Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' direct orders li ħareġ il-Ministeru u kull entità li taqa' taħtu mis-sena 2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? L-informazzjoni għandha tinkludi l-valur tad-direct order, min pprovda s-servizz jew oġġetti (kumpanija/individwi) u x'kien is-servizz jew oġġett provdut.

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 526, 528, 12787, 23923 u 24418. L-informazzjoni l-oħra għadha qed tinġabar.

San Pawl il-Baħar – Telgħa tal-Imbordin — tindif

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir it-tindif b’mod regolari taħt it-triq fin-naħa ta’ isfel fit-telgħa tal-Imbordin, li jservi sabiex l-ilma tax-xita jkun jista’ jgħaddi minn naħa għal oħra tat-triq u b’hekk jiġi evitat li ssir ħsara fl-għelieqi tal-madwar hekk kif ġara matul din ix-xitwa?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li t-triq imsemmija taqa’ taħt il-konfini tal-Kunsill Lokali.

MCCAA – Complaints and Conciliation Directorate – statistika ta’ tilwim irreġistrat

Question

Jista’ jgħid a tenur tar-regolament 4 ta’ l-L.S 378.19, sena b’sena mill-2017 s’issa, kemm-il-tilwima rċieva l-Complaints and Conciliation Directorate bħala l-entità tal-ADR residwa fi ħdan l-MCCAA? Kemm minn dawn ġew konklużi? Jista’ jelenka mill-2017 s’issa n-numru ta’ tilwim li saru fl-ambitu tal-L.S. 378.19 mal-Complaints and Conciliation Directorate bħala l-entità tal-ADR residwa fi ħdan l-MCCA li kienu relatati ma’ xi servizz jew prodott fil-qasam tal-enerġija? Jekk kien hemm xi tilwim ta’ din ix-xorta, jista’ jelenka f’kull każ x’kien l-eżitu? Jista’ jelenka mill-2017 s’issa n-numru ta’ tilwim li saru fl-ambitu tal-L.S. 378.19 mal-Complaints and Conciliation Directorate bħala l-entità tal-ADR residwa fi ħdan l-MCCA li kienu relatati ma’ xi servizz jew prodott fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi? Jekk kien hemm xi tilwim ta’ din ix-xorta, jista’ jelenka f’kull każ x’kien l-eżitu? Jista’ jelenka mill-2017 s’issa n-numri ta’ tilwim li saru fl-ambitu tal-L.S. 378.19 mal-Complaints and Conciliation Directorate bħala l-entità tal-ADR residwa fi ħdan l-MCCAA li kienu relatati ma’ xi servizz jew prodott fil-qasam tal-kummerċ elettroniku? Jekk kien hemm xi tilwim ta’ din ix-xorta, jista’ jelenka f’kull każ x’kien l-eżitu?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li a tenur tar-regolament 4 tal-L.S. 378.19, mill-2017 ġew trattati u konklużi ħdax-il każ mill-Complaints and Conciliation Directorate bħala l-entita’ tal-ADR residwa fi ħdan l-MCCAA. Tlieta (3) ġew trattati fl-2018, sitta (6) ġew trattati f-2019, wieħed (1) ġie trattat fl-2020 u wieħed (1) ġie trattat fl-2021. Mill-2017 s’issa, ma kien hemm l-ebda każ ta’ tilwim li saru fl-ambitu tal-L.S. 378.19 mal-Complaints and Conciliation Directorate bħala entità tal-ADR residwa fi ħdan l-MCCAA li kienu relatati ma’ xi servizzi jew prodotti fil-qasam tal-enerġija. Mill-2017 s’issa, in-numru ta’ tilwim li saru fl-ambitu tal-L.S. 378.19 mal-Complaints and Conciliation Directorate bħala entità tal-ADR residwa fi ħdan l-MCCAA li kienu relatati ma’ xi servizzi jew prodotti fil-qasam tal- komunikazzjonijiet elettroniċi, kien jammonta għal seba’(7) każijiet kif spjegat hawn taħt: · L-ewwel każ - konsumatur ġie kumpensat €180 minħabba servizz tal-internet mhux għas-sodisfazzjon tiegħu; · It-tieni każ - konsumatur ingħata SIM card ġdida u kreditu ta’ €5; · It-tielet każ – dan il-każ kien jirrigwardja roaming charges fejn il-konsumatur ingħata €155 bħala kreditu; · Ir-raba’ każ – il-konsumatur ingħata ċekk filwaqt li ż-żewġ numri ċellulari tiegħu ġew ittoppjati; · Il-ħames każ - kumpanija tat-telekomunikazzjoni rrifondat is-somma ta’ €60 lill-konsumatur; · Is-sitt każ - ilkonsumatur ġie kkreditat s-somma tà €70 fil-kont tiegħu; u · Is-seba’ każ – ingħatat rifużjoni tà €200 lill-konsumatur. Mill-2017 s’issa, ma kien hemm l-ebda każ ta’ tilwim li saru fl-ambitu tal-L.S. 378.19 mal- Complaints and Conciliation Directorate bħala entita’ tal-ADR residwa fi ħdan l-MCCAA li kienu relatati ma’ xi servizzi jew prodotti fil-qasam tal-kummerċ elettroniku. Ninforma wkoll lill-Onorevoli Interpellant li l-MCCAA introduċiet proċedura ġdida mill-aħħar tà Settembru 2021. Dan sar permezz ta’ proġett kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea b’baġit tà €120,000 fejn fost inizzjattivi oħra ġiet żviluppata sistema tal-IT dedikata għall-ADR u ġew appuntati żewġ uffiċjali tal-ADR wara li saret emenda fil-Leġislazzjoni Sussidjarja 378.19 sabiex tiġi assigurata l-indipendenza u l-imparzjalità tà dawn l-Uffiċjali.

