Legislature:
Category:
Reset
Active:

Legal Aid - Avukati li rreżenjaw

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29924 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm irreżenjaw avukati mil-Legal Aid fis-sena 2023?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi matul is-sena 2023 kien hemm appuntati 26 avukat għall-għajnuna legali f’Malta u 3 avukati għall-għajnuna legali f’Għawdex.  Matul is-sena 2023 irreżenjaw 5 avukati għall-għajnuna legali f’Malta li ġew sostitwiti b’avukati oħra.

Legal Aid - Avukati li rreżenjaw

Question

Jista’ l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29923 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm irreżenjaw avukati mil-Legal Aid fis-sena 2024?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi matul is-sena 2024 kien hemm appuntati  59 avukat għall-għajnuna legali f’Malta u 8 avukati għall-għajnuna legali f’Għawdex, fuq diversi panels speċjalizzati.  Matul is-sena 2024 irreżenjaw 3 avukati w kien hemm 1 avukat deċedut għall-għajnuna legali f’Malta li ġew sostitwiti b’avukati oħra.

Legal Aid - Avukati li rreżenjaw

Question

Jista’ l- Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 29922 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid kemm irreżenjaw avukati mil-Legal Aid fis-sena 2025 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi matul is-sena 2025 kien hemm appuntati 51 avukat għall-għajnuna legali f’Malta u 8 avukati għall-għajnuna legali f’Għawdex, fuq diversi panels speċjalizzati.  Matul is-sena 2025 irreżenjaw 3 avukati u kien hemm avukat deċedut għall-għajnuna legali f’Malta, li ġew sostitwiti b’avukati oħra.

Ministeru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni - Direct orders ta' inqas minn €2,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €2,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Settembru 2025?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall- Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Qari tax-xorti - Regolamentazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta' regolamentazzjoni teżisti għal persuni li jaqraw ix-xorti f’pajjiżna?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Liġijiet ta’ Malta jagħmlu referenza għal persuni li jaqraw ix-xorti fil-paragrafu (l) tal-artikolu 338 tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9).

BCA - Konsulenti legali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-konsulenti legali impjegati direttament mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) fuq bażi full-time?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) m’għandiex konsulenti legali impjegati magħha.

Rakkomandazzjoni mill-Ombudsman

Question

In vista tar-rakkomandazzjoni mogħtija mill-Uffiċċju tal-Ombudsman lill-Prim Ministru, Każ Nru OMB-24-4570 dwar għotjiet lill-media houses kif ikkomunikata fit-3 ta’ Settembru 2025, jista’ l- Ministru jindika u jgħid x’passi ser jittieħdu sabiex tiġi implimentata?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tas-sezzjonijiet kollha tat-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva u għal kull sezzjoni jgħid min huma l-membri tagħha u f’kull każ jgħid meta tiġi fit-tmiem il-ħatra ta’ kull membru? Jista’ jgħid ukoll min huma l-presidenti attwali tat-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva, meta ġew maħtura u meta tiġi fit-tmiem il-ħatra ta’ kull president?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni mitluba kienet ġiet ppublikata fil-Gazzetta tal-Gvern datata 4 ta’ Ġunju, 2024 u kopja qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fil-preżent it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva hemm maħtura żewġ Presidenti sabiex jamministrawh li huma l-Maġistrat Gabriella Vella u l-Maġistrat Charmaine Galea. Skont l-Art. 8(3) tal-Kap 490, l-President tat-Tribunal, meta jkun ex-Imħallef jew ex-Maġistrat, għandu jiġi maħtur għal perjodu ta’ erba’ snin u għandu jispiċċa minn din il-kariga meta jiskadi l-perjodu ta’ din il-kariga.  F’każ ta’ Maġistrat jew Imħallef sedenti, li jokkupa din il-kariga m’hemmx żmien stipulat fil-liġi, u għalhekk din il-kariga tinbidel mill-President ta’ Malta, li jaġġixxi fuq il-parir tal-Prim Ministru.

