Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex — Skola Agius De Soldanis

Question

Tista' l-Ministru tgħid għal liema raġuni l-laboratorju fl-Iskola Agius De Soldanis, Girls Junior Lyceum f'Għawdex sal-lum m'huwiex aċċessibbli għal studenti li huma wheelchair bound? Kif tista' studenta Għawdxija li tattendi l-iskola u li hija wheelchair bound tagħmel l-eżami annwali tal-prattika fil-Home Economics, meta m'hemmx il-faċilitajiet biex hija tkun tista' tagħmel dan it-test tal-prattika? Taħseb l-Ministru li s-soluzzjoni mogħtija hi li ma tagħmilx l-eżami u tingħata average mark jew tagħmel biss l-eżami bil-miktub u tinqatgħalha 10% mill-marki li ġġib, huma soluzzjonijiet inġusti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-iskola Sekondarja tal-Bniet fil-Kulleġġ t’Għawdex hija aċċessibli għal studenti b’diżabilita inkluż dawk li huma ‘wheelchair bound’. Fl-iskola hemm ‘lift’ li jipprovdi aċċessibilita’ sħiħa għall-klassijiet, għall-laboratorji, għas-swali u għall-grawnds li jinsabu mifruxin madwar l-iskola. L-Iskola Sekondarja Bniet fil-Kulleġġ ta’ Għawdex/id-Dipartiment tal-Edukazzjoni qegħdin jipprovdu: · LSA ‘full-time’ ‘one-to-one’ mal-istudenta koncernata. F’dawk il-jiem meta l-istudenta tkun assenti, din l-LSA issegwi l-lezzjonijiet, tieħu nota tagħhom, sabiex imbagħad tkun tista’ tgħaddihom lill-istudenta; · ‘Food Lab’ fejn l-istudenta għandha aċċessibilita’ għal bank li fih jista’ jidħol il-‘wheelchair’. Fuq dan il-bank, l-istudenta tagħmel xogħolijiet prattiċi bħal tqaxxir u tqattigħ ta’ ħxejjex tal-borma u frott. Il-Fondazzjoni tal-Iskejjel ta’ Għada flimkien mad-Dipartiment li jipprovdi Servizzi għall-Istudenti jinsabu f’kuntatt mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni B’Diżabilita sabiex ikunu iggwidati dwar possibilitajiet oħra rigward aċċessibilta’ u sabiex dawn jiġu implimentati fl-iskola msemmija.

Università tat-Tielet Età — persuni li jattendu

Question

Tista' l-Minsitru tagħti informazzjoni dwar kemm hemm persuni li qed isegwu xi kors universitarju bħala parti mit-tagħlim fl-Università tat-Tielet Età? F'liema korsijiet qed jipparteċipaw dawn il-persuni li qed jattendu dawn il-korsijiet?

Response (CRISTINA, DOLORES)

619 –il persuna qed jattendu l-Università tat-Tielet Età, 568 f'Malta u 51 ġewwa Għawdex. Hemm tliet ċentri – tnejn f'Malta, ġewwa l-Furjana u ġewwa Tas Sliema u wieħed f'Għawdex. Għalkemm l-Università tat-Tielet Età tagħmel parti miċ-Ċentru Ewropew tal-Ġerontologija, fl-Università ta' Malta, ma tagħtix korsijiet universitarji. Il-membri jistgħu jattendu għal 16-il study unit fiċ-ċentru tal-Furjana, 8 fiċ-ċentru f'Tas Sliema u 4 f'Għawdex. Kull study unit jieħu 8 lezzjonijiet ta' sagħtejn –il waħda. Wieħed ma jistax igħid kemm nies jipparteċipaw f'kull study unit għax l-attendenza m'hijiex obbligatorja.

Marsa — Spencer Hill - postijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il post għandu l-gvern ġo Spencer Hill fil-Marsa? Kemm minnhom huma vojta? Il-gvern għandu xi ħsieb li jikrihom u/jew ibiegħhom jew għandu ħsieb li jagħmel użu minnhom huwa stess? Dawn jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Artijiet jew taħt l-Awtorità tad-Djar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat peress li dawn il-propjetajiet jaqgħu taħt id-Dipartiment tal-Artijiet.

Eżamijiet — studenti

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra: a) kemm kien hemm studenti fit-tmiem tas-sena skolastika 2008 - 2009 li qagħdu għall-eżamijiet tas-Sec (ekwivalenti għall-O Levels Brittanniċi) maqsumin skont is-sess; b) kemm kien hemm studenti li fis-sena skolastika 2008-2009 temmew il-Form 5 maqsumin skont is-sess; ċ) kemm kien hemm studenti li fis-sena skolastika 2010-2011 irrepetew l-ewwel sena tal-kors tagħhom f'waħda mill-istituzzjonjiet edukattivi post-sekondarji maqsumin skont kull istituzzjoni edukattiva post-sekondarja; d) kemm kien hemm studenti li fit-tmiem tas-sena skolastika 2010-2011 qagħdu għall-eżamijiet tal-Matsec, maqsumin skont is-sess?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Università/MCAST/ITS — studenti fil-korsijiet

