Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — materjal informattiv
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38248 u jgħid xi spejjeż ta' materjal informattiv bħal billboards, flyers, materjal printjat, fuljetti u reklami oħrajn fil-ġurnali u fil-mezzi tax-xandir għamel il-ministeru tiegħu matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara l-possibilità li jsir kuntatt mal-individwu li dettalji dwaru qed jingħataw separatament sabiex tiġi rimedja diffikultà li qed jesperjenza?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-anzjan li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant m’għandux applikazzjoni biex jidħol fid-Djar tal-Anzjani tal-Gvern għalhekk id-Dipartiment m’għandu l-ebda nformazzjoni dwaru. Jekk din hija x-xewqa tiegħu nitolbuħ biex jibgħat applikazzjoni għad-dħul fid-Djar għall-Anzjani biex b’hekk tiġi proċessata mid-Dipartiment.
Ċimiterju tal-Addolorata — Organizzazzjoni tal-Oqbra - fdalijiet li jinġabru f'kaxxa
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ingħatawx istruzzjonijiet sabiex l-organizzazzjoni tal-oqbra tinbidel, jiġifieri, qabel il-fdalijiet li kienu jinġabru f'kaxxa kienu jitqiegħdu fil-parti ta' fuq tal-qabar u issa jidher li nbidlet din il-prassi u l-fdalijiet fil-kaxxxi qed jitqiegħdu fil-parti t'isfel tal-oqbra? Jekk inbidlet din il-prassi min ta l-istruzzjonijiet biex isir dan u għaliex? Jekk ma ngħatawx struzzjonijiet, għaliex qed jitħalla li ssir?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li meta jgħaddu sentejn mid-data tad-difna, il-fdalijiet jistgħu jitpoġġew ġo reċipjent ipprovdut mis-sid tal-qabar u s-sid jista` jiddeċiedi li jżomm il-fdalijiet fl-istess qabar. L-oqbra mhumiew mibnijin biex parti minnhom tintuża bħala ossarju u għalhekk ir-riċipjenti jitpoġġew fil-parti l-aktar konvenjenti ġol-qabar. Dan il-proċess isir skont kif jitlobu l-Kodiċi tal-Liġijiet tal-Pulizija.
Għaldaqstant ir-reċipjenti għandhom jibqgħu fil-qabar u m’għandhomx jinqalgħu barra minn ġol qabar biex issir xi difna peress li dan imur kontra l-artiklu 142 tal-istess Kodiċi li jgħid li ‘Ħadd ma jista’ jaqla’ mejtin mill-oqbra mingħajr permess tal-Pulizija.’ Ma saret l-ebda bidla f’din il-prassi f’dawn l-aħħar snin
Jista' l-Ministru jara l-każ ta' din il-kopja anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li għandha s-servizz tal-home help u peress li ma hemmx reliever, qed tispiċċa għal ġranet sħaħ mingħajr helper?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li s-servizz tal-Home Help lill-klijenta li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant dejjem ingħata regolarment ħlief fid-19 ta’ Ottubru u fit-30 ta’ Novembru meta is-Social Assistant inzertat fuq vacation leave. Qabel dawn id-dati sa l-aħħar ta’ Settembru din il-klijenta kemm-il darba ibbenefikat mis-servizz tar-reliever meta għal xi raġuni is-Social Assistant ta’ din il-klijenta ma’ setgħatx tipprovdilha servizz.
kumpanija li tipprovdi saqajn għal min ikun għamel l-operazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38583 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 38010, jista' l-Ministru jispjega l-ħlasijiet bejn l-2010 u l-2012 u żidiet li kien hemm? Barra minn dan, jista' jgħid min huma l-għaqdiet li ġew ikkonsultati u meta sar dan? X'tip ta' konsultazzjoni saret?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ż-żieda fil-ħlasijiiet bejn 2010 u 2012 kienet sempliċiment għax żdiedet l-attivita’ fl-OPU. L-għaqda li ġiet konsultata kient “Amputees 4 Amputees” (A4A). Dawn kienu laqgħat informali fejn l-għaqda esprimiet ix-xewqat tagħha dwar kif jista jitmexxa s-servizz. Dawn saru fit-2011 u 2012. L-għaqda ma kienetx involuta fil-kitba tat-tender il-ġdid iżda x-xewqat tal-pazjenti ingħataw konsiderazzjoni serja.
