Legislature:
Category:
Reset
Active:

Marsalforn - Tindif ta’ wied

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31397 fl-intier tagħha u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Commencement Notice u s-Summary Responsibility Form relatati max-xogħlijiet ta’ tindif fil-Wied ta’ Marsalforn, fiż-żona magħrufa bħala Ta’ Kittina, li nbeda f’dawn l-aħħar ġimgħat?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-Commencement Notice u s-siteplan ta’ fejn saru ix-xogħlijiet. Is- summary responsibility form hija online form li timtela fuq il-portal tal-BCA.

Birkirkara - Villa Lauri - Proġett

Question

Birkirkara - Villa Lauri - Proġett Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-proġett ta’ Villa Lauri f’Birkirkara? Jista’ jgħid ukoll: i.     Meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol kollu fuq din il-binja biex tibda tintuża? ii.    Kemm kien il-fond allokat għal din il-binja fil-baġit għas-sena 2025 u kemm intefqu minnhom sa issa? iii.   Kemm hi stmata li se tkun l-ispiża globali fuq din il-binja biex tibda tintuża?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq il-binja Villa Lauri tlesta u fil-ġimgħat li ġejjin se tiġi installata l-għamara.  Id-dettalji dwar l-ispiża globali jinsabu fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra. Dawn l-ispejjeż – hekk kif indikdati – jkopru t-tenders segwenti: Civil Works tender - CT2253/2019, Finishing Works tender - CT2205/2021 u Kitchen, Kitchenettes and Laundry tender - SPD3/2023/003.

PC Applications

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ġie approvat bħala PC Applications marbuta ma’ artijiet li b’mod speċifiku daħlu fl-iskema matul is-sena 2006? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm pendenti li għadhom mhux approvati u jindika n-numru u l-lokalità ta’ dawn l-applikazzjonijiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar approvat 139 PC Application li 77 minnhom kienu għal bdil fil-linja tal-bini.  7 minn dawn ġew sottomessi qabel l-approvazjoni tar- Rationalisation of Development Boundaries fis-26 ta’ Lulju 2006. 62 applikazjoni oħra kienu għal bdil fiż- Zoning. Fil-5 ta’ Novembru 2025, kien hemm 26 applikazzjoni pendenti, u qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra tabella li turi n-numri f’kull Kunsill Lokali.

Bed stock - Applikazzjonijiet approvati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew approvati applikazzjonijiet dwar ‘bed stock’ turistiku f’pajjiżna mis-sena 2025 'il quddiem?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mil-bidu ta’ Jannar 2025 sal-aħħar ta’ Settembru 2025, l-Awtorità tal-Ippjanar approvat tnejn u disgħin applikazzjoni għal estensjonijiet jew żviluppi ġodda, li ser joħolqu żieda ta’ bedstock turistku, għal użi li jaqgħu fis-segwenti klassijiet ta’ żvilupp, kif kategorizzati fl-iskeda tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 552.15: KLASSI 3A - Guest Houses , Palazzini , Akkomodazzjoni - għal Turiżmu Boutique , Hostels KLASSI 3B – Hotels - Użu għal lukanda Dawn ma jinkludux djar residenzjali li jintużaw biex fihom joqogħodu anke it-turisti.

Limiti tar-Rabat - Barriera - Method statement

Question

B’referenza għall-każ ta’ backfilling illegali f’barriera li tinsab fl-inħawi magħrufa bħala ta’ Santa Katerina fir-Rabat, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja sħiħa tal-method statement għar-restawr tas-sit sottomess lill-Awtorità tal-Ippjanar u sussegwentement mibgħut lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l- method statement għar-restawr tas-sit, sottomess lill-Awtorità tal-Ippjanar u lill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, għadu mhux aċċettabbli għall-Awtoritajiet. Għaldaqstant mhux opportun li tali dokument jiġi ppubblikat qabel ma jiġi approvat.

SPD3/2022/065, CFT Title ‘Construction, finishing works and commissioning of an e-ticketing project at Ċirkewwa and Mġarr passenger ferry terminals’

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna l-Kamra dwar is-sejħa SPD3/2022/065, CFT Title ‘Construction, finishing works and commissioning of an e-ticketing project at Ċirkewwa and Mġarr passenger ferry terminals’ u kemm ġie awarded dan it-tender? Jista’ jgħid ukoll meta se jkunu lesti l-affarijiet mitluba minn din is-sejħa u meta se tibda topera s-sistema tal-e-ticketing kollha kemm hi?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender SPD3/2022/065, CFT Title ‘Construction, finishing works and commissioning of an e-ticketing project at Ċirkewwa and Mġarr passenger ferry terminals ġie awarded għall-valur ta’ €472,137.52 (mingħajr VAT). Fil-preżent, is-sistema tal-e-ticketing qiegħda tintuża regolarment, minn kull min jixtieq jużaha. Fl-istess waqt, bħalissa qiegħed isir xogħol biex tiġi introdotta l-Gozo Channel card. Din il-card għaddejja mit-testijiet tal-UAT u mistennija li tiġi introdotta fil-bidu tas-sena d-dieħla. Bl-introduzzjoni ta’ din ic-card, it-tender - li diġà saret referenza għalih f’din it-tweġiba - jingħalaq.

