Jista’ l-Ministru jgħid minn min hu magħmul il-Bord tad-Diretturi tal-Public Broadcasting Services u sakemm jestendi t-terminu tal-istess Bord u minn meta kien maħtur?
Response (ABELA, CARMELO)
Ma għandi xejn xi nżid mat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14161.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għal-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħatawx flus mill-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għal-Community Chest Fund.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — Open Data - datasets
Question
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ dawk id-datasets li kwalunkwe entità fil-Ministeru tiegħu poġġiet fl-inizjattiva ta’ ‘Open Data’?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm diversi datasets li l-Amministrazzjoni Pubblika tipprovdi permezz ta’diversi siti u portali tal-internet.
Madankollu jekk wieħed jimxi fuq id-definizzjoni dejqa tat-terminu “Open Data” jiġifieri li d-datasets ikunu pprovduti bħala “machine-readable” u taħt liċenzja miftuħa (open licence) wieħed jista’ jgħid li s’issa għad m’għandniex dak in-numru li wieħed jistenna.
F’dan il-kuntest biex Malta jkollha pjattaforma soda u numru adegwat ta’ datasets li jkunu jikkwalifikaw bħala “Open Data” tlesta abbozz ta’ avviż legali biex ikun ippubblikat taħt il-Kap. 546 li qed ipoġġi obbligu fuq dawk l-entitajiet kollha li għandhom tali datasets li jirreġistrawhom fuq il-portal nazzjonali tad-data u wara li jiġu kklassifikati. Jekk ikunu jaqgħu taħt il-klassi bħala data mhux sensittiva dawn għandhom ikunu ppubblikati l-ewwel nett fuq il-portal nazzjonali u jekk ikun il-każ fuq portal jew siti oħrajn.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — impejgati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni f’kull entita/dipartiment/aġenzija/korporazzjoni/kumpanija li jaqgħu taħtu, xahar b’xahar, minn Jannar 2017 ‘il hawn u jaqsam l-informazzjoni skont l-entità u jagħti l-informazzjoni grad bi grad (mingħajr ma’ jagħti l-ismijiet tal-persuni)?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabelli hawn taħt.
Entità
Sena
Numru ta’ persuni impjegati
2017
2
2018
3
2019
6
2020
1
Kumpanija
Sena
Numru ta’ persuni impjegati
2017
8
2018
2
2019
12
Invista tal-fatt li l-ħaddiema li joħorġu minn fuq il-post tax-xogħol bl-Early Retirement skont skedi offruti minn kumpaniji privati qabel ma jilħqu l-pension age, u peress li bħalissa ma jistgħux jaħdmu jew jagħmlu xogħol ekonomiku ddikjarat sakemm jilħqu l-età tal-pensjoni fis-sens persuna li tingħata l-early retirement ta’ 58 sena u l-pensjoni tagħha hi ta’ 61 sena, f’dawk it-3 snin ma tistax tagħmel xogħol ieħor, fil-frattemp, jista’ l-Ministru jikkonsidrax li ssir xi emenda fil-liġijiet tax-xogħol biex persuni f’din is-sitwazzjoni jkunu jistgħu jibqgħu jaħdmu b’xogħol part-time?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninsab infurmat li meta jkun hemm skema ta’ rtirar kmieni jiddependi x’kundizzjonijiet ikun hemm u allura dan ma joħroġx mil-liġi.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema li rriżenjaw
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm persuni li kienu impjegati fis-Segretarjat tal-Ministru/Segretarju Parlamentari u li wara l-25 ta’ Jannar 2020 u sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza, telqu/irriżenjaw minn dan l-impjieg? Jekk iva, kemm?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm persuni impjegati fis-Segretarjat li telqu/irriżenjaw mill-impjieg.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — persuni impjegati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14330 u jagħti lista tal-karigi/pożizzjonijiet kollha li fid-data tal-lum fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid:
a. Kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi, fil-kariga/pożizzjoni rispettiva?
