Jista’ l-Ministru jgħid min huwa l-electrical engineer li tqabbad sabiex iħejji disinn u jassisti fit-tibdil fuq is-sistema tal-elettriku fil-Mużew Marittimu ta’ Malta, u jindika l-metodu kif intgħażel l-istess engineer?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li sa issa nħarġet sejħa waħda għal spezzjoni ta’ parti mis-sistema tal-elettriku fil-Muzew Marittimu ta’ Malta. Din inħarġet taħt sejħa pubblika u ġiet awarded.
Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa skedat li x-xogħlijiet fil-Palazz tal-Inkwiżitur ikunu lesti, u jgħid min huma l-kuntratturi magħżula għal dan ix-xogħol u kemm huwa l-ammont miftiehem u li se jiġi mħallas jew tħallas għal dawn ix-xogħlijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda kuntrattur li bħalissa qed jagħmel xi xogħol fil-Palazz tal-Inkwiżitur. L-uniku xogħol li qiegħed isir fil-Palazz imsemmi qed isir minn ħaddiema ta’ Heritage Malta stess, u dan jikkonsisti f’restawr fuq bazi kontinwa.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bdewx taħditiet mal-persuni li għandhom xi drittijiet fuq il-proprjetajiet li jistgħu jaqgħu fl-Għar Dalam National Park?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Heritage Malta hija responsabbli mis-siti ta’ valur kulturali li jinsabu fil-Park propost. Madanakollu, fil-proċess ta’ tfassil tal-management plan għall-park imsemmi, Heritage Malta iltaqgħet ma’ numru ta’ stakeholders inkluż bdiewa li għandhom ir-raba’ fl-inħawi. Ma għandu jkun hemm l-ebda konsegwenza fuq persuni li għandhom xi proprjetà fil-park. Il-pubbliku se jkun jista’ jgħaddi minn triqat u mogħdijiet pubbliċi.
Jista’ l-Ministru jgħid il-metodu ta’ kif l-attività fuq il-barriera tal-Magħlaq qiegħda tiġi monitored inkwantu l-effett li jista’ jkollha fuq it-Tempji tal-Imnajdra, u jgħid min huwa responsabbli minn dan il-moniteraġġ u kif qiegħed isir?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li minn meta beda x-xogħol fuq il-barrieri fil-viċinanzi tal-Imnajdra, id-diviżjoni kuratorjali kif ukoll dik tal-konservazzjoni fi ħdan Heritage Malta kkonsultaw esperti mill-Università ta’ Malta biex jevalwaw ir-riskji li jistgħu jinħolqu għall-konservazzjoni tas-sit. Ir-riskji ewlenin li ġew identifikati kienu dawk li jistgħu jiġu kkawżati minn vibrazzjoni kif ukoll mit-trab li jiġi ġġenerat waqt ix-xogħlijiet. Iżda ġie konkluż li peress li hemm wied bejn is-sit u l-barrieri, u peress li s-sit huwa protett minn tinda li tinżel viċin ħafna tal-art fid-direzzjoni tal-barriera, dawn ir-riskji huma minimi ħafna.
Minkejja dan, minn meta bdew ix-xogħlijiet fuq is-sit, il-moniteraġġ qed isir kontinwament minn membri ta’ Heritage Malta. Sa issa ma ġiet osservata l-ebda bidla fis-sit.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10293 u jgħid għal liema laqgħat barra minn pajjiżna u fl-Unjoni Ewropea huwa previst li se jattendi fit-tieni sitt xhur ta' din is-sena tul il-Presidenza l-ġdida li ġejja?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-segwenti huma d-dati li huma previsti għal laqgħat barra minn pajjiżna u fl-Unjoni Ewropea skont il-kalendarju provisorju tal-Presidenza li jmiss tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea – ċjoè l-Presidenza Fillandiża:
· 18 -19 ta' Lulju 2019:
Kunsill informali tal-Ġustizzja u l-Intern;
· 7 - 8 t'Ottubru 2019: Kunsill formali tal-Ġustizzja u l-Intern;
· 21 ta' Novembru 2019: Kunsill formali tal-Edukazzjoni, Żgħażagħ, Kultura u Sport; u
· 2 - 3 ta' Dicembru 2019:
Kunsill formali tal-Ġustizzja u l-Intern.
Importanti li jingħad li dawn id-dati huma biss provviżorji u allura soġġetti għal tibdil. Importanti wkoll li jiġi emfasiżżat il-fatt illi huwa possibbli li apparti dawn il-laqgħat hawn fuq imsemmija, jiġu kkonvokati laqgħat oħra ta’ livell Ministerjali id-dati u s-suġġeti ta’ liema jkunu kkomunikati lid-delegazzjonijiet matul il-Presidenza Fillandiża nnifisha.