CT3047/2023 Tender for the structural consolidation and conservation of the aqueduct in Triq Papa Ġwanni Pawlu II, Rabat, Gozo using environmentally friendly measures

Question

Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar is-sejħa “CT3047/2023 Tender for the structural consolidation and conservation of the aqueduct in Triq Papa Ġwanni Pawlu II, Rabat, Gozo using environmentally friendly measures”? Jista’ jgħid ukoll x’sar f’dan l-aħħar xahar u kemm qed ikun hemm ħaddiema jaħdmu ta’ kuljum fuq dan il-proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ewwel fażi tal-proġett kienet tikkonsisti fit-tneħħija tas-siġar, arbuxelli u l-bajtar tax-xewk kollha, li matul iż-żmien kibru tul l-istruttura tal-akwadott. Dan il-proċess sar biex il-fdalijiet kollha tal-akwadott jiġu dokumentati. Biex jiġi assigurat li tintilef parti minn din l-istruttura, il-partijiet imwaqqa tal-akwadott ġew stivati fuq pallets. Min-naħa l-oħra, ix-xogħol rigward il-parti ta' ġewwa tal-akwadott issa tlestiet u saru surveys fotogrammetriċi tri-dimensjonali tal-fdalijiet tal-akwadott. Fl-istess waqt, qed isiru surveys tri-dimensjonali permezz ta’ laser scanners u dan biex jiġu dokumentati l-fdalijiet kollha tal-akwadott qabel dan jibda jinħatt. Ix-xogħol kollu ta' tindif qiegħed isir bl-idejn, u dan biex jiġi żgurat li ma ssirx ħsara lill-ġebel oriġinali.  In-numru ta' ħaddiema fuq il-post ivarja, u dan skont in-natura tax-xogħol li jkun għaddej.

Triq li twassal għall-Bajja tal-Ħondoq - Xogħlijiet

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28524 dwar it-tender għal xogħlijiet relatati ma’ parti mit-triq li twassal għall-Bajja tal-Ħondoq li ftit wara li kienet ittranġat bdiet tisfronda, issa li għadda s-sajf, jista’ l-Ministru jgħid kemm ilu jistenna sabiex il-kuntrattur jibda bix-xogħlijiet?  Jista’ jgħid ukoll jekk ix-xogħlijiet humiex ser jitlestew kollha sal-aħħar tas-sena 2025?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħdin isiru l-preparamenti biex ix-xogħlijiet jinbdew fix-xhur li ġejjin.

Ir-Rabat, Għawdex – Akwedotti – Xogħol ta’ konsolidazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31757 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali u jgħid jekk ix-xogħol ta’ konsolidazzjoni strutturali u l-konservazzjoni tal-akwedotti li qegħdin fit-triq li mir-Rabat, Għawdex twassal għal Ta’ Pinu, bediex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol ta’ konsolidazzjoni strutturali u l-konservazzjoni tal-akwedotti li qegħdin fit-triq li mir-Rabat, Għawdex twassal għal Ta’ Pinu, beda.

Ir-Rabat, Għawdex – Ċittadella – Xogħol ta’ manutenzjoni u restawr

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31755 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali u jgħid jekk ix-xogħol ta’ manutenzjoni u restawr tal-ħitan ta’ barra li jdawru ċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċittadella tlestiex? Jista’ jgħid ukoll min ser iħallas għal dan ir-restawr?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol ta’ manutenzjoni u restawr tal-ħitan ta’ barra li jdawru ċ-Ċentru Kulturali taċ-Ċittadella tlesta. Dan ix-xogħol sar mill-ħaddiema tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar u l-ispejjes ser jitħallsu minn fondi Nazzjonali allokati lill-istess Ministeru.

Kerċem, Għawdex – Proġett ta’ Għar Gerduf

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31754 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali u jgħid jekk ix-xogħol strutturali u ta’ preservazzjoni ta’ Għar Gerduf f’Għawdex bediex u jekk iva, f’liema fażi wasal?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onerevoli Interpellant li x-xogħol fuq is-sit tal-Għar ta’ Gerduf beda. Fl-ewwel fażi sar xogħol ta’ konsolidament strutturali fil-parti ta' barra tal-għar, u bħalissa għaddej xogħol marbut mal-fażi ta' konsolidament tal-parti ta' ġewwa tal-għar.

L-Awtorità tal-Ippjanar - Bed stock - Applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet pendenti u mhux approvati quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar biex jiżdied il-‘bed stock’ f’pajjiżna u jaqsam din l-informazzjoni kemm għal Malta kif ukoll għal Għawdex?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazjoni mitluba ma tinġabarx u ma tinżamx mill-Awtorità tal-Ippjanar.