Ċentri ta' Matul il-Jum — persuni bi problemi ta' saħħa mentali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni bi problemi ta' saħħa mentali li regolarment qed jattendu fiċ-Ċentri ta' Matul il-Jum? Kemm qed tiġi l-ispiża ta' kull persuna li qed tattendi dawn il-postijiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li hemm 313-il persuna li qegħdin jattendu b’mod regolari fiċ-ċentri ta’ matul il-jum għall-persuni bi problemi ta’ saħħa mentali. L-ispiża hija ta’ €6.40 għal kull persuna li tattendi kuljum.
Jista' l-Minstru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37699 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u issa ġiet riferuta lilu u jgħid għaliex jekk aħna sejrin fi żmien msejjaħ the age of the ageing, l-istudenti li qed jigradwa f'diploma level, Masters jew PHD fil-ġerantologija għandhomx huma ukoll jingħataw il-warrant ta' ġerantologist ħalli jkunu jistgħu jaħdmu u jipprattikaw dak li jkunu studjaw f'dan il-qasam?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li il-Ġerontoloġija mhix waħda mill-professjonijiet regolati taħt L-Att dwar il-Professjonijiet tas-Saħħa (Kap 464) u għalhekk ma hemmx bażi legali li fuqha tista’ jew li hemm bżonn tinħareġ warrant. Infakkar lill-Onor. Interpellant li ħafna minn dawk li jsegwu il-kors tal-ġerontoloġija huma diġa professjonisti ġejjin minn waħda mill-professjonijiet regolati mill-Att u ġħalhekk diġa għandhom warrant biex jipprattikaw il-professjoni tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid jekk teżistix xi tilwima mal-Medical Authority? Jekk fin-negattiv, jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni wara d-dewmien għal ħruġ ta' liċenzji għal spiżeriji ġodda?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li għalkemm għadhom għaddejjin azzjonijiet industrijali fl-Awtorita’ dwar il-Mediċini., dawn l-azzjonijiet industrijali mhux qed jaffettwaw it-time lines meħtieġa għall-proċess għal ħruġ ta liċenzji ġodda għal spiżeriji fejn dawn qed jiġu ikkunsidrati.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li għandha bżonn is-servizz ta' home help ta' erba' sigħat fil-ġimgħa u din mhux l-ewwel darba qegħdha tispiċċa mingħajr servizz?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuna msemmija tinsab mingħajr servizz tal-Għajnuna fid-Dar minħabba li preżentament l-Assistenta Soċjali allokata lilha qiegħda fuq leave fit-tul minħabba raġunijiet familjari.
Madankollu din is-sitwazzjoni dalwaqt tiġi għan-normal la darba jibda jopera s-servizz tal-kuntrattur.