b. X’inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi/pożizzjonijiet rispettivi?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-lista ta’ karigi/posizzjonijiet ingaġġati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust fis-segretarjat tal-Ministeru hija skont il-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra. L-istess fil-każ ta’ ingaġġ ta’ konsulenza.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji - tmexxija
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa tal-entitajiet, aġenziji, korporazzjonijiet u kumpaniji kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu u għal kull entità jgħid minn min hi komposta t-tmexxija tagħha (chairperson, diretturi, senior management) u x’inhuma l-karigi rispettivi tal-persuni fit-tmexxija?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt. Dwar l-informazzjoni l-oħra, ninforma lill-Onor. jirreferi għal mistoqsijiet parlamentari 14161 u 14162.
Entita'/ Aġenzija/ Korporazzjoni/ Kumpanija
Senior Management
Isem
Kariga
MEUSAC
Mandy Falzon
Kap tal-Aġenzija
Darren Grasso
Direttur, EU Funding
Neil Portelli
Direttur, EU Policy & Legislation
Osvalido Zammit
Direttur, Administration & HR
PBS Ltd.
Ing. Charles Dalli
CEO
Mr. Edmund Tabone
Deputy CEO/Manager Corporate Services
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — servizzi pubbliċi offruti b’mezzi elettroniċi
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk is-servizzi pubbliċi li l-entitajiet/dipartimenti/aġenziji/korporazzjonijiet fid-dekasteru tiegħu joffru b’mezzi elettroniċi u jindika liema minnhom l-utent jista’ jinqeda kompletament b’mezzi elettroniċi (ie ma jkollux għalfejn jimla formoli manwalment jew imur fiżikament f’xi uffiċċju ta’ min qed jipprovdi s-servizz)?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari W27 li ngħatat f’din is-seduta stess.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema li jaħdmu bit-teleworking
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fuq bażi ta’ teleworking fl-entitajiet/dipartimenti/aġenziji/korporazzjonijiet li hemm fid-dekasteru tiegħu u jaqsam l-informazzjoni skont il-grad li għandhom il-persuni rispettivi?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba li diġà tajt għall-mistoqsija parlamentari 13975.
PBS – talbiet biex jixxandru l-messaġġi tal-Prim Ministru u Ministri tal-Gvern
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13949 u jgħid mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il talba rċeviet il-Public Broadcasting Services Limited sabiex jiġi mxandar messaġġ milll-Prim Ministru u/jew minn Ministru tal-Gvern fuq Television Malta? Jista' l-Ministru jagħti d-data ta' kull waħda minn dawn it-talbiet, id-data u l-ħin ta' meta ġie mxandar kull messaġġ, l-istazzjon jew stazzjonijiet li fuqu ġie mxandar il-messaġġ, is-suġġett tal-messaġġ, il-format tal-messaġġ, minn min sar il-messaġġ kif ukoll it-tul tal-messaġġ li ġie mxandar?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru — persuni impjegati fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista tal-karigi/pożizzjonijiet kollha li fid-data tal-lum fihom hemm impjegati persuni fuq bażi ta’ person of trust jew position of trust, u għal kull kariga/pożizzjoni jgħid:
a. Kemm-il persuna hemm impjegata fuq din il-bażi, fil-kariga/pożizzjoni rispettiva?
b. X’inhu t-total tal-ispiża tal-pagi, fuq bażi annwali, fil-karigi/pożizzjonijiet rispettivi?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Dipartiment tal-Informazzjoni – reġistrazzjoni ta’ media organisations
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huwa l-iskop wara r-reġistrazzjoni ta’ ‘media organisations’ mad-Dipartiment tal-Informazzjoni b’tali mod li huma indikati fuq il-websajt tal-istess Dipartment bħala ‘Registered Media Organisations’?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda skop ħlief li dak li ndikat fil-mistoqsija joħroġ mil-liġi.