Limiti tar-Rabat - Barriera - Backfilling illegali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti aġġornament dwar is-sitwazzjoni u l-infurzar kontra backfilling illegali f’barriera li tinsab fl-inħawi magħrufa bħala ta’ Santa Katerina fir-Rabat, u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-surveyor’s report?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tal-Ippjanar (PA) u l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ħadu passi sabiex ma jidħolx aktar materjal fil-barriera tal-qawwi HSQ32 li qiegħda fl-inħawi ta’ Santa Katerina, limiti tar-Rabat (Malta). L-operatur ingħata struzzjonijiet biex ma jdaħħalx aktar materjal fuq is-sit, imma għandu jibda jnaqqas u jneħħi l-materjal żejjed li kien intefa’ fuq medda ta’ snin. Għal dan il-għan, sabiex jiġi kkontrollat l-aċċess, ġew installati CCTV cameras għall-monitoraġġ tal-movimenti ta’ vetturi deħlin jew ħerġin mill-barriera, kif ukoll twaħħlu tabelli li juru li l-barriera mhix taċċetta aktar materjal. L-Awtoritajiet qegħdin jesigu mal-operatur tas-sit u l-perit tiegħu sabiex jiġi sottomess works method statement (WMS) aċċettabbli biex tiġi rrestawrata l-barriera. Ftit tal-jiem ilu, il-perit tal-operatur issottometta method statement ta’ kif se jitneħħa l-materjal żejjed, b’timeframes speċifiċi biex dan iseħħ. L-Awtorità tal-Ippjanar u l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi qegħdin jevalwaw dan il-method statement biex jaraw jekk hux aċċettabbli fl-aħjar interess tar-residenti u l-ambjent tal-madwar, u jkun jista’ jiġi attwat.

Għawdex – Resurfacing ta’ toroq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 30836 u 31274 u jgħid liema toroq ġewwa Għawdex sar resurfacing fuqhom mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kien fiha tul kull triq u kemm ġiet tiswa? Jista’ jgħid ukoll liema toroq hemm ippjanati li jsir resurfacing tagħhom minn issa sal-aħħar ta’ din is-sena, kemm fihom tul u kemm hi stmata li ser tkun l-ispiża fuq kull triq?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.

Gozo Indoor Sports Pavillion

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif ser jiġi operat u mmaniġġjat il-Gozo Indoor Sports Pavillion f’Għawdex issa li nfetaħ uffiċjalment u qed jintuża wkoll mill-pubbliku? Jista’ jispeċifika x’kienu l-arranġamenti meħtieġa biex dan il-Pavillion jibda jopera? F’liema xahar u sena għandha tiġi ppubblikata sejħa għall-offerti għall-operat u l-immaniġġjar tiegħu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 31277.

Għawdex – Pitkalija – Investimenti u ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’investimenti saru fil-pitkalija ġewwa Għawdex matul l-aħħar ħdax-il sena, maqsuma sena b'sena? Fiex kien jikkonsisti x-xogħol li sar u kemm sewa? Jista' jgħid ukoll kemm kien hemm ħaddiema kull sena u x'tip ta' xogħol kienu qed jagħmlu / qed jagħmlu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.

Ħaż-Żabbar - St. Peter’s Area - Proġett tal-bandli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar għandux l-assigurazzjoni mill-Awtorità tal-Ippjanar li l-proġett tal-bandli f’St Peter’s Area Ħaż-Żabbar, se jkun qed jiġi ffinanzjat mill-awtorità?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar għandu l-assigurazzjoni tal-Awtoritá tal-Ippjanar għall-iffinanzjar tal-bandli f’St Peter’s Area Ħaż-Żabbar, skont il-provizzjonijiet tal-kuntratt iffirmat fil-11/03/2022 u il-kundizzjoni tal-iskema relevanti.

Ir-Rabat, Għawdex - Junction bejn Triq Sir Arturo Mercieca u Triq Santa Dminka - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta hu maħsub (xahar u sena) li jinbdew ix-xogħlijiet fuq il-junction (il-parti tat-triq li tgħaqqad Triq Sir Arturo Mercieca ma’ Triq Santa Dminka fir-Rabat, Għawdex) u fiex ser ikunu jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet fuq il-junction  - il-parti tat-triq li tgħaqqad Triq Sir Arturo Mercieca ma’ Triq Santa Dminka fir-Rabat, Għawdex - mistennija jsiru bħala parti mix-xogħol li se jsir fit-Triq Anton Tabone.

Għawdex u Kemmuna - Proġetti b’fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31271 u jgħid liema huma l-proġetti li se jinbeda x-xogħol fuqhom matul is-sena 2026 ġewwa Għawdex u Kemmuna, u li għalihom ser jiġu użati fondi Ewropej? Kemm huma stmati li se jiġu jiswew dawn il-proġetti u kemm hu l-persentaġġ ta’ fondi Ewropej li ser jiġu użati u minn liema fond?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Għawdex - Ta’ Xħajma - Proġett tas-Solar flowers

Question

B’referenza għall-proġett magħruf bħala ‘solar flowers’ li qegħdin jitqiegħdu f’Ta’ Xħajma, Għawdex, jista’ l-Ministru jippubblika r-rapport tekniku u/jew studju ta’ fattibilità li wassal għal din l-għażla ta’ teknoloġija? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm valutazzjoni ta’ valur għal flus (value for money assessment) meta mqabbla ma’ sistemi fotovoltajiċi tradizzjonali?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.