Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se tiġi stallata speed camera jew x'miżuri oħra se jittieħdu minħabba sewqan perikoluż fi Triq il-Ħelsien, f'Ħal Qormi?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill- Onor. Interpellant li Transport Malta ħadet nota tas-sewqan fi Triq il-Ħelsien, f'Ħal Qormi u kkomunikat mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi sabiex jiġu kkontemplati “traffic calming measures”.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se tiġi stallata speed camera jew x'miżuri oħra se jittieħdu minħabba sewqan perikoluż fi Triq il-Vitorja, f'Ħal Qormi?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lil Onor. Interpellant illi Transport Malta ma rċeviet l-ebda talbiet għal ‘fixed speed camera’ fi Triq il-Vitorja, f'Ħal Qormi. Madanakollu, l-Awtorità ħadet nota u ser tkun qed tevalwa l-kriterji ta’ eliġibilità għal fixed speed camera kif stabbiliti fl-iSpeed Management on Maltese Roads Policy and Technical Guidance Manual - Annex 3C.
Għawdex, Triq l-Imġarr, — Inċidenti tat-traffiku - Miżuri
Question
Fid-dawl tal-inċidenti, anki serji, li seħħew f’dawn l-aħħar xhur u ġimgħat fi Triq l-Imġarr li twassal mill-Port tal-Imġarr sar-Rabat Għawdex u li tgħaddi minn Għajnsielem u x-Xewkija, jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu jew beħsiebhom jittieħdu mill-Gvern jew l-entitajiet tiegħu sabiex tiġi indirizzata l-problema ta’ sewqan eċċessiv jew abbużiv f’dawn it-toroq?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-aħħar xhur, Transport Malta għamlet ‘network-wide road safety assessment’ li kien jinkludi evalwazzjoni tat-toroq arterjali u distributorji u Triq l-Imgarr (Ghajnsielem/Xewkija/Rabat), kienet tagħmel parti minn din l-evalwazzjoni. Ir-rakkomandazzjonijiet għall-immaniġġar ta’ sigurtà aħjar fuq din it-triq ser jiġu pprovduti lill-Ministeru għal Għawdex malli jitlesta r-rapport.
In oltre, Transport Malta ma rċeviet l-ebda talba għal ‘fixed speed camera’, madanakollu ser tkun qed tevalwa il-kriterji meħtieġa skont kif imniżżel fl-iSpeed Management on Maltese Roads Policy and Technical Guidance Manual - Annex 3C.
B’referenza għall-proġett ta' permanent link bejn Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid:
a. xi żviluppi kien hemm fejn jidħol dan il-proġett fl-aħħar sena u nofs;
b. liema studji hemm għaddejjin meta tkun qiegħda tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u min qed jagħmel dawn l-istudji;
ċ. jekk fl-aħħar tmien xhur kienx hemm xi studji li ġew konklużi; u
d. jekk kien hemm studji konklużi, liema kienu dawn l-istudji, min għamilhom u jistax jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-istrateġija tal-Gvern għal Għawdex li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13940 jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ soluzzjoni qed tiġi diskussa rigward ix-xogħlijiet li jridu jsiru mill-ġdid fil-Pjazza Antoine de Paule, f’Raħal Ġdid?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 13940.
Ħal Qormi — Triq Manwel Dimech - Sound reduction barriers
Question
Jista’ l-Ministru jikkunsidra l-installazzjoni ta’ sound reduction barriers matul Triq Manwel Dimech, f'Ħal Qormi, biex jitnaqqas l-istorbju ġġenerat mit-traffiku u mill-fabbriki tal-madwar?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jindika speċifikament iż-żona eżatta fejn qed jitlob tali intervent.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12595, jista' l-Ministru jara li t-traffic lights li jinsabu fi Vjal l-Avjazzjoni idealment jitranġaw b'mod permanenti hekk kif jidher li kull meta tagħmel ix-xita qed jinqatgħu?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi Vjal l-Avjazzjoni hemm numru ta’ traffic lights u pedestrian crossings. Bejn it-Tnejn 11 u t-Tlieta 12 ta’ Diċembru kien hemm xi ħsarat biswit il-car park tal-MIA, liema ħsarat ġew imsewwija immedjatament.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq f'Ta' Paris Birkirkara li fihom qed isir ix-xogħol bħalissa? Jista’ jgħid ukoll kemm se jdum biex ix-xogħol ikun komplut u jekk hux it-toroq se jkunu asfaltati mill-ġdid ladarba jitlesta x-xogħol?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 13952 u 14098 u jagħti rendikont ta’ kemm hemm impjegati fi Transport Malta illi ġew jew qed jiġu investigati mill-pulizija u/jew mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika u mill-Human Resources tal-Awtorità mill-2017 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll x’inhi l-pożizzjoni u l-grad tagħhom u kemm ilhom impjegati mal-Awtorità? Jista’ jgħid x'inhu/x’inhuma l-każ/każijiet li fuqu/fuqhom ġew/qed jiġu investigati?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
Ħal Qormi — Triq il-Ħelsien u Triq il-Ħammieri – Sewqan eċċessiv
Question
Jista' l-Ministru jagħti struzzjoni lill-Infrastructure Malta u Transport Malta biex jiżdiedu l-miżuri kontra sewqan eċċessiv fi Triq il-Ħelsien u Triq il-Ħammieri, f'Ħal Qormi, hekk kif qed jiġu rreġistrati numru ta' inċidenti fil-parapetti tan-nies bil-periklu li dan jista' joħloq lir-residenti?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ħadet nota tas-sewqan fi Triq il-Ħelsien, f'Ħal Qormi u kkomunikat mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi sabiex jiġu kkontemplati “traffic calming measures”. L-Awtorità qiegħda wkoll tieħu nota tas-sewqan fi Triq Hammieri fl-istess lokalità.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Nefqa fuq fjuri għal funerali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-snin 2022 u 2023 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista jgħid jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra u kemm kienet l-ispiża? Jista’ jgħid ukoll minn liema parti tal-baġit ittieħdu dawn il-flus?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10669 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar studju li sar dwar it-trasport pubbliku mill-Ministeru u/jew Transport Malta?
