għal qbil fuq il-bqija tal-arranġament legali taħt l-artikolu 50 TUE, inkluż fuq il-kwistjonijiet ta’ l-Irlanda u l-governanza, u jrid jiġi wkoll rratifikat mill-Parlament Ewropew u l-Parlament Ingliż, qabel ma jkun jista’ jidħol fis-seħħ.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — spejjeż ta' media events
Question
Tista' l-Ministru tgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Ministeru tagħha? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni relatata mal-Konferenzi Stampa li saru mis-Segretarju Parlamentari u mill-Uffiċċju tiegħi.
Infurmata li tul il-perjodu kkonċernat ġew organizzati madwar 39 konferenza li medja tal-ispejjeż minn fondi nazzjonali ta’ dawn il-konferenzi kienet ta’ madwar €944.31.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali
Question
Tista' l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali tgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Uffiċċju tas-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?
Response (DALLI, HELENA)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 4864
Tista’ l-Ministru tgħid jekk bħala uffiċjal pubbliku, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, responsabbli minn dipartiment importanti, setax jikteb bil-mod li kiteb fuq il-media soċjali, hekk kif muri fl-istampa li qed tingħata wkoll separatament, u jekk le, x’passi ttieħdu kontra tiegħu?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċċjali kollha li jaħdmu fis-Segretarjat tal-Unjoni Ewropea huma persons jew f’position of trust, għaldaqstant id-direttiva 5 kif ukoll id-direttiva emendata 5.1 dwar l-attiviżmu politiku ma japplikawx għalihom. Il-metodu tal-ingaġġ tal-istess ħaddiema ilu fis-seħħ mill-2004.
Rigward dak li ttella fuq il-midja soċjali mill-persuna li qed issir referenza għaliha, niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li l-predeċessur tal-Kap preżenti sa 8 xhur ilu, hekk kif jidher fl-iscreenshot li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, datata Mejju 2017, kienet tippostja materjal politiku fuq il-midja soċjali waqt li kienet tokkupa l-istess kariga u ma ttieħdux passi fil-konfront tagħha. Dak iż-żmien l-ebda Deputat tal-Oppożizzjoni ma ħass li kellu jagħmel xi mistoqsijiet fuqha, anke meta l-Onorevoli interpellant kien hu Kap tal-Oppożizzjoni.
Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg – call għal Manager
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta nħarġet il-call għal Manager (Contracts Compliance) fid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg ? Tista' tgħid kemm applikaw? Tista' tgħid x'esperjenza kellu l-persuna li ġiet magħżula għal dan il-post?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li s-sejħa għall-pożizzjoni ta’ Manager (Contracts Compliance) inħarġet nhar is-27 ta’ Jannar 2017. Għal din is-sejħa kien hemm 9 applikanti u l-persuna li ntagħżlet issodisfat ir-rekwiżiti meħtieġa ta’ esperjenza li kienu nklużi fis-sub criteria stabbiliti għal din il-Call.