Malta Film Commission – Budget għall-Malta Film Awards 2022

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24431 u ċjoè jista' jgħid x’kien l-ammont sħiħ previst bħala l-budget għall-Malta Film Awards 2022 organizzat mill-Malta Film Commission u jgħid ukoll kif dak l-ammont kien previst li jintnefaq u ċjoè x’kienu l-ammonti previsti għal kull item?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Malta Film Commission — Malta Film Awards

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24432 u ċjoè jista' jgħid x’kien l-ammont sħiħ li ntnefaq għall-Malta Film Awards 2022 organizzat mill-Malta Film Commission u jgħid ukoll kif dak l-ammont intnefaq u ċjoè x’kienu l-ammonti li ntnefqu għal kull item?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24603.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — Infiq fuq materjal ta' reklamar

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont li ntnefaq mill-Ministeru fuq materjal ta' reklamar inkluż fuq billboards, reklami fil-gazzetti, reklami fuq social media u leaflets jew pubblikazzjonijiet oħrajn li tqassmu fid-djar għal kull xahar bejn Jannar 2020 u Jannar 2022?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Jannar 2020 u Jannar 2022 il-Ministeru nefaq is-somma ta’ ftit aktar minn €48,700.

Attività tal-Malta Film Awards — Infiq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24496 u ċjoè jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm swiet l-attività 'Malta Film Awards' li seħħet nhar is-Sibt 29 ta' Jannar, 2022? Jista’ jagħti dan ir-rendikont billi juri item b'item kemm sewa kull dettall?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Attività tal-Malta Film Awards — Infiq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24497 u ċjoè jagħti t-total ta’ kemm swiet l-attività Malta Film Awards li seħħet is-Sibt 29 ta' Jannar, 2022?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 24611.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur– ħaddiema li jagħmlu xogħol f'Għawdex u Kemmuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, u anke tal-kuntrattur, li jagħmlu xogħol f'Għawdex u Kemmuna? X’inhu x-xogħol ta’ kull wieħed u waħda minn dawn il-ħaddiema, x’inhu l-grad tagħhom, fejn - bħala post - jaqdu d-dmirijiet tagħhom u kemm ilhom jaħdmu f'Għawdex u Kemmuna?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox hemm 29 ħaddiem li jaqgħu taħt il-Ministeru u li qegħdin jagħmlu xogħol f’Għawdex u Kemmuna. L-Istitut għall-Istudji Turistiċi għandu 9 ħaddiema, l-MCCAA għandha 4 ħaddiema, filwaqt li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għandha 16-il ħaddiem. Dawn il-ħaddiema ġew impjegati bejn l-2002 u l-2020.