COVID-19 – ħaddiema li qed jaħdmu four-day week — drittijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma d-drittijiet tal-ħaddiema li ġew mitluba jiffirmaw ftehim biex jaħdmu u jiġu mħallsa madwar 20% inqas mis-soltu (four-day week) minħabba li naqas ix-xogħol kawża tas-sitwazzjoni li ġabet magħha l-COVID-19? X’jiġri jekk dawn ma jiffirmawx il-ftehim u jiġi tterminat l-impjieg tagħhom?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex impjegat jaħdem inqas sigħat minn dawk stipulati fil-kuntratt tax-xogħol, irid ikun hemm permess mid-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u Impjieg taħt l-Artiklu 42 tal-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali. Talba għal dan il-permess trid issir mill-impjegatur wara li jkunu ġew maqbula miżuri temporanji bejn il-ħaddiema kkonċernati u l-impjegatur. Fejn id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u Impjieg ikun sodisfatt bil-miżuri proposti - bħal per eżempju li s-sigħat ta' xogħol jonqsu b'20% sabiex ħadd mill-impjegati ma jitlef xogħlu - jinħareg permess validu għal erba' ġimgħat, u liema permess jistá jiġi mġedded jew irtirat, skont iċ-ċirkostanzi. Mingħajr dan il-permess l-imgħallem ma jistax jimponi kundizzjonijiet tax-xogħol inqas favorevoli għalkemm jistá jkun hemm każijiet fejn talba għal tnaqqis ta' sigħat ta' xogħol issir mill-impjegat, u hemmhekk ma hemmx bżonn ta' permess mid-DIER jekk jinstab qbil bejn il-partijiet. Fejn l-imgħallem jimponi kundizzjonijiet tax-xogħol inqas favorevoli mingħajr il-permess tad-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u Impjieg skont il-kriterji stabiliti f'Artiklu 42, l-impjegat għandu dritt jitħallas skont il-kundizzjonijijet maqbula fil-kuntratt tax-xogħol/ftehim kollettiv minkejja li s-sigħat tax-xogħol ikunu qed jiġu mnaqqsa. Jekk ħaddiem jidhirlu li tkun saret tkeċċija inġusta, jista' jiftaħ każ quddiem it-Tribunal Industrijali.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14125, jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġu ppubblikat il-audited accounts ta’ wara dawk għas-sena 2016-2017?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-audited accounts ser jiġu ppubblikati fil-futur qarib.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14131 u jgħid għal dawn l-aħħar ħames snin x’kien l-ammont mill-EPSO, u l-persentaġġ mill-EPSO li kienet allokata għas-segwenti genre ta’ programmi: programmi tat-tfal, ġrajjiet kurrenti, drama, edukazzjoni u kultura, u karattru jew identità nazzjonali?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt.
Genre
Ammont - €
%
Ammont - €
%
Ammont - €
%
Ammont - €
%
18/19
17/18
16/17
15/16
14/15
Programmi tat-tfal
N/A*
85,611
2%
78,304
2%
26,421
1%
159,766
4%
Ġrajjiet Kurrenti
N/A*
847,683
20%
475,690
12%
968,982
25%
904,555
25%
Drama
N/A*
340,539
8%
223,918
6%
77,008
2%
612,513
17%
Edukazzjoni u Kultura
N/A*
1,474,818
35%
1,774,072
44%
1,484,242
38%
1,608,804
44%
Karattru jew identità nazzjonali
N/A*
168,372
4%
220,730
5%
172,784
4%
54,353
1%
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14129 u jindika jekk matul dawn l-aħħar ħames snin l-ispiża tal-PBS kenitx għola mis-sussidju mogħti lilha mill-Gvern?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-ispiża tal-PBS relatata ma’ programmi u attivitajiet meqjusa bħala parti mill-PSO kienet dejjem ogħla mis-sussidju tal-PSO mogħti lilha mill-Gvern.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14128 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rikonċiljazzjoni tal-ispiża ta’ kull programm u s-sussidju mogħti mill-Gvern?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal liema sena.