Spejjeż legali u extra-ġudizzjarji relatati mal-proċeduri kontra kontra kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-ammonti li ntefqu fuq spejjeż legali, spejjeż ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji, marbuta mal-proċeduri tal-arbitraġġ kontra l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u jaqsam dawn l-ispejjeż f’tabelli separati u xahar b’xahar? Jista’ jgħid ukoll min huma d-ditti legali li tħallsu għal dawn is-servizzi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-deċiżjoni finali tat-Tribunal Internazzjonali tal-Kummerċ (ICC) li ġiet ippublikata mill-Gvern fis-7 ta’ Novembru 2025 u tpoġġiet fuq il-medja tal-kamra fis-Seduta Nru 399 ta' Tnejn, 10 ta' Novembru 2025.

Vittmi ta’ inġustizzji - Fond speċifiku

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31180 u jgħid jekk hemmx xi fond speċifiku għall-vittmi ta’ inġustizzji sia politiċi u sia ta’ xort’oħra, liema vittmi jkunu wkoll fl-impossibbilità fattwali, legali jew xort’oħra li jiġbru danni mill-persuna jew persuni li jkunu kkaġunawlhom tali danni skont il-liġi?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interprellant, illi kif ben konsapevoli, talbiet għal kumpens relatati ma’ inġustizzji li ma jaqgħux taħt skemi jew liġijiet uffiċjali, jistgħu, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, jiġu kkunsidrati għal kumpens ex gratia bl-approvazzjoni tal-Kabinett. Ma jeżistix fond dedikat għal dan il-kumpens, u kwalunkwe allokazzjoni finanzjarja trid issir ad hoc mill-Ministeru tal-Finanzi. Barra minn hekk, l-Uffiċċju tal-Ombudsman jista’ jkollu kompetenza f’dawn il-każijiet, partikolarment meta l-inġustizzja tirrigwarda l-operat ta’ entità pubblika.

Public Liability Insurances/Professional Indemnity Insurances - Vittmi li jsofru danni kawża ta’ kostruzzjoni jew xogħlijiet oħra

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31585 u jgħid jekk fir-rigward ta’ ‘Public Liability Insurances’ jew ‘Professional Indemnity Insurances’ in ġenerali, għandux intenzjoni jew hux qed jaħdem attwalment fuq qafas leġislattiv dwar vittmi li jsofru danni kawża ta’ kostruzzjoni jew xogħlijiet oħra, jew f’każ ta’ terzi li jfittxu professjonisti in konnessjoni max-xogħol tagħhom b’mod li t-terzi jkunu jistgħu jinnegozjaw jew eventwalment jipproċedu direttament kontra l-assikurazzjoni?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onorevoli Membru għar-risposta għall-interpellanza numru 31888, peress illi s-sitwazzjoni legali hija simili u l-oqsma ta’ assikurazzjoni li tirreferi għalihom din l-interpellanza ukoll m’ humiex regolati bid-dritt Ewropew in kwantu għall-azzjoni diretta.

Assikurazzjonijiet - Impjegati li jweġġgħu fuq il-post tax-xogħol - Dritt ta’ ‘direct action’

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31584 u jgħid jekk hux qed jaħdem fuq qafas leġislattiv ġdid jew jekk hux opportun li jiddaħlu emendi dwar il-possibilità li jiġi introdott b’mod ċar id-dritt ta’ ‘direct action’ favur l-impjegati u l-ħaddiema, direttament kontra l-assikurazzjonijiet li jipprovdu kopertura lill-‘employers’ fir-rigward ta’ ‘claims’ għal danni jew ġrieħi minn impjegati li jweġġgħu fuq il-post tax-xogħol simili għal dak li hu provdut fl-Ordinanza dwar l-Assigurazzjoni ta’ Vetturi bil-Mutur għar-Riskji ta’ Terzi Persuni, Kap. 104 tal-Liġijiet ta’ Malta, b’mod li min iweġġa’ jkun jista’ jinnegozja jew eventwalment jipproċedi direttament kontra l-kumpanija tal-assikurazzjoni?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi l-qasam tal-assikurazzjoni kontra korrimenti fuq il-post tax-xogħol huwa legalment distint minn dak tal-assikurazzjoni tal-vetturi bil-mutur u mhux regolat mid-dritt tal-Unjoni Ewropea. Id-dritt tal-azzjoni diretta f’dan il-qasam jeżisti biss f’numru limitat ta’ Stati Membri,u f’ċerti każijiet speċifiċi. Nassigura ukoll lill-Onorevoli Interprellant, illi bħala Gvern nibqgħu miftuħin li jiġi kkunsidrat l-introduzzjoni ta’ dan id-dritt u dan wara konsultazzjoni miftuħa mal-partijiet kollha ikkonċernati.

