Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' sentenza ngħatat għal kull każ li nstabu ħatja tfal taħt it-18-il sena li tressqu quddiem il-Juvenile Court fis-snin 2020, 2021 u 2022?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm instabu ħatja persuni fuq rape u kemm ġew liberati? Fil-każijiet fejn ġew liberati, f’kemm-il każ saru, jekk saru, investigazzjonijiet għal potenzjal rapport falz u jekk tressqux persuni l-Qorti dwar dawn?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’dawn l-aħħar għaxar snin ġew deċiżi disgħa u sebgħin (79) kawża ta’ rape. Ma tinżammx statistika tat-tip ta’deċiżjoni li tkun inagħtat. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistqosija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid għal liema reati tressqu tfal taħt it-18-il sena quddiem il-Juvenile Court fis-snin 2020, 2021 u 2022? Kemm minn dawn il-każijiet instabu ħatja? Kemm minn dawn il-każijiet għadhom pendenti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat – kundizzjonijiet tal-avukati u prokuraturi legali
Question
B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 7941 u 8315, issa li ġie stabbilit li union għandha l-maġġoranza tal-impjegati fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat, jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa previst li ser idumu għaddejja dawn it-trattattivi, senjatament meta diġà hemm dawk li ġew stabbiliti mal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u jkun għaqli li ma jkunx hemm diverġenza bejn il-kondizzjonijiet rispettivi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall- mistoqsijia parlamentari 7941 fejn diġà ġie spjegat li dan ser ikun proċess ta’ negozjati mal-union rikonoxxuta. Konvint li l-Onor. jifhem illi l-proċess ta’ negozjati jrid isir b’mod għaqli u li jeħtieġ jieħu in konjizzjoni r-realta unika tal-entità partikulari filwaqt li juri sensittività lejn ir-relattività. Dan jassigura li n-negozjati jiġu ffinalizzati fl-iqsar żmien possibbli fiċ-ċirkostanzi filwaqt li jassiguraw sostenibilità.
Qrati – Persuni investigati dwar każijiet ta’ rape
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew investigati persuni dwar rape, sena b’sena, matul l-aħħar għaxar snin? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-persuni tressqu l-Qorti?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ġenituri li nstabu ħatja ta’ ksur tal-Kodiċi Kriminali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm missirijiet u ommijiet fis-snin 2021 u 2022 effettivament instabu ħatja ta' ksur tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta' Malta) artikolu 339(z) dwar in-nuqqas ta' ħlas tal-manteniment, u artikolu 338(II) dwar in-nuqqas ta' aċċess ta' wlied minuri, u kemm weħlu twissijiet, multi, ħabs sospiż u/jew priġunerija?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2021 kien hemm ħames (5) ommijiet u wieħed u tletin (31) missirijiet illi ntbagħtu l-ħabs wara li nstabu ħatja dwar nuqqas ta' ħlas tal-manteniment u aċċess ta' wlied minuri, żewġ (2) missirijiet weħlu sentenza sospiża, dsatax (19)-il omm u tletin (30) missirijiet weħlu sentenza ta' multi u sitt (6) ommijiet u missier wieħed (1) weħlu sentenza ta' twiddiba u ċanfira.
Rigward l-informazzjoni mitluba għas-sena 2022, ninforma lill-Onor. Interpellant li din qed tinġabar u se tinagħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Ġustizzja – impjegati ġodda f’awtoritajiet u entitajiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5793 u jagħti rendikont ta' kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sal-lum, f'liema awtorità/entità ġew ingaġġati u minn liema lokalitajiet huma dawn il-ħaddiema?
Response (ATTARD, JONATHAN)
It-tabella t'hawn taħt tagħti rendikont ta’ kemm ġew impjegati persuni ġodda fl-entitajiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi minn Marzu 2022 sal-aħħar ta’ April 2023. Dawn il-ħaddiema kienu jiġu minn dawn il-lokalitajiet:
Birgu, Birkirkara, Birżebbuġa, Buġibba, Cospicua, Dingli, Fgura, Għasri, Għaxaq, Balzan, Ħamrun, Iklin, Lija, Marsa, Marsaskala, Marsaxlokk, Mellieħa, Mosta, Msida, Mtarfa, Nadur, Naxxar, Pieta, Qormi, Qrendi, Rabat, Rabat Għawdex, Raħal Ġdid, Safi, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, Sannat, Santa Venera, Senglea, Siġġiewi, Swatar, Swieqi, Ta' Xbiex, Tarxien, Xagħra, Xewkija, Żabbar, Żebbuġ, Żejtun u Żurrieq.