MCCAA – sħubija f’entitajiet internazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid ma’ kemm-il entità internazzjonali hi msieħba l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) jew l-entitatijiet li jagħmlu parti minnha? F’kull każ jista’ jgħid liema hi l-entità internazzjonali, kemm titħallas bħala fee annwali għas-sħubija inkwistjoni u x’inhu l-għan aħħari wara kull sħubija? Jista' jgħid matul l-2021 jekk ingħatatx xi għajnuna lill-għaqdiet tal-konsumaturi, u jekk iva, jista’ jgħid f’kull każ lil liema għaqda ngħatat tali għajnuna u fiex kienet tikkonsisti?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Malta Film Commission – Budget għall-Malta Film Awards 2022

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-ammont sħiħ previst bħala l-budget għall-Malta Film Awards 2022 organizzat mill-Malta Film Commission u jgħid ukoll kif dak l-ammont kien previst li jintnefaq u ċjoè x’kienu l-ammonti previsti għal kull item?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Malta Film Commission – Malta Film Awards 2022

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-ammont sħiħ li ntnefaq għall-Malta Film Awards 2022 organizzat mill-Malta Film Commission u jgħid ukoll kif dak l-ammont intnefaq u ċjoè x’kienu l-ammonti li ntnefqu għal kull item?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Attività tal-Malta Film Awards — Infiq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm swiet l-attività 'Malta Film Awards' li seħħet nhar is-Sibt 29 ta' Jannar, 2022? Jista’ jagħti dan ir-rendikont billi juri item b'item kemm sewa kull dettall?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Seba’ Distrett u 12-il Distrett Elettorali – Proġetti u xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-proġetti u xogħlijiet li hu mistenni li jibdew matul din is-sena fil-lokalitajiet tas-7 distrett (Ħad-Dingli, Ħaż-Żebbuġ, l-Imġarr, l-Imtarfa, ir-Rabat) u tat-12-il distrett (Mellieħa, Naxxar, San Pawl il-Baħar), u li se jkunu ffinanzjati mill-Ministeru u/jew mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu? Fiex waslu l-preparamenti biex ikunu jistgħu jibdew u jitlestew dawn il-proġetti u xogħlijiet?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġetti u x-xogħlijiet li mistennija jibdew din is-sena jinkludu: · Installazzjoni ta’ sinjali informattivi għat-trails f’Ħaż-Zebbuġ u l-Imtarfa · Riġenerazzjoni tal-Pjazza tal-Mellieħa u l-madwar · Restawr tas-Salib tal-Pellegrini fil-Mellieħa · Immodernizzar tal- promenade tal-Mellieħa · Sistema ġdida tad-dawl għall-Knisja Parrokkjali tan-Naxxar · Għajnuna lill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar fil-proġett tal-Belvedere, fit-tisbiħ taż-żona ta’ ħdejn il-Gillieru, fit-titjib tal-passaġġ ħdejn it-Torri ta’ Wignacourt, fil-proġett taż-żona tas-Salt Pans u fil-proġett ta’ Triq il-Luzzu · Tisbiħ tal-Pjazza ta’ Buġibba · L-amministrazzjoni ta’ numru ta’ bajjiet mill-Awtorita’ Maltija tat-Turi¿mu bejn Ġunju u Settembru fosthom l-Għadira, il-Bajja tal-Mixquqa, Golden Bay, Buġibba Perched Beach u l-ponta tal-Qawra · Appoġġ lil Nature Trust fir-rigward tat-twaqqif tal-ewwel park marittimu fiċ-Ċirkewwa. Il-Fondazzjoni taż-Żoni Turistiċi ser twettaq ukoll xogħlijiet ta’ manutenzjoni, tindif u tiswijiet regolari li ħafna minnhom jkunu diskussa mal-Kunsilli Lokali rispettivi u aġenziji oħra. Il-Fondazzjoni għaddejja ukoll bi proċess ta’ konsultazzjoni ma’ diversi stakeholders relatat mal-preparazzjoni ta’ dokument dwar il-Pjan ta’ Riġenerazzjoni taż-Żona ta’ San Pawl il-Baħar, Buġibba, Qawra u Xemxija.