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 33572 u 34816 rispettivament dwar xogħol li qiegħed jagħmel ex ufficjal pubbliku li rtira sena u seba’ xhur ilu mill-gradi tan-nursing li deher qiegħed iqassam il-mediċini f'paġna 3 ta' ktejjeb maħruġ mis-Segretarjat għall-Anzjani u Kura fil-Kommunità bl-isem 'Minn Qalbna... Għalik', jista' l-Ministru jikkonforma jekk ir-responsabbiltajiet u obbligi delegati lil dan l-individwu bħala uffiċjali pubbliku irtirat humiex marbuta strettament ma' uffiċċju pubbliku mhux għola minn dak ta' staff nurse skont ma tipprovdi d-delega ta' ċerti setgħat dwar is-servizz pubbliku mogħtija mill-Prim Ministru fl-4 ta' April 2009 bil-għan li jittaffa n-nuqqas akut ta' ħaddiema kwalifikati fil-qasam tan-nursing? Fiex tikkonsisti l-għajnuna li l-Ministru qal li qed jaghti dan l-individwu fit-tħejjija tan-night shelter ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paul? F’dan ir-rigward, jista' jikkonferma jekk dan l-individwu fil-verità qattx wettaq xogħol ta’ koordinazzjoni tas-servizzi għan-nies li jgħixu fil-komunità kif wkoll assessments kliniċi tal-anzjani li jgħixu fil-komunità kif jingħad fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 33572? Jista' jgħid jekk dan l-individwu minflok għamilx xogħol ta’ sorveljanza fuq siti ta’ kostruzzjoni li m’għandu x’jaqsmu xejn mar-responsabbiltajiet u obbligi marbuta ma' uffiċċju pubbliku mhux għola minn dak ta' staff nurse? Jista' jgħid jekk dan l-aħħar dan l-individwu kienx involut f’każ ta’ vjolenza fiżika ma’ ħaddiem tal-kostruzzjoni fir-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-individwu ġie mitlub biex jagħmel xogħol ta’ koordinazzjoni kemm fin-night shelter kif ukoll ġewwa waħda mis-swali tar-Residenza ta’ San Viċenz de Paul. F’facilitajiet bħal dawn huwa kruċjali li jkun hemm nursing input, dan biex jingħata servizz adekwat ta’ kura.
Ma jirrizultax li l-individwu kien involut f’argument ma ħaddiem tal-kostruzzjoni. Kien hemm argument ma s
upervisor
li dwaru sar rapport lill-pulizija.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 33495 u 33113 u jgħid kemm irriżulta li kien hemm pazjenti li spiċċaw fil-kurituri tas-swali fl-Isptar Mater Dei, kawża li ma kienx hemm kmamar fejn jakkomodawhom matul l-2008, 2009 u 2010 ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li skont il-Hospital Activity Report tal-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei, pazjenti bdew jiġu rreġistrati li ddaħħlu fil-Paediatric Corridor Area minn Frar ta’ 2010. Għalhekk ma nistgħux nagħtu din l-informazzjoni dwar 2008 u 2009.
Fis-sena 2010 kien hemm 283 pazjent li kienu akkommodati fil-
Paediatric Corridor
Area
sakemm iddaħħlu ġewwa sala.
B'referenza għat-tweġiba ta' diversi mistoqsijiet parlamentari dwar il-kartuna s-safra li twieġbu riċentement, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar xi spjegazzjoni hemm għal numru daqstant kbir ta' kartun isfar meta mqabbel man-numru tar-residenti fil-lokalità partikolari?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li r-raġuni ewlenija li hemm numru ikbar ta’ kartun isfar meta mqabbel man-numru tar-residenti fil-lokalita’ partikolari hija li xi pazjenti jkollhom kundizzjonijiet kroniċi differenti. Dan ifisser u jwassal li l-pazjenti jkollhom numru ta’ kartun għal kundizzjonijiet differenti.
Skont l-iStħarriġ Ewropew dwar is-Saħħa li sar fl-2008, 79% minn dawk il-persuni li kienu fuq mediċini li jnaqqsu l-kolesterol, kienu wkoll ibatu mill-pressjoni għolja. Daqs 56% minn dawk li rrappurtaw li jbatu b’kundizzjonijiet tal-qalb, qalu li jbatu wkoll mid-dijabete, 48% minnhom ibatu wkoll minn livell tal-kolesterol għoli u 75% għandhom pressjoni għolja. Dan juri biċ-ċar kif dawn il-kundizzjonijiet għandhom għeruq simili u tendenza li jidhru flimkien fl-istess individwi. Dan ir-riskju jiżdied, aktar ma l-persuna tavvanza fl-eta’.
