Jista' l-Prim Ministru jara li jittieħdu passi effettivi sabiex ma jibqax ikun hemm parking regolarment fuq il-linji sofor maġenb l-istabbiliment li d-dettajli dwaru qed jingħataw separatament, f'Wied Għomor, San Ġiljan, kemm minħabba l-fatt li din it-triq hija dejqa u two ways fl-istess ħin u anki minħabba li hemm għadd ta' garaxxijiet fil-qrib? Jista' l-Ministru, flimkien mal-kunsilli lokali u dawk l-entitajiet kollha responsabbli għal-liċenzja ta' dan l-istabbiliment jieħdu l-azzjoni konkreta flimkien minħabba l-inkonvenjent kbir li qed jinqala riċentament anki matul il-jum ukoll u mhux filgħaxijiet biss?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi l-pulizija tal-Għassa ta’ San Ġiljan regolarment jagħmlu ronda fl-inħawi msemmija mill-Onorevoli Interpellant, sabiex kemm jista’ jkun jipprevenu milli jkun hemm ksur ta’ liġi, inkluż ksur tar-regolamenti tat-traffiku, u sabiex jittieħdu passi skont il-liġi kontra min ikun qed jikser il-liġi. Fil-fatt ninsab infurmat ukoll illi matul din is-sena, l-pulizija ħarġet 284 ċitazzjoni għall-kontravenzjonijiet tat-traffiku fit-triq imsemmija.
Infurmat ukoll mill-Kumitat Reġjonali Ċentrali li l-gwardjani lokali jissorveljaw l-akwata regolarment. Intant l-Uffiċjal Awtorizzat tar-Reġjun ingħata struzzjonijiet sabiex tingħata aktar attenzjoni għal dawn l-irregolaritajiet.
Local Enforcement System — Authorised Officer li jagħtu servizz ma' kull kumitat reġjonali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-authorised officers fi ħdan il-Local Enforcement System? B'liema sistema qed jitħallsu? Kemm daħħlu fi flus kull authorised officer li qed jagħtu s-servizz ma' kull Kumitat Reġjonali kull xahar bejn Jannar 2012 u Ottubru 2012?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kumitat reġjonali — impjieg ta' skrivani u uffiċjali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid bejn Jannar 2012 u Ottubru 2012, kull kumitat reġjonali, kemm qed jimpjega skrivani u uffiċjali full-time direttament miegħu? Kemm qed jimpjega part-timers u kemm qed jimpjega b'kuntratt definit?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Local Enforcement System — prosekuturi fit-Tribunal Lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma il-prosekuturi fit-Tribunali Lokali fi ħdan il-Local Enforcement System? B'liema sistema qed jitħallsu? Kemm daħħlu fi flus kull prosekutur bejn Jannar 2012 u Ottubru 2012?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kumitat Reġjonali — kumpanija tal-Gwardjani Lokali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid min hija l-kumpanija tal-gwardjani lokali kuntrattati ma' kull kumitat reġjonali? Minn meta bdew il-kuntratti ma' kull kumitat reġjonali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar ħareġ tender/kwotazzjoni għal xoghħl fi Triq Ġwanni Pawlu II, f'Burmarrad? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk ix-xogħol rikjest fil-fatt sarx, u min għamel l-istess xogħol wara li ġie allokat it-tender?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li f’Novembru 2012 kien qabel li jingħata x-xogħol għall-valur massimu ta’ €5,000 li jinkludi tqattiegħ ta’ blat u konkos temporanju kif kien suġġerit mill-perit tal-Kunsill. Jirriżulta iżda li peress li t-tqattiegħ tal-blat kien qabeż sewwa l-ammont deċiż mill-Kunsill (i.e. sa massimu ta’ €5,000), ix-xogħol kellu jieqaf. Għaldaqstant ser tinħareġ sejħa ġdida għall-kwotazzjonijiet, wara li tkun approvata mill-Kunsill.
Private Public Partnership — xogħlijiet infrastrutturali
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ħallas kull kunsil lokali li benefika mill-iskema tal-Private Public Partnership f'xogħlijiet infrastrutturali bħal servizzi tal-ilma, drenaġġ u bankini f'kull triq li saret din is-sena u s-sena l-oħra? X'kien ix-xogħol f'kull triq? Liema kienu t-toroq? Kemm kienet l-ispiża li ħareġ il-kunsill f'kull triq?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 38552.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kif qed jiġi assigurat li l-għassa tal-pulizija ta' San Pawl il-Baħar tkun miftuħa għall-itwal ħin possibli (possibilment il-ħinjiet kollha matul il-ġimgħa), u dan minħabba l-fatt li l-għassa tal-Qawra tinsab bogħod minn dak li jitqies bħala ċ-ċentru ta' San Pawl il-Bahar?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif diġa’ spjegajt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 37987, l-Għassa tal-Pulizija msemmija mill-Onorevoli Interpellant qed tkun miftuħa regolarment. Pero’, jista' jkun hemm drabi jew ħinijiet fejn l-esiġenzi tas-servizz ikunu jirrikjedu lill-pulizija li jkun għassa joħroġ fuq xi doveri oħra barra mill-Għassa, bil-konsegwenza li l-Għassa jkollha tingħalaq temporanjament matul dak il-ħin.
Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stajdu waslet it-talba tal-Kunsill Lokali tax-Xgħajra rigward in-nuqqas ta' fondi minħabba formola żbaljata? F'liema stadju waslet it-talba tal-kunsill lis-segretarju privat tal-Prim Ministru li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward fondi speċjali għall-istess kunsill?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li minn meta twaqqfu l-Kunsilli Lokali sal-llum (1994 – 2012), il-lokalità tax-Xgħajra irċeviet f’allokazzjoni diretta l-ammonti segwenti:
April 1994 – Marzu 1995: €29,408.00
April 1995 – Marzu 1996: €135,062.00
April 1996 – Marzu 1997: €87,668.00
April 1997 – Marzu 1998: €106,364.00
April 1998 – Marzu 1999: €108,456.00
April 1999 – Marzu 2000: €124,205.00
April 2000 – Marzu 2001: €115,388.00
April 2001 – Marzu 2002: €126,440.00
April 2002 – Marzu 2003: €126,519.00
April 2003 – Marzu 2004: €132,084.00
April 2004 – Marzu 2005: €134,818.00
April 2005 – Marzu 2006: €130,030.00
April 2006 – Marzu 2007: €135,845.00
April 2007 – Marzu 2008: €135,818.00
April 2008 – Marzu 2009: €134,847.00
April 2009 – Diċembru 2009: €110,758.00
Jannar 2010 – Diċembru 2010: €159,154.00
Jannar 2011 – Diċembru 2011: €161,218.00
Jannar 2012 – Diċembru 2012: €166,817.00
Barra dan, l-istess Kunsill Lokali tul l-istess perjodu irċieva s-somma ta’ € 44,332.00 permezz ta fondi minn skemi speċjali u għotjiet oħrajn.
Il-Kunsill Lokali tax-Xgħajra daħal ukoll fi ftehim mal-MITC u l-MITA sabiex isiru xogħolijiet infrastrutturali fil-lokalità b’nefqa ta’ €233,000.00. Ma’ dawn il-flus, il-ftehim kien jorbot ukoll li l-Gvern Ċentrali f’fondi tiegħu jkompli t-tieni fażi tal-proġett tax-Xatt. L-istess ftehim kien jorbot ukoll lill-Gvern Ċentrali sabiex jipprovdi sapport fil-qasam tal-ICT.
Fost investiment ieħor li sar fix-Xgħajra għall-Benefiċċju tar-residenti, Transport Malta għamlet it-toroq kollha imsemmija hawn isfel. Is-somma fuq dawn it-toroq tlaħħaq għall-aktar minn €430,000.00. It-toroq huma:
Triq A.G. Chesney
Triq il-Mulett
Triq Frans Minuti
Triq Ġdida fi Triq il-Knisja
Triq Kolu Vella
Triq il-Grottli
Triq Dwardu Ellul (part of)
Sqaq Qaċċawiet
Sqaq il-Grawnd
Triq iċ-Ċern
Triq il-Knisja (part of)
Triq il-Fortizza tal-Grazzja (part of)
Triq San Ġakbu
Fil-preżent, bil-għajnuna tal-Ministeru tiegħi, id-Dipartiment tal-Gvern Lokali qed jgħaddi s-somma ta €5,900.00 sabiex tagħmel tajjeb għal parti mill-ħlas tas-salarji minħabba ċirkostanzi partikolari li għandu l-Kunsill Lokali.
Dwar l-iskemi li applika għalihom il-Kunsill Lokali, ir-riżultat ser jiġi mħabbar fil-ġranet li ġejjin u l-
commitment letter
ser titqassam sal-aħħar tas-sena. Infurmat li anke hawn, il-Kunsill Lokali tax-Xgħajra ser jibbenefika minn ammont ta’ eluf ta’ ewro.
Dan iffisser li b’mod totali, il-Kunsill Lokali tax-Xgħajra gawda minn €2,500,000 f’allokazzjoni ta’ flus u investiment dirett mill-Gvern Ċentrali. Dan apparti t-toroq li saru minn Transport Malta kif imsemmi aktar ‘l fuq. Dan huwa ċertifikat ieħor ta’ kemm kienet tajba u b’viżjoni u ta’ ġid għal kull lokalità f’Malta u Għawdex meta ttieħdet id-deċiżjoni li jitwaqqfu l-Kunsilli Lokali li rrid infakkar li dak iż-żmien, kien hemm min ma qabilx u ddeskriva t-twaqqif tal-Kunsilli Lokali bħala ħela ta’ flus.