Qed nipprovdi wkoll rendikont tal-ħaddiema li fl-istess perjodu spiċċaw min dawn l-entitajiet/awtoritajiet minħabba raġuni varji.
EntitàNumru ta' ħaddiema impjegatiNumru ta' ħaddiema li spiċċaw
Aġenzija tas-Servizzi tal-Qrati7760
Ċentru tal-Arbitraġġ ta' Malta22
Ċentru tal-Medjazzjoni għal Malta11
Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali316
Uffiċju tal-Avukat tal-Istat44
Uffiċju tal-Irkupru tal-Assi36
Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data22
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7271, jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport kriminali sar mal-Pulizija mill-Permanent Secretary tiegħu fil-qadi tal-funzjonijiet tiegħu, f'dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi leġiżlattivi qed iqis li jieħu fid-dawl ta’ diversi sentenzi tal-Qrati Maltin (sede Kostituzzjonali), fejn qed jiġi kostantement ritenut li l-impożizzjoni da parti ta’ diversi awtoritajiet pubbliċi ta’ penalitajiet finanzjarji li huma sostanzjali, huma bi ksur tal-artikolu 39(1) tal-Kostituzzjoni?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi attwalment qegħdin jiġu evalwati u analizzati diversi sentenzi tal-Qrati Maltin (sede Kostituzzjonali) sabiex fejn hemm il-bżonn jittieħdu l-passi neċessarji fiż-żmien li ġej.
Inkjesta dwar il-mewt ta’ żagħżugħ fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Ħal Far
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-inkjesta dwar iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena li miet fiċ-Ċentru ta’ Detenzjoni ta’ Ħal Far fit-2 ta’ Settemrbu 2020 ntemmietx u x’kien l-eżitu tal-inkjesta?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din l-inkjesta partikolari għadha mhux magħluqa.
Fid-dawl tal-inċident fejn kien hemm demolizzjoni u ġġarraf bini ġewwa Kordin, fejn anke miet żagħżugħ, u li preżentement hemm inkjesta maġisterjali, jista’ l-Ministru jikkonferma li l-evidenza kollha ġiet miġbura u mħarsa?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont l-artikolu 518 tal-Kodiċi Kriminali l-kontenut tal-inkjesta huwa sigriet u magħruf biss lill-Maġistrat.
Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat – kundizzjonijiet tal-avukati u prokuraturi legali
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7941, jista’ l-Ministru jgħid f’liema pożizzjoni jinsabu t-trattattivi biex l-Avukati u l-Prokuraturi Legali fl-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat jingħataw l-istess kundizzjonijiet ta’ ħlas li qed jirċievu dawk fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ngħarraf lil-Onor. Interpellant li riċentament għadu kemm sar eżerċizzju ta’ verifika. Tali eżerċizzju stabbilixxa li union partikulari għandha l-maġġoranza tal-impjegati tal-professjoni legali fi ħdan l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat. Dan iffisser li jrid jibda proċess ta’ negozjat ma' tali union li jistabbilixxi, tramite Ftehim Kollettiv iddedikat għall-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat, il-kundizzjonijiet ta’ ħlas għal dawn l-impjegati.
Ministeru għall-Ġustizzja — emails mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet internazzjonali
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-emails b’mistoqsijiet mingħand online news portals jew media houses ta’ aħbarijiet internazzjonali li rċieva l-Ministeru tiegħu u l-entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħtu matul is-snin 2020, 2021, 2022 u Jannar, Frar u Marzu 2023?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jgħoddu l-istess prinċipji msemmija fit-tweġiba għall-mistoqsija tiegħu numru 7132.
Ministeru għall-Ġustizzja – rwol ta’ Eks Avukat Ġenerali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu r-rwol tal-Eks Avukat Ġenerali, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fi ħdan il-Ministeru tiegħu u x’paga qed jieħu għal dan ir-rwol?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm inkjesti Maġisterjali pendenti, liema huma u d-dati meta nħatru?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-Qrati ta’ pajjiżna hemm 1698 inkjesti Maġisterjali pendenti. It-tabella ta’ hawn taħt turi l-inkjesti minn liema sena ilhom miftuħa.
SenaAmmontSenaAmmont
2023186201115
202257420105
202127520096
202017220061
201915720054
201812619911
20178219921
20164419901
20151719881
2014819891
20131119791
20129
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il direct order saret mid-dekasteru tiegħu minn Marzu 2022 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.