Question

B'referenza għall-Università, l-MCAST u l-Istitut għall-Istudji Turistiċi, tista' l-Ministru tindika: a) in-numru ta' studenti li daħlu għall-ewwel sena tal-kors tagħhom fis-sena edukattiva 2010/2011 maqsumin skont is-sess u l-istituzzjoni edukattiva; b) in-numru ta' studenti li daħlu għall-ewwel sena tal-kors tagħhom fis-sena edukattiva 2011/2012 maqsumin skont is-sess u l-istituzzjoni edukattiva; ċ) in-numru ta' studenti li daħlu għall-ewwel sena tal-kors tagħhom fis-sena edukattiva 2010/2011 imma li rriżenjaw/telqu/abbandunaw il-kors tagħhom u dawn maqsumin skont is-sess u l-istituzzjoni edukattiva; u d) in-numru ta' studenti li daħlu għall-ewwel sena tal-kors tagħhom fis-sena edukattiva 2011/2012 imma li rriżenjaw/telqu/abbandunaw il-kors tagħhom u dawn maqsumin skont is-sess u l-istituzzjoni edukattiva?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Studenti li daħlu għall-korsijiet edukattivi

Question

B'referenza għal kull istituzzjoni post-sekondarja, tista' l-Ministru tindika: a) in-numru ta' studenti li daħlu għall-ewwel sena tal-kors tagħhom fis-sena edukattiva 2011/2012 maqsumin skont is-sess u l-istituzzjoni edukattiva post-sekondarja; u b) in-numru ta' studenti li sal-1 ta' Diċembru, 2011 irriżenjaw/telqu/abbandunaw il-kors tagħhom u dawn maqsumin skont is-sess u l-istituzzjoni edukattiva post-sekondarja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Studenti li rriżenjaw minn istituzzjoni u rreġistraw għal oħra

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30825, tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra kemm kienu l-istudenti li rriżenjaw minn istituzzjoni biex irreġistraw f'istituzzjoni edukattiva oħra jekk wieħed jieħu s-sena edukattiva kurrenti? Minn liema istituzzjoni għal liema istituzzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-istituzzjonijiet m’għandhomx aċċess għal informazzjoni dwar l-għażliet tal-istudenti wara li jkunu rreżenjaw minn xi kors. L-istudenti li jirriżenjaw ma jagħtux informazzjoni dwar l-għażliet tagħhom.

MCAST — Canteen - prezzijiet

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra x'qed isir biex jiġi assigurat li l-prezzijiet li bihom jinbiegħu prodotti bażiċi fil-canteen tal-MCAST ikunu raġjonevoli u ġusti? Jekk wieħed iqis li flixkun Coca jiswa €1.50, flixkun ilma jisma €0.80, doughnut tiswa €1.20, ħobża tiswa €2.00, ċikkulata Bounty tiswa €0.70 fost oħrajn, ma taħsibx li l-prezzijiet għandhom ikunu aktar affordabbli għall-istudenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-prezzijiet tal-ikel offrut mill-canteen tal-MCAST kienu stabbiliti fid-dokument tat-tender għall-għoti ta’ dan is-servizz. Skont l-istess speċifikazzjonijiet ta’ dan it-tender, kull tibdil f’dawn il-prezzijiet irid isir bl-approvazzjoni tal-MCAST. Għaldaqstant l-MCAST sejra tinvestiga l-informazzjoni mogħtija f’din il-mistoqsija biex tara jekk kienx hemm tibdil fil-prezzijiet li ma kienx awtorizzat.

applikazzjonijiet għal post alternattiv

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li applikaw għal post alternattiv u jgħixu f'post substandard u kkundannat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Awtorità tad-Djar għandha 34 applikazzjoni pendenti għall-akkomodazzjoni alternattiva minn applikanti li jgħixu f’post b’xi forma ta’ periklu imma mhux neċessarjament f’post substandard.

Proġetti ta' slum clearance

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma l-proġetti li huma milqugħa għall-proġett ta' slum clearance? Fejn jinsabu? Meta mistennija jibdew dawn il-proġetti? Meta saret l-applikazzjoni quddiem l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 26520.

Manteniment

Question

Tista' l-Ministru tara l-ilment tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, fejn din qed tħoss li b'€233 manteniment ma tistax tlaħħaq u taħseb li hemm xi żball?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-persuna imsemmija minnu se tingħata l-informazzjoni kollha miltuba minnha fil-jiem li ġejjin.