MCCAA – Direttur-Ġenerali (Kompetizzjoni) — rikors

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rikors maħluf ġie ppreżentat kontra d-Direttur-Ġenerali (Kompetizzjoni) fl-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur ai termini tal-artiklu 14 tal-Kap. 379? Meta ġew ippreżentati dawn ir-rikorsi maħlufin u x'kien l-eżitu tagħhom?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninsab infurmat li ma ġie ppreżentat l-ebda rikors maħluf kontra d-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) ai termini tal-artiklu 14 tal-Att Dwar il-Kompetizzjoni

Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur – direct orders

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders kollha li ġew approvati mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tiegħu matul l-2022, l-ammont tagħhom u l-iskop għal xiex ingħataw ?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ingħataw l-ebda direct orders fil-perjodu msemmi.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — reklam fil-Gazzetta KullĦadd

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew xi entità li taqa' taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għamlitx reklam fl-edizzjoni tal-gazzetta KullĦadd tas-16 ta' Jannar 2022 fl-okkażjoni tas-sentejn mill-ħatra ta' Robert Abela bħala Prim Ministru? Jekk iva, min approva dan ir-reklam u kemm ġie jiswa?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li, bħalma jiġri spiss matul is-sena, varji mezzi tal-midja u l-komunikazzjoni jiġu għand il-Ministeru u l-entitajiet tiegħu jitolbuna biex nirreklamaw magħhom dwar ħidma jew servizzi li ċittadin jista’ jirrikorri għalihom. Il-Ministeru u l-entitajiet ta’ taħtu jirreklamaw ma’ diversi mezzi tal-midja u t-talbiet isiru taħt diversi temi minn mezzi tradizzjonali bħal gazzetti, radjijiet u stazzjonijiet televiżivi, sa dawk aktar moderni, bħal portals, blogs, vlogs u websajts. Hu d-dmir tagħna li ninfurmaw u nedukaw b’mod ġenerali u mingħajr dawn il-mezzi tal-midja kieku żgur ma kienx jirnexxielna nagħmlu dan. Intant ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma sar l-ebda reklam mill-Ministeru u lanqas mill-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-edizzjoni tal-gazzetta msemmija.

MCCAA — Direttur-Ġenerali Kompetizzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rikors maħluf ġie ppreżentat mad-Direttur-Ġenerali (Kompetizzjoni) fl-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur ai termini tal-artiklu 12A tal-Kap. 379? Meta ġew ippreżentati dawn ir-rikorsi maħlufin u x'kien l-eżitu tagħhom?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninsab infurmat li d-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) ma ppreżenta l-ebda rikors ġuramentat fil-Qorti ai termini tal-artiklu 12A tal-Att Dwar il-Kompetizzjoni.

Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23125, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni kif mitluba fil-mistoqsija oriġinali u ċjoè: lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? F'kull każ jista' jgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni mitluba qegħdha fit-tabella s-segwenti: SENA ENTITÀ PROĠETT/INIZJATTIVA AMMONT 2019 ITS Mediterranean Tourism Forum €11,800 2019 MFC Sponsorship package Planet Hollywood €5,900 2019 MFC Gozo Film Festival 2019 €590 2019 MFC Location Manager Guild International Awards - Gold Sponsorship Package €5,387 2019 MFC Sponsorship of the Screen Finance Forum at FOCUS London 2019 €11,277 2019 MFC Sponsorship package of the International Emmy Gala Awards €18,036 2019 MFC Masters in Film €50,000 2019 MFC Film Grants €489,979 2019 MA International Fellowship Programmes €191,600 2019 MOT Horeca Sponsorship €5,900 2019 MOT CAPA - World Aviation Summit 2019 €40,000 2020 ITS Donation towards the purchase of a stair lift €2,250 2020 MFC Malta Music Awards €10,000 2020 MA International Fellowship Programmes €181,200 2020 MTCP Sponsorship - MA in Film Studies (2019-2022) €50,000 2020 MTCP APG Conference October 2020 €57,246 2021 MTCP Youth Faith Tourism €97,748 2019/20 ITS Malta Community Chest Fund - Tisjir mill-Qalb €1,000 2019/21 MCCAA International Fellowship Programmes €111,260 2019/21 MA International Fellowship Programmes €314,097