Maġistrati - Status u kundizzjonijie

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ħax konjizzjoni ta’ dak li qal il-Prim’ Imħallef u ta’ dak li kien hemm reċentement fid-dominju pubbliku sabiex il-Maġistrati jingħataw l-istess status bħala salarju, benefiċċji u protokoll bħall-Imħallfin u jekk hux qed jaħdem f’din id-direzzjoni sabiex din id-distinzjoni ta’ bejn Maġistrat u Imħallef titneħħa?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern jieħu konjizzjoni tal-proposti pubbliċi tas-Sinjorija tiegħu l-Prim Imħallef, u nibqu’ miftuħa għal kull proposta li tista’ tkompli saħħaħ il-Korp tal-Ġudikatura f’pajjiżna.

Asset Recovery Bureau - Assi mibjugħa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29024, 29546, 29732 u 31134 u jgħid l-ammont ta’ assi, bħala assi, li nbiegħu mill-Asset Recovery Bureau minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sat-23 t’Ottubru 2025.

Asset Recovery Bureau - Assi miġbura

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 29023, 29545, 29731 u 31133 u jgħid kemm, u x’valur ta’ assi, inġabru mill-Asset Recovery Bureau minn Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sat-23 t’Ottubru 2025.

Setturi tal-kostruzzjoni, il-ġestjoni tal-proprjetà u l-kiri - Sigurtà soċjali mħallsa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet is-sigurtà soċjali mħallsa minn min iħaddem u l-impjegati fis-setturi tal-kostruzzjoni, il-ġestjoni tal-proprjetà u l-kiri għal kull sena mill-2021 sal-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

BCA u OHSA - Miżati ta’ liċenzjar, reġistrazzjoni u infurzar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inġabru f’miżati ta’ liċenzjar, reġistrazzjoni u infurzar mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA), mill-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA), u minn entitajiet relatati oħra għal kull sena mill-2021 sal-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ippjanar u żvilupp - Dħul

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dħul relatat mal-ippjanar u l-iżvilupp, inklużi ħlasijiet ta’ applikazzjoni, permessi ta’ bini, kontribuzzjonijiet ta’ żvilupp, qligħ mill-ippjanar, u miżati ta’ regolarizzazzjoni miġbura mill-Awtorità tal-Ippjanar għal kull sena mill-2021 sal-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Aġenzija tal-Għajnuna Legali – Servizzi għal persuni bi dħul baxx

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 28854 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid jekk jikkunsidrax li l-Aġenzija tal-Għajnuna Legali tibda wkoll toffri servizzi ta’ nutar bla ħlas għal persuni bi dħul baxx?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 29933.

Building Codes

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 29914 dwar building codes, fejn ġie mwieġeb li “hu ppjanat li l-Gvern idaħħal il-Building Codes b’mod gradwali fi żmien tliet snin.”, jista’ l-Ministru jipprovdi l-pjan ta’ kif dawn il-building codes ser jiddaħħlu fi żmien tliet snin?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif intqal fil-konferenza stampa fl-ewwel kwart tas-sena 2025, l-ewwel kodiċi tal-bini se ikunu implementati fl-2026 u dawn se ikun dwar dwar l-istrutturi (Skavar, Demolizzjoni u Bini) u s-Sigurtà u l-Prevenzjoni għan-Nirien.