Suppliment ta' Lulju

Question

Tista' l-Ministru tara kif il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, li applikat għas-supplimentari, ta' April ħadithom imma ta' Lulju le?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Ċekk ta' persuna li ntilef

Question

Jista' l-Ministru jara li jinħareġ iċ-cheque li kien intilef u minkejja li għaddew ġimgħatejn il-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, għadha ma rċeviet xejn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-persuna kkonċernata ntbgħatilha ċekk ġdid minflok dak li ma rċevietx.

informazzjoni dwar adozzjoni ta' tfal

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm adozzjonijiet saru minn Jannar 2009 sal-lum, inkluż minn liema pajjiżi ġew adottati t-tfal, pajjiż, pajjiż?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

taħriġ ta' first aid lill-għalliema

Question

Tista' l-Ministru tgħid min jagħti t-taħriġ, jekk jingħata, lill-għalliema ħalli dawn ikunu jistgħu jagħtu first aid jekk ikun hemm il-bżonn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li taħriġ fil-First Aid ingħata lill-għalliema interessati minn għaqdiet akkreditati fil-First Aid, bħal Malta Red Cross, St. John Ambulance Malta u l-Emergency First Response. Il-Health and Safety Unit offra taħrig għall-għalliema kollha tal-Health and Safety f’Lulju u Settembru tal-2010. Iċ-ċertifikat li ngħata lill-għalliema huwa validu għal tliet snin u t-taħriġ ingħata mill-Malta Red Cross .

Aġenzija Sapport — għajnuna lil persuni b'diżabilità fil-komunità

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni b’diżabilità jistennew biex jibdew jingħataw servizz mill-Aġenzija Sapport fil-komunità wara li ġie approvat li jkollhom persuna li tagħtihom tant sigħat fil-ġimgħa bħala servizz fil-komunità?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li hemm seba’ u tletin (37) persuna jistennew li jingħataw is-servizz fil-komunità wara li ġie approvat li jkollhom persuna li tagħtihom tant sigħat fil-ġimgħa bħala servizz fil-komunità.

Servizz fil-komunità

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il ġimgħa jrid jistenna klijent wara li jiġi approvat lilu li jkollu persuna li tagħtih tant sigħat fil-ġimgħa ta’ servizz fil-komunità mill-Aġenzija Sapport?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Aġenzija SAPPORT tinforma li m’hemmx numru ta’ ġimgħat stipulati bejn iż-żmien minn meta jiġi approvat is-servizz u meta jibda jingħata l-istess servizz. L-Aġenzija tagħmel l-almu tagħha biex is-servizz jibda jiġi provdut mill-aktar fis possibbli, dejjem skont il-prijoritajiet u l-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilita. F’dan il-Budget żdiedu ir-riżorsi u għalhekk iktar persuni b’diżabilità se jgawdu minn dan is-servizz.

studenti b'diżabilità — studju waqt il-ħin tal-iskola

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk jingħatax sapport fil-komunità biex studenti b’diżabilità, li fil-ħin tal-iskola jkollhom full-time Learning Support Assistant ikunu jistgħu jagħmlu l-homework u jistudjaw id-dar, meta dawn ma jistgħux jagħmlu dan waħedhom minħabba d-diżabilitajiet li jkollhom u meta x-xogħol jiżdied ħafna speċjalment minn Form 3 sa Form 5 fl-iskola sekondarja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Infurmata li d-Direttorat għal Servizzi Edukattivi m’għandux programm wara l-ħin tal-iskola li jgħin it-tfal bil-homework. L-iskola tagħti gwida u struzzjonijiet ta’ dak li għandu jsir id-dar. Dan japplika ukoll għall-studenti li għandhom diżabilità.

Istitut għall-Istudji Turistiċi — Affiljazzjoni mal-BICS

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm qed tiswa lill-Istitut għall-Istudji Turistiċi f’termini finanzjarji l-affiljazzjoni mal-British Institute of Cleaning Science (BICS)? Kemm hemm lecturers involuti f’din l-affiljazzjoni? Dawn jitħallsu separatament għal dan ix-xogħol? Kemm kien hemm safriet marbuta ma' din l-affiljazzjoni minn staff tal-ITS? Meta saru s-safriet, kemm kien hemm lecturers li siefru u x'kien l-iskop tas-safar? X’benefiċċju qed jieħu l-Istitut u l-istudenti minn din l-affiljazzjoni?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pembroke — Laboratorju tal-Cleaning Sciences

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm sewa flus biex isir il-Laboratorju tal-Cleaning Sciences, fil-kumpless Martin Luther King, Pembroke, tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Meta nfetaħ? Kif qed jiġi utilizzat bħalissa? Hemm xi ħsieb li dan jiġi estiż jew isir xi investiment fih? Jekk iva, x'inhu l-pjan? X’benfiċċji qed jieħdu minnu l-istudenti u l-istaff akkademiku?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Laboratorju tal-Cleaning Sciences ġie jiswa €5743.74. Infetaħ fl-2009. Bħalissa qed jiġi utilizzat għal taħriġ ta’ studenti fil-qasam tat-tindif. Ma hemm l-ebda ħsieb għal aktar investiment. L-istaff akkademiku għandu faċilitajiet adattati għat-taħriġ tal-istudenti. Il-benefiċċji għall-istudenti huma li jistgħu jiġu mħarrġa b’faċilitajiet u sistemi adattati u f’ambjent li huwa bla periklu u attrezzat.