Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — impjegati minn ħaddiema ta' aġenziji tax-xogħol
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10172, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-Gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li fis-sena 2022 kien hemm 32 ħaddiema mpjegati minn aġenzija tax-xogħol, filwaqt li fl-2023 kien hemm 37 ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — impjegati fis-Servizz Pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati fis-Servizz Pubbliku li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u jaqsam din l-informazzjoni skont il-grad tal-impjegati?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9844.
Binja ta’ St. John’s Cavalier — Estensjoni ta’ konċessjoni enfitewtika
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim iffirmat bejn il-Gvern Malti u l-Ordni Sovran Militari ta' Malta (SMOM) għal estensjoni tal-konċessjoni enfitewtika tal-binja tal-Kavalier ta’ San Ġwann biex din tintuża bħala l-ambaxxata tal-istess Ordni?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ebda ftehim għadu ma ġie ffirmat bejn il-Gvern Malti u SMOM, f'dan ir-rigward, kif diġà deskritt permezz tat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10595. Fis-16 ta' Ġunju 2023 ġie ffirmat proces verbal li ssettja l-parametri tal-ftehim.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — tenders dwar xogħol ta’ tindif, xogħol klerikali u xogħol ta’ sigurtà
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi l-offerti tenders pubbliċi kollha aġġudikati u mirbuħa għax-xogħol ta' tindif, xogħol klerikali, xogħol ta' sigurtà, jew kwalunkwe xogħol estern ieħor li jsir minn aġenziji li ngħataw matul is-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – konsulenti legali
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti legali li jagħtu konsulenza lill-Ministeru tiegħu? Jista' jgħid ukoll min huma l-konsulenti legali ta' kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Għal kull każ, jista’ jgħid minn meta ilhom jagħtu din il-konsulenza legali u kemm jitħallsu għaliha?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ għandu dawn il-konsulenti legali:
Entità
Konsulent Legali
Bidu tal-Kuntratt
Ħlas Totali fis-Sena
Rimarki
MFET
Prof Simone Borg
06/01/23
€ 24,000.00
Legal Council UNCLOS
MFET
Veronique Dalli & Associates
01/05/22
€ 20,000.00
Legal Advice OECD
MFET
Dr Cory Greenland
04/08/20
€ 4,800.00
Employment Relations/HR Consultant
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – membri ta’ bordijiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri preżenti kollha ta' kull bord u entità li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż iċ-Chairperson u s-Segretarju/a? Jista' jgħid x'inhi r-remunerazzjoni ta' kull persuna fil-bord jew entità rispettiva?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 10701 - Membri ta' Bordijiet u Entitajiet.pdf
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — ħaddiema
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' ħaddiema fi ħdan il-Ministeru mmexxi minnu fl-aħħar ta' Mejju 2023 u kemm minnhom kienu ċittadini Maltin?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li hemm 356 ħaddiem fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ, li huma kollha ċittadini Maltin.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — kuntratti mogħtija
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mis-26 ta’ Marzu 2022 sal-ġurnata ta’ meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Għal kull każ jista’ jagħti:
a. id-data meta ngħata;
b. l-iscope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provista li jkopri;
ċ. il-valur tiegħu;
d. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet;
e. il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntuża; u
f. x’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?
Response (BORG, IAN)
Filwaqt li ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations, biex tinġabar il-bqija tal-informazzjoni kif mitluba jinqabeż l-Advisory Cost Limit kif stabbilit minn rulings diġà mogħtija preċedentement.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — rata ta’ pagi lill-ħaddiema ta’ aġenziji tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet ir-rata tal-paga fis-siegħa u l-kundizzjonijiet tax-xogħol imħallsa lill-ħaddiema kollha (elenkati skont ix-xogħol jew kif ġew ippubblikati l-offerti) li huma impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-gvern u jipprovdu servizz għall-Ministeru u l-awtoritajiet kollha, entitajiet tal-Gvern u kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu għas-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 10188 tas-Seduta 139.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders u kemm kien l-ammont totali tal-valur tagħhom, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul l-2022, xahar b'xahar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — persuni li għandhom car allowance
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom car allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?
Response (BORG, IAN)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9592, ninformah li hemm (5) ħames persuni li huma intitolati għall-benefiċċju msemmi, bħala parti mill-kuntratt tagħhom, għax huma parti jew jaħdmu mas-Segretarjat.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — rwol ta' individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, huwiex membru fuq bord li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru/Segretarju Parlamentari? Jekk iva, liema hu l-bord, x’inhu r-rwol ta’ dan l-individwu, x’inhuma l-kwalifiki li għandu biex ikun fuq il-bord imsemmi u kemm qed jitħallas fis-sena biex ikun fuq dan il-bord?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, mhuwiex membru fuq bord li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ.
Jista’ l-Ministru jagħti istruzzjoni lil Infrastructure Malta biex tneħħi t-tarmak li tpoġġa fin-niżla ta’ Għar Lapsi u minflok tagħmel pavimentar addattat għall-ambjent bħalma wieħed jistenna?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – karozzi leased/mikrija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm vetturi ġew leased/mikrija mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew leased/mikrija, mingħand min, kemm jiswew kull sena u min jużahom?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-unika vettura mikrija f’dan id-dekasteru hi dik imsemmija fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 6194.
Ambaxxatur tal-Istat ta’ Iżrael għal Malta – ittra tal-kredenzjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk u meta se tkun qed tiġi ppreżentata l-ittra tal-kredenzjali lill-persuna indikata bħala Ambaxxatur tal-Istat ta’ Iżrael għal Malta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ambaxxatur tal-Istat ta’ Iżrael ħa jkun qed jippreżenta l-ittra tal-kredenzjali tiegħu waqt ċerimonja tal-preżentazzjoni tal-kredenzjali ippjanata għall-11 ta’ Lulju 2023 mill-Uffiċċju tal-President ta’ Malta.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — impjegati minn ħaddiema ta’ aġenziji tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023 sal-lum?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 10169 tas-Seduta 136.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — persuni li għandhom disturbancec allowance
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom disturbance allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?
Response (BORG, IAN)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9573, ninformah li m’hemmx persuni li huma intitolati għall-benefiċċju msemmi, bħala parti mill-kuntratt tagħhom, għax huma parti jew jaħdmu mas-Segretarjat.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — persuni li għandhom mobile allowance
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom mobile allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?
Response (BORG, IAN)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba numru 9554, ninformah li hemm 14-il persuna li huma intitolati għall-benefiċċju msemmi, bħala parti jew jaħdmu mas-Segretarjat tiegħi.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Impjegati fl-uffiċċju/i tal-kostitwenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx impjegati mill-Ministeru tiegħu li jmorru jiftħu u jaħdmu fl-uffiċċju/i tal-kostitwenza?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-impjegati tas-segretarjat privat huma ingaġġati u jaħdmu b’rispett sħiħ u konsistenti mal-Engagement of Staff for Ministers’ Secretariat maħruġ mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fl-2012. Dawn il-linji gwida għadhom fis-seħħ u fil-preżent dawn huma aċċessibbli fil-Manual on Resourcing Policies and Procedures li jikkumplimenta l-Public Service Management Code.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – entitajiet li joperaw minn binjiet bil-kera
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li joperaw minn binjiet li huma mikrija? Jista’ jgħid ukoll liema binjiet huma, meta bdew jinkrew, kemm hi l-kirja kull sena u meta tagħlaq tali kirja?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda entità taħt id-dekasteru tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ li topera minn binja li hija mikrija.