Jista’ l-Ministru jara li jkun hemm manutenzjoni tax-Xatt tax-Xgħajra, iktar issa li ġej is-sajf, peress li hemm bankijiet mhux miżbugħa u ħadid li daħal is-sadid għalih?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li x-xogħlijiet fuq Triq Sannat, it-triq li twassal għal pjazza ta’ Sannat, waqfu kompletament f'dawn l-aħħar ġranet u dan b’detriment tar-residenti ta' din it-triq u ta’ mijiet oħra li jużawha b'mod regolari? Meta hu ppjanat li dan ix-xogħol f’din it-triq jitkompla u jitlesta minn kollox?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Sannat illi x-xogħol fi Triq is-Sannat jinsab għaddej, u huwa previst li jitlesta f’Settembru 2019.
Peress li jidher li l-atturi tal-Enactment għandhom xi diffikultà kemm fuq pagamenti b'lura, kemm ta’ xogħol kif ukoll ta’ taqlib ta' xogħol, jista' l-Ministru jispjega dan kollu?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jipprovdi iktar dettalji fuq l-Enactment li qed jirreferi għalih fil-mistoqsija tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kawża nstemgħet kontra Malta fil-Qorti ta’ Strassburgu fl-aħħar 15-il sena? X’kienu l-materji tal-vertenzi deċiżi f’dawn il-kawżi? X’kien l-eżitu ta’ kull kawża?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ tabelli li juru l-każijiet kontra Malta fejn il-Qorti Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedem sabet vjolazzjoni u l-każijiet fejn ma sabitx vjolazzjoni rispettivament.
Qorti tal-Appelli Kriminali Sede Inferjuri — Sentenzi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw sentenzi mill-Qorti tal-Appelli Krininali Sede Inferjuri mill-1 ta' Jannar sal-lum, minn kull ġudikant individwali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li s-sentenzi li ngħataw mill-Qorti tal-Appelli Kriminali Sede Inferjuri ta’ Malta u Għawdex mill-1 ta’ Jannar sal-20 ta’ Ġunju 2019, minn kull Ġudikant individwali kienu:
Madame Justice Edwina Grima 71
Mr Justice Giovanni Grixti 56
Madame Justice C. Scerri Herrera 107
Mr Justice Giovanni Grixti (Gozo) 8
Raħal Ġdid – Health Hub – fdalijiet antiki/arkeoloġiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu l-fdalijiet antiki/arkeoloġiċi li nstabu waqt ix-xogħlijiet tal-Health Hub f’Raħal Ġdid?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ tħammil relatat mal-Health Hub f’Raħal Ġdid (PA 3826/16) qed isir bil-moniteraġġ arkeoloġiku taħt is-supervizzjoni tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Waqt dan ix-xogħol nkixfu dak li hu x’aktarx xelter tat-Tieni Gwerra Dinjija, ġiebja, trinek agrikoli u tħofor tas-siġar.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma “in-number of snags are currently being tackled.” indikati taħt paragrafu 1.3 fir-Rapport Annwali 2018 tal-Heritage Malta li qegħdin jiġu ffaċċati fir-rigward tal-MUŻA, u jindika n-natura ta’ dawn l-isnags u kif qegħdin jiġu indirizzati?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li l-isnags jinkludu xogħlijiet zgħar ta’ kisi u tikħil, u elementi minuri tal-proġett li jirrekjedu xi xogħol ta’ tranġar. Barra minn hekk qed tingħalaq ukoll id-dokumentazzjoni kollha li tmur ma’ proġett ta’ din l-iskala u kumplessità.
Programm ta’ esibizzjonijiet temporanji, konferenzi, laqgħat u attivitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jippreżenta l-programm ta’ esibizzjonijiet temporanji, konferenzi, laqgħat ta’ taħditiet, u attivitajiet oħra li se jsiru fil-MUŻA matul is-sena 2019?
Response (BONNICI, OWEN)
Hawn taht hawn lista ta’ attivitajiet li saru f’MUZA matul din is-sena sal-10 ta’ Gunju kif ukoll dawk ippjanati sal-ahhar tas-sena.