Fl-aħħar nett, napprezza jekk l-Onorevoli Interpellant jindikali fejn u kif il-formula li biha jitqassmu l-fondi tal-Kunsilli Lokali hija żbaljata. Nistiednu wkoll sabiex jekk għandu xi suġġerimenti kif tista tittranġa din il-formula, jgħaddili dawn il-punti bil-miktub sabiex jiġu kkunsidrati.
Jista' l-Prim Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li benefikaw mill-iskema tal-Private Public Partnership biex isiru x-xogħlijiet f'toroq residenzjali din is-sena u s-sena l-oħra? Liema kienu it-toroq f'kull lokalità? Kemm ġiet tiswa kull triq? Kemm ħareġ flus il-kunsill għal kull triq li saret? Kemm ħareġ il-gvern ċentrali għal kull triq li saret?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38292 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttra, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 38059, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar min allura jkun ta l-permessi neċessarji biex il-camera msemmija titwaħħal? Jista' jagħti informazzjoni dwar jekk tali surveillance camera, hix ukoll vijabli bħala camera biex joħorġu ċitazzjonijiet? Barra minn hekk, jista' jagħti tagħrif dwar liema kunsill lokali għandhom surveillance cameras fil-lokalità tagħhom, u fejn huma stallati dawn l-istess cameras? Min approva dawn il-cameras?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant ikun aktar speċifiku meta jillokalizza l-camera li qed jirreferi għaliha. Mill-informazzjoni li għandi mill-Kunsilli Lokali tal-Imdina u tar-Rabat, l-unika camera li hemm fl-inħawi tinsab fi Pjazza Mario Galea Testaferrata, fil-parking area ta’ Ġnien Howard biswit il-bandli barra mis-sur tal-Imdina.
Jekk l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għal din il-
camera
partikolari, ninfurmah li din kienet approvata mill-Kumitat Konġunt ta’ Birkirkara u llum taqa’ fir-responsabbiltà tal-Kumitat Reġjonali Tramuntana. Din il-
camera
timmonitorja l-parkeġġ u tintuża biex jinħarġu ċitazzjonijiet fuq parkeġġ irregolari.
Intant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’
cameras
fil-lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex, kif provduta mingħand il-Kumitati Reġjonali.
Private Public Partnership — rikostruzzjoni tat-toroq
Question
Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif fuq kemm kienu l-kunsilli lokali li daħlu għal PPP fuq rikostruzzjoni tat-toroq mit-twaqqif tagħhom cioè minn meta bdiet l-iskema? Kemm ingħataw fondi mill-Gvern Ċentrali lil kull kunsill lokali taħt il-ftehim tal-PPP tat-toroq u jista’ jgħid jekk din l-iskema tal-PPP kenitx tikkaverja rikostruzzjoni tal-bankini u tas-servizzi? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull kunsill fuq bini ta’ bankini u tas-servizzi anċillari jekk ma kienux ikkaverjati taħt il-ftehim tal-PPP?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li jelenka l-Kunsilli Lokali li bbenefikaw mis-sistema ta’ Public Private Partnership ta’ toroq u l-fondi li ngħataw sa issa kif ukoll kemm fadal jingħataw mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sistema ta’ Public Private Partnership tat-toroq tkopri
resurfacing
ta’ toroq u mhux rikostruzzjoni. Dan peress li tal-aħħar mhux kompitu tal-Kunsilli Lokali iżda ta’ Transport Malta.
Ninfurmah ukoll li s-sistema ma tkoprix rikostruzzjoni ta’ bankini u tkopri parti mill-ispiża tas-servizzi. Għaldaqstant id-Dipartiment għall-Gvern Lokali qiegħed jiġbor din l-aħħar parti tal-informazzjoni mitluba mingħand il-Kunsilli Lokali nfushom permezz ta’ Memo 53/2012. Inkun nista’ npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra din l-informazzjoni hekk kif dan l-eżerċizzju jkun komplut.
La darba kien hemm ftehim bejn il-Gvern Ċentrali u l-kunsilli lokali fuq il-PPP tat-toroq, jista' l-Prim Ministru jgħid x’inhi l-linja gwida tad-dipartiment tal-kunsilli lokali fuq l-għoli tal-asphalt li jidher li ħoloq xi disgwid fuq l-implimentazzjoni tal-progett tal-PPP f’xi lokalitajiet , fejn kuntratturi kaxkru saqajhom biex ikomplu jew jibdew xi xogħol fuq it-toroq għaliex iħossu li ma jifdux l-ispejjeż li żdiedu minn mindu kien iffirmat il-kuntratt tal-PPP?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-uniċi linji gwida ta’ materja teknika li jagħti d-Dipartiment għall-Gvern Lokali qegħdin mal-kuntratt specimen tar-resurfacing tal-iskema tal-Public Private Partnership. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan id-dokument.
