Ħ'Attard — Triq Victor Vassallo – Twessigħ ta’ bankina
Question
Jista' l-Ministru jgħid x’kienet ir-raġuni li twessgħat il-bankina fi Triq il-Linja kantuniera ma' Triq Victor Vassallo, f'Ħ'Attard, u kemm ġiet tiswa?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jipprovdi t-time frames ta' meta se titlesta Triq Ċejlu Tonna, il-Mosta, minħabba l-inkonvenjent li qed jinħoloq lir-residenti konsegwenza tat-trab?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet infrastrutturali f’parti minn Triq Ċejlu Tonna (bejn Triq it-Torri u Triq Ġużeppi Callus), jagħmlu parti minn xogħlijiet li għaddejjin fit-toroq tal-madwar: Triq Ġużeppi Callus, Triq it-Torri, parti minn Triq ix-Xorxa, parti minn Triq Ġlormu Cassar u Triq il-Mitħna l-Qadima. Ix-xogħlijiet huma pjanati li jitlestew sa Ġunju 2024.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħljiet Pubbliċi — Deputati tal-Oppożizzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14115, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-work from home u/jew telework u/jew remote working requests relatati mal-persuni kollha li ssemmew f’dik l-istess tweġiba għall-perjodu mill-ewwel ġurnata tal-impjieg ta’ dawn il-persuni sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14340 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx il-ħsieb illi l-faċilità tal-ħażna taż-żejt issir offshore u ma tibqax fil-Forti Ricasoli fil-Kalkara?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14339 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'passi qed tieħu biex il-faċilità tal-ħażna taż-żejt ma tibqax fil-Forti Ricasoli fil-Kalkara?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14634 u għall-intervent tiegħu fil-Parlament fejn qal li filwaqt li l-escooters li huma privati ser jitħallew, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn l-escooters jistgħux jintużaw fuq il-promenade fejn mhux permess li jintużaw ir-roti/bicycles jew inġenji oħra u jekk dawn l-escooters privati hux ser ikollhom fejn jagħmlu l-parkeġġ bħal vetturi privati? Jista’ jgħid ukoll jekk tkellimx u kkonsultax mal-kunsilli lokali b’mod partikolari ma’ dawk il-kunsilli li għandhom din il-problema?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kickscooters elettriċi jistgħu jinsaqu fuq mogħdijiet tar-riġel (inkluż dawk li ma jintużawx esklussivament għall-mixi), promenades, mogħdijiet għar-roti u żoni pedonali iżda għandu jiġi osservat il-limitu ta’ veloċità ta’ 10 km kif stabbilit fir-regolamenti.
Rigward parkeġġ tal-kickscooters privati, dan huwa diġà regolat permezz ta’ Taqsima IV tar-regolamenti u ma hemm l-ebda tibdil.
B’referenza għall-proġett tal-Pjazza Spinola u l-proġett ta’ Paceville Avenue fejn dawn kellhom jiġu pedonalizzati kif kien ħabbar il-Ministru għat-Turiżmu, jista’ l-Ministru jgħid fejn wasal dan il-proġett?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jagħti elenku ta' kull pedestrian overpass lift li hawn f'Malta u f’Għawdex? Jista' jgħid ukoll għal kull wieħed minnhom kemm kien hemm rapporti li ma kienx qed jiffunzjona minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din hija l-lista ta’ pedestrian overpass lifts li jaqgħu taħt ir-responsabbilita’ diretta ta’ Infrastructure Malta:
1. Marsa/Hamrun (Orange Bridge) – Żewġ liftijiet
2. Marsa Junction – Żewġ liftijiet
3. Marsa Junction (A3 Towers) – Żewġ liftijiet
4. Blata L-Bajda – Żewġ liftijiet
5. MCAST – Lift wieħed
6. Luqa (Yellow Bridge) – Żewġ liftijiet.
Rabat, Malta – Traffic management fiż-żona tan-Nigret
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti u jispjega pjanijiet ta' kif ser ikun qed isir/jinbidel it-traffic management fejn l-Għajn - National Water Conservation Centre fiż-żona tan-Nigret fir-Rabat, Malta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant għar-risposti mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numru 12000 u 12562. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pjanijiet u disinni tax-xogħlijiet fl-inħawi.
Minkejja d-diversi wegħdiet tal-Gvern li l-proġett tax-Xatt tal-Kalkara u t-toroq tal-madwar ser ikun lest sal-aħħar ta’ Diċembru 2023 u minkejja li wasalna fl-aħħar ta’ Jannar tas-sena 2024 u dan il-proġett għadu lura milli jkun lest, jista’ l-Ministru jgħid:
a. x'fadal isir f'dan il-proġett sabiex ikun kompletament lest?
b. meta dan il-proġett ser ikun kompletament lest?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm saru toroq ġewwa l-Mosta, liema huma u kemm ġew jiswew b'mod totali mill-2013 sal-2023?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tagħrif li ngħata f’ PQ 14821, liema tagħrif hu rendikont ta’ kemm ilha topera Infrastructure Malta.
Issa li ġie fi tmiemu l-proġett maġġuri tar-riġenerazzjoni tal-Pjazza tal-Mosta kif ukoll xogħol anċillari ieħor, jista' l-Ministru jipprovdi d-dettalji ta' kemm kien l-investiment totali f'dan il-proġett, u x'kienu x-xogħlijiet kollha inklużi f'dan l-istess proġett?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jipprovdi d-dettalji ta' kif se jkun provdut is-servizz tat-trasport pubbliku fil-Mosta issa li hemm sistema ġdida ta' ċirkolazzjoni tat-traffiku? Jista’ jagħti d-dettalji ta' liema huma dawk ir-rotot kollha li ser jgħaddu mill-Mosta, jew dawk ir-rotot li jibdew jew jintemmu fil-Mosta?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista estensiva tar-rotot kollha li ser jgħaddu mill-Mosta, jew jibdew u jintemmu ġewwa l-istess lokalità. Inzid li r-rotot 47 u 103 jibdew u jintemmu fil-lokalità filwaqt li r-rotot l-oħra jgħaddu mill-Mosta hekk kif indikat. Il-Lista tindika ukoll it-toroq li ir-rotot ser jkunu qeghdin isegwu ġaladarba jitlestew ix-xogħlijiet.