· 12 ta’ Jannar – MJCL seminar
· 17ta’ Jannar – 5 + 5 Foreign Ministers Meeting in Malta
· 18ta’ Jannar – MJCL evening reception
· 28ta’ Jannar – VIP MFIN tour
· 23ta’ Frar – HM Members Tour
· 18ta’ Marzu – UOM Confernce Pam Meecham
· 22ta’ Marzu – Farsons Eve Event
· 23ta’ Marzu – Press Conference with Parlament Secretary for Sport and Young People
· 27th – 28ta’ Marzu – Day Conference UOM Prof. Carmel Borg
· 29ta’ Marzu – Festivals Malta – Atelier Gala Dinner
· 30ta’ Marzu – Reuben Grima Public Consultation event (Italia-Malta Project L-Access)
· 30ta’ Marzu – ACM Press Conference for Venice Biennale, Malta Pavilion.
· 2t’April – World Bank tour – Malta Enterprise
· 4t’ April – Lecture HM Victor Pasmore Legacy
· 11t’ April – Agenzija Appogg – Tour for Volunteers
· 22t’April – Reception – One Tribute
· 23t’April – Michaela Pace Meet and Greet – Eurovision – HM Passport Activity
· 23t’April – Lecture – Artificial intelligence and museum discussion
· 25t’April – Vince Cassar Ministry for Foreign Affairs and Trade Promotion (Plenary Session)
· 29t’April – 1st May – University of the Arts in London –hosting of 13 students + 3 lecturers – Sandro Debono
· 2ta’ Mejju – Attivita Forum Unions Maltin Activity
· 3ta’ Mejju – Press Conference MJCL
· 4ta’ Mejju – MJCL event – Fund presentation
· 7ta’ Mejju – Mr. Gordon Pisani – Kite Group obo European Commission presentation in Malta
· 9ta’ Mejju – 70th Anniversary of the London Decleration (Commonwealth)
· 21ta’ Mejju – Frans Galea HM Talk
· 29ta’ Mejju – Emvin Cremona (1919-1987) – HM lecture
· 1ta’ Gunju – Education Dept – Vanessa Ciantar – Xalati ta’ Kitba
· 1ta’ Gunju – Jazz Suite Evening
· 4ta’ Gunju – EO’s Activity
· 7ta’ Gunju – OSCE Med Contact Group: Ambassadorial Retreat in Malta
· 12th – 14ta’ Gunju– Medicines Authority Reception and 2 day meetings
· 20ta’ Gunju – MTA Malta Tourism Press Awards for 2018
· 21ta’ Gunju – MICAS Event
· 26ta’ Gunju – Farewell Cocktail Reception – Italian Giorgio Petrgnani
· 27ta’ Gunju– ACMlab session – Arts Council Malta
· 13ta’ Lulju – Civil Ceremony – Larissa Hoft
· 26 ta’ Lulju – HM Passport Activity
· 2t’Awwissu – Ocean Ambassadors in Malta (Ministry for Foreign Affairs)
· 14t’Awwissu – HM Passport Activity
· 21ta’ Settembru– Public Service week – Open Day
· 5t’Ottubru– Notte Bianca
· 8– 11 t’Ottubru – Conference – UOM collaboration
· 18 t’Ottubru – Full day conference – Ministry for Justice, Culture and local government
· 2 ta’ Novembru – PPCD open day
· 5 ta’ Dicembru – BEREC Plenary Social Event
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, ir-riżultati preliminari tal-proġett FRAGSUS, liema riżultati ġew preżentati f’esibizzjoni u f’konferenza bl-isem ‘Fragility and Sustainability in Prehistoric Malta’?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-konklużjonijiet preliminari tal-proġett FRAGSUS kif ippreżentati fil-wirja u diskussi fil-konferenza.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, il-pjan ta’ ħidma tal-Valletta Cultural Agency għas-sena 2019?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan ta’ ħidma għall-VCA għas-sena 2019 u ‘l quddiem jinsab f’Artiklu 3(5) tal-liġi li biha twaqqfet din l-Aġenzija. Inoltre il-VCA se tkompli, kif diġà bdiet tagħmel, b’elementi mill-programm kulturali ta’ Valletta 2018 flimkien ma’ attivitajiet oħra li se jkunu qed jintgħażlu minn diversi sejħiet pubbliċi, li tnejn minnhom ħarġu diġà.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-istudji kollha li saru mill-Valletta 2018 Foundation u b’mod partikolari mid-Dipartiment tar-Riċerka li kien imwaqqaf minn din il-fondazzjoni?
Jista’ l-Ministru jgħid min huwa l-electrical engineer li tqabbad sabiex iħejji disinn u jassisti fit-tibdil fuq is-sistema tal-elettriku fil-Mużew Marittimu ta’ Malta, u jindika l-metodu kif intgħażel l-istess engineer?