San Pawl il- Baħar — Lukandi/stabbilimenti turistiċi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23141 u jgħid kemm hemm lukandi, jew stabbilimenti turistiċi reġistrati mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), skont il-kategoriji differenti tal-istess MTA, fil-lokalità ta’ San Pawl il- Baħar? Kemm hu n-numru ta’ kmamar u sodod, rispettivament għal kull waħda minn dawn il-kategoriji? Jista' jgħid ukoll jekk dawn għadhomx kollha joperaw u jekk le, liema minn dawn m’għadhomx joperaw? Kemm hemm stabbilimenti/kmamar/sodod approvati mill-MTA f'San Pawl il-Baħar, li għad iridu jibdew joperaw?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23142 ujgħid kemm hemm lukandi, jew stabbilimenti turistiċi reġistrati mal- Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), skont il-kategoriji differenti tal-istess MTA, fil-lokalità tal-Mellieħa? Kemm hu n-numru ta’ kmamar u sodod, rispettivament għal kull waħda minn dawn il-kategoriji? Jista' jgħid ukoll jekk dawn għadhomx kollha joperaw u jekk le, liema minn dawn m’għadhomx joperaw? Kemm hemm stabbilimenti/kmamar/sodod approvati mill-MTA fil-Mellieħa, li għad iridu jibdew joperaw?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 23143 u jgħid kemm hemm lukandi, jew stabbilimenti turistiċi reġistrati mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, skont il-kategoriji differenti tal-istess MTA, fil-lokalità tan-Naxxar? Kemm hu n-numru ta’ kmamar u sodod, rispettivament għal kull waħda minn dawn il-kategoriji? Jista' jgħid ukoll jekk dawn għadhomx kollha joperaw u jekk le, liema minn dawn m’għadhomx joperaw? Kemm hemm stabbilimenti/kmamar/sodod approvati mill-MTA fin-Naxxar, li għad iridu jibdew joperaw?
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir fil-Ministeru biex jiġi żgurat tnaqqis fl-emissjonijiet sabiex tintlaħaq in-newtralità tal-karbonju sal-2050? Jista’ jgħid ukoll kif qed jiġu rreġistrati l-emissjonijiet fil-Ministeru u jipprovdi rendikont ta' dawn l-emissjonijiet?
Awtorità Maltija għat-Turiżmu – Proġetti Ii ser jinbdew
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema proġetti infrastrutturali mistennija jinbdew matul is-sena 2025, li għalihom hi responsabbli l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA)? Fejn jinsabu dawn il-proġetti?
Awtorità Maltija għat-Turiżmu – Proġetti li ser jitlestew
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema proġetti infrastrutturali mistennija jitlestew matul is-sena 2025, li għalihom hi responsabbli l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA)? Fejn jinsabu dawn il-proġetti?
Jista’ l-Ministru jgħid kif tqassmu l-fondi allokati lid-diversi entitajiet u/jew individwi relatati ma’ Christmas in Gozo 2024, kif ukoll jispeċifika l-ammont eżatt mogħti lil kull entità u/jew individwu, kif ukoll fuq liema kriterji ġie deċiż kemm għandhom jingħataw fondi?
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta’ reviżjoni tal-policy nazzjonali għat-turiżmu? Jista’ l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar meta se tiġi ppreżentata għal konsultazzjoni u diskussjoni?
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika – Awtoritajiet u korporazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-awtoritajiet u l-korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid ukoll min huma ċ-chairpersons, diretturi, u chief executive officers ta' kull waħda minnhom u x'inhuma s-salarji u benefiċċji oħra ta' kull wieħed minnhom?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent ma hemm korporazzjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika. Intant, din hija l-informazzjoni relatata mal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu.