Wara memo phcd 55/2012 fejn qed titlob li securities fiċ-Ċentri tas-Saħħa ma jibqgħux tnejn f daqqa imma wieħed biss filgħaxija, jista' l-Ministru jara li wara xi sentejn u nofs ilu jew aktar kien ikun hemm security wieħed biss fiċ-Ċentri tas-Saħħa fejn jibqgħu miftuhin 24 siegħa u wara li sar inċident u ġie aggredit tabib beda jidħlu żewġ security issa wara li l-Ħadd 25 ta' Novembru wieħed mis-security ġie agredit minn pazjent u għalhekk jaħseb il-Ministru li jagħmel sens li ikun hemm security wieħed? Jista' jara li mill-1 ta' Diċembru jkun hemm żewġ security b risħett lejn il-ħaddiema security?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li minn statistika li għandu d-Dipartiment tal-Kura Primarja jidher li bil-lejl in-numru ta’ attendenzi fiċ-ċentri tas-saħħa jonqos ħafna meta tipparaguna mal-attendenzi ta’ matul il-ġurnata. Barra minn hekk, is-servizzi li jkunu qegħdin jingħataw dak il-ħin huma biss tat-tabib u tan-nurse u servizzi oħra jkunu magħluqa. Għaldaqstant in-numru ta’ attendenzi u ta’ servizzi ma jirrekjedux li jkun hemm żewg security guards f’dak il-ħin bħal ma jkun hemm matul il-ġurnata. Id-Dipartiment għandu tolleranza żero għall-każijiet fejn l-impjegati tiegħu jiġu aggrediti kemm b’mod verbali u kemm b’mod fiżiku u jittieħdu l-passi kollha neċessarji, inklużi dawk legali, kontra min ikun ħati ta’ dan.
kumpanija li tipprovdi saqajn għal min ikun għamel l-operazzjoni
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 38010, jista' l-Ministru jispjega l-ħlasijiet bejn l-2010 u l-2012 u żidiet li kien hemm? Barra minn dan, jista' jgħid min huma l-għaqdiet li ġew ikkonsultati u meta sar dan? X'tip ta' konsultazzjoni saret?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — direct order
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38388 u jgħid kemm ingħataw direct orders (x'kienet id-direct order, kemm swiet u lil min ingħatat) f'dawn l-aħħar tliet xhur u jagħti d-dettalji relattivi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk l-impjegati fis-settur tas-saħħa li jaħdmu mal-pazjent u jservu l-ikel, għandhomx food handlers' license? Jekk għandhom, din qed tiġi aġġornata?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' sorvelja hemm fuq korsijiet li jingħataw għal food handler's license?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li kull min jipprovdi l-kors irid ikun approvat mill-Kummissjoni għas-Sigurta` fl-Ikel u din l-approvazzjoni tingħata wara li jiġi sottomess kemm il-materjal li ser jintuża fil-kors kif ukoll il-curriculum vitae.
Dawk li jipprovdu l-kors huma wkoll obbligati sabiex jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar il-ħin u l-post ta’ fejn qed isir kull kors sabiex jekk il-Kummissjoni għas-Sigurta` fl-Ikel jidrilha li jkun neċessarju, jsiru l-ispezzjonijiet neċessarji. Kien hemm drabi fejn ġew innutati irregolaritajiet u ġiet meħuda azzjoni saħansitra kien hemm min ġie sospiż milli jipprovdi dawn il-korsijiet.
Ninsab infurmat ukoll li fil-ġimgħat li ġejjin ser titħabbar emenda għall-Avviż Legali 178/2001 liema emenda ser tibdel ir-responsabbilita` tal-eżami minn fuq min jipprovdi l-kors għal fuq il-Kummissjoni għas-Sigurta` fl-Ikel liema emenda hija mportanti sabiex tiġi eliminata l-possibilita` ta’ irregolorajiet li kien hemm fil-passat kif ukoll sabiex ikun hemm aktar uniformita`.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — materjal informattiv
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi spejjeż ta' materjal informattiv bħal billboards, flyers, materjal printjat, fuljetti u reklami oħrajn fil-ġurnali u fil-mezzi tax-xandir għamel il-ministeru tiegħu matul ix-xhur minn Jannar sa Ottubru 2012?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.