Huwa fl-obbligu tal-perit li l-Kunsill obbligat iqabbad biex jieħu ħsieb ix-xogħol tat-toroq tal-PPP, biex permezz tas-superviżjoni tiegħu, mgħejjun minn riżultati ta’ testijiet li mistenni li jkun qed jieħu, li jara li l-parametri tekniċi tal-
workmanship
u materjal li jintuża, jiggarantixxu kwalità ta’ xogħol biex jagħti triq lir-residenti tal-lokal li tkun mistennija sservi għal numru ta’ snin.
Il-perit imqabbad mill-Kunsill Lokali fuq il-proġett tal-PPP għandu l-obbligu li ma jiċċertifika l-ebda ħlas fuq xogħol tal-PPP jekk dan ma jilħaqx il-livelli tekniċi stabbiliti skont l-ispeċifikazzjonijiet tar-
resurfacing
tat-toroq kif jitlob ir-regolatur tat-toroq li huwa
Transport Malta
.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti informazzjoni fuq, liema kienu l-kunsilli lokali li qabel l-elezzjoni tal-kunsilli lokali ta’ Marzu , 2012 ipproġettaw nefqa tas-sena li hija akbar mid-dħul li ġej mill-allokazzjoni? Kemm kienet din in-nefqa proġettata u kemm kienet akbar mill-allokazzjoni għas-sena 2012? Jista' jgħid kienx hemm xi kunsilli lokali u min huma dawn il-kunsilli lokali li minkejja li pproġettaw nefqa akbar mill-allokazzjoni, kellhom xi kontijiet oħra pendenti li ma ġewx ipproġettati fil-business plan tas-sena 2012 imma ġew maħruġa wara l-elezzjoni tal-kunsilli lokali matul is-sena 2012?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali permezz ta’ Memo 50/2012 maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti informazzjoni jekk kienx hemm kunsilli lokali u min huma li matul dawn l-aħħar sentejn għamlu investiment fil-binja tal-kunsill lokali u/jew inkella bidlu l-binja tal-uffiċċju amministrattiv? Wara li sar dan l-investiment fil-bidla tal-uffiċċju , hux minnu li hemm xi kunsilli lokali li minkejja intefqu l-fondi, għad li l-kamra sanitarja mhix aċċessibli għal ħaddiema bi bżonnijiet speċjali? Id-dipartiment tal-kunsill lokali għamel xi checking fil-binjiet tal-kunsilli lokali biex jara kemm huma aċċessibli l-kunsilli lokali? Jekk iva , x’ihnuma r-riżultati?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali permezz ta’ Memo 51/2012 maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema kunsilli lokali kellhom kuntratti skaduti tas-servizzi qabel l-elezzjoni tal-kunsilli lokali ta’ Marzu , 2012? Liema kienu dawn il-kunsilli lokali? Kemm kien ilhu l-kuntratt skadut u jekk kienx hemm xi kunsilliera fil-kunsill lokali li kienu qraba tal-persuna li kien jagħti xi servizz li kellu l-kuntratt skadut?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali permezz ta’ Memo 52/2012 maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm karozzi mal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? X'inhuma n-numri tar-reġistrazzjoni ta' dawn il-karozzi? Kemm minn dawn il-karozzi huma monitored bis-sistema tad-Datatrak u kemm mhumiex hekk monitored? Liema huma dawk il-vetturi li għandhom d-Datatrak?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fid-Dipartiment tas-Servizzi Korrettivi li jinkludi wkoll il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemm 19 (dsatax)-il vettura.
Tlieta minn dawn il-vetturi huma monitored bis-sistema tad-Datatrak iżda għal raġunijiet ta’sigurtà mhux qed jiġu identifikati.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema kunsilli lokali għandhom persuni impjegati jew kuntrattati biex jagħmluha ta' events coordinators?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali permezz ta’ Memo 47/2012 maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders (x'kienet id-direct order, kemm swiet u lil min ingħatat) f'dawn l-aħħar tliet xhur u jagħti d-dettalji relattivi?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 38100, jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar liema kunsilli lokali kellhom surplus fil-working capital tagħhom fl-aħħar tal-2011? Kif inbidlu dawn is-surpluses fl-aħħar ta' Marzu, fl-aħħar ta' Ġunju 2012? Fejn l-informazzjoni daħlet ukoll għal Settembru 2012, jista' jagħti ukoll l-informazzjoni għal dan il-perjodu?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar mingħand il-Kunsilli Lokali permezz ta’ Memo 48/2012 maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u għaldaqstant tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.