Isem
Rwol
Gulia Gavin
Chairman
Micallef Carlo
Chief Executive Officer
Fsadni Kevin
Vella Leslie
Chief Officers
Azzopardi Bryan
Borg Marika
Bruno Kearon
Grima Arthur
Mifsud David
Zammit Andre’
Directors
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21647 fl-intier tagħha u jelenka kull nefqa li saret b'rabta mal-attivitajiet li saru fil-Port il-Kbir matul is-sena 2024?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant lin-nefqa kienet waħda li tinkorpora s-servizzi mogħtija biex ittellgħa l-Malta International Fireworks Festival fl-intier tiegħu, u mhux marbuta ma’ attivita’ partikolari.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 21689, 22550 u 23037 li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali rispettivament u jgħid minn meta nfetaħ Ġnien Kottonera f’Bormla f’2007, x’kienet il-manutenzjoni li saret f’dan il-ġnien u kemm intefqu flus sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika — Direttivi tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’direttivi tal-Unjoni Ewropea ġew implimentati mill-Ministeru tiegħu matul din is-sena 2024 u liema huma dawk li għadhom pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa l-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika m’għandu l-ebda Direttiva bi skadenza għat-traspożizzjoni li taħbat fis-sena 2024 u għalhekk m’għandu l-ebda Direttiva li għadha pendenti.
Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika jagħti tagħrif dwar l-implimentazzjoni tal-Long Term Waste Management Plan, bil-għan li jonqos l-iskart iġġenerat, jiġu introdotti sistemi avvanzati ta' pproċessar tal-iskart u jinħolqu opportunitajiet ġodda ta' negozju fis-settur? Jista' jipprovdi dettalji dwar l-istat ta' dan il-pjan u tqassim tan-nefqa għas-snin 2022, 2023 u 2024?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Indafa Pubblika jagħti tagħrif dwar il-ħidma fuq il-proġett pilota ta' underground refuse collection u metodi innovattivi kif jinġabar l-iskart? Jista’ jipprovdi dettalji dwar l-implimentazzjoni ta' dan il-proġett u dwar it-tqassim tan-nefqa għas-snin 2022, 2023 u 2024?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
San Pawl il- Baħar — Lukandi/stabbilimenti turistiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm lukandi, jew stabbilimenti turistiċi reġistrati mal- Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), skont il-kategoriji differenti tal-istess MTA, fil-lokalità ta’ San Pawl il- Baħar? Kemm hu n-numru ta’ kmamar u sodod, rispettivament għal kull waħda minn dawn il-kategoriji? Jista' jgħid ukoll jekk dawn għadhomx kollha joperaw u jekk le, liema minn dawn m’għadhomx joperaw? Kemm hemm stabbilimenti/kmamar/sodod approvati mill-MTA f'San Pawl il-Baħar, li għad iridu jibdew joperaw?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm lukandi, jew stabbilimenti turistiċi reġistrati mal- Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), skont il-kategoriji differenti tal-istess MTA, fil-lokalità tal-Mellieħa? Kemm hu n-numru ta’ kmamar u sodod, rispettivament għal kull waħda minn dawn il-kategoriji? Jista' jgħid ukoll jekk dawn għadhomx kollha joperaw u jekk le, liema minn dawn m’għadhomx joperaw? Kemm hemm stabbilimenti/kmamar/sodod approvati mill-MTA fil-Mellieħa, li għad iridu jibdew joperaw?
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm lukandi, jew stabbilimenti turistiċi reġistrati mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, skont il-kategoriji differenti tal-istess MTA, fil-lokalità tan-Naxxar? Kemm hu n-numru ta’ kmamar u sodod, rispettivament għal kull waħda minn dawn il-kategoriji? Jista' jgħid ukoll jekk dawn għadhomx kollha joperaw u jekk le, liema minn dawn m’għadhomx joperaw? Kemm hemm stabbilimenti/kmamar/sodod approvati mill-MTA fin-Naxxar, li għad iridu jibdew joperaw?
B'referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 14792 u 19097, jista' l-Ministru jgħid meta huwa mistenni li jibda l-proġett tal-promenade ta' Wied il-Buni, Birżebbuġa?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett għadu fil-fażi ta’ tender.
Fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-Long Term Waste Management Plan, bil-għan li jonqos l-iskart iġġenerat, jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx introdotti sistemi avvanzati ta' pproċessar tal-iskart li ħolqu opportunitajiet ġodda ta' negozju fis-settur? Jista’ jagħti dettalji dwar l-istat ta' dan il-pjan u tqassim tan-nefqa għas-snin 2022, 2023 u 2024?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nitob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.