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — Entitajiet Regolatorji
Question
Jista’ l-Ministru, fir-rigward ta’ entitajiet regolatorji (irrispettivament mill-mod kif deskritti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, f’kull każ jgħid:
a. Jekk din l-entità għandhiex il-poter skont il-liġi ordinarja li timponi penalitajiet finanzjarji (irrispettivament minn kif deskritti) ta’ natura ċivili jew amministrattivi u jekk iva, jgħid kemm hu l-massimu tal-penali li tista’ tiġi imposta minn dik l-entità, kemm fuq bażi one-off u/jew għal jum ta’ nuqqas ta’ konformità u f’kull istanza fejn applikabbli jagħmel referenza għad-dispożizzjonijiet tal-liġi ordinarja li tagħti lil dik l-entità l-poter li timponi tali penalitajiet?
b.Quddiem liema forum ġudizzjarju jew kważi-ġudizzjarju, jistgħu jiġu kkontestati deċiżjonijiet fejn l-entità kkonċernata timponi penali ta’ din ix-xorta?
ċ. Jekk kienx hemm u/jew jekk hemmx pendenti kawżi ta’ natura kostituzzjonali li fihom intalab li d-dispożizzjonijiet taħt il-liġi ordinarja li jagħtu l-poter li l-entità kkonċernata timponi tali penalitajiet jiġu ddikjarati li jikkostitwixxu ksur tal-Kostituzzjoni b’mod partikolari tal-artikolu 39 tal-istess Kostituzzjoni?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Birkirkara — Triq Ħal Qormi u Fleur-De-Lys junction - Studju ta' Traffic Management
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar xhur sarux studji ta' traffic management alternattiv għal Triq Ħal Qormi u Fluer-De-Lys junction (fejn il-venda Birkirkara) u jekk le, jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir, sabiex it-toroq li jmissu mal-junction ikunu aktar siguri għall-vetturi, roti u għan-nies li jagħmlu użu minnhom?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ser tikkonsulta mal-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara biex jaraw x’jista’ jsir.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru fis-Siġġiewi sal-aħħar ta' din is-sena u matul is-sena 2024? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u jelenka x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsilli Lokali tas-Siġġiewi ppreżenta lista ta’ toroq fejn ġie propost li Infrastructure Malta twettaq xogħlijiet infrastrutturali fihom, liema toroq huma: P/o Triq Santa Margerita / P/o Triq Pawlu VI, Triq L-Imdina, Triq Annabelle Vassallo, Triq Imqabba, Triq Il-Knisja Qadima, Girgenti Junction, Triq blat il-Qamar, Triq l-Għid, Triq Tabib Nikola Żammit, Triq il-Muża, Triq Salvu Borġ Olivier u P/o Triq Żernieq.
Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini tat-toroq mill-ġdid, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sotto-bażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq rispettivi.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru f'Ħal Luqa sal-aħħar ta' din is-sena u matul is-sena 2024? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u jelenka x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali ta’ Hal-Luqa ppreżenta lista ta’ toroq fejn ġie propost li Infrastructure Malta twettaq xogħlijiet infrastrutturali fihom, liema toroq huma: p/o Triq Sant' Andrija, Triq San Ġużepp, Triq San Ġorġ, Triq Santa Marija, Triq Ġużeppi Penza, Triq il-Karmnu, Triq Ċensu Decandia, Triq G.Triganze u Triq Ġanni Vassallo.
Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini tat-toroq mill-ġdid, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sotto-bażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq rispettivi.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru f'Ħal Qormi sal-aħħar ta' din is-sena u matul is-sena 2024? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u jelenka x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Qormi ppreżenta lista ta’ toroq fejn ġie propost li Infrastructure Malta twettaq xogħlijiet infrastrutturali fihom, liema toroq huma: Triq Id-Dielja, Triq id-Deheb Fin, Triq Il-Ħarifa, P/O Triq ix-Xitwa, Triq San Ġwakkin, Triq il-Vitorja, Triq San Bastjan, Triq San Edwardu, Triq il-Ġdida, Triq l-20 ta' Jannar, Triq il-Ħelsien, Triq Il-Belt Valletta, Triq id-Drama u Triq il-Poeżija.
Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini tat-toroq mill-ġdid, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sotto-bażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq rispettivi.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru f'Ħaż-Żebbuġ sal-aħħar ta' din is-sena u matul is-sena 2024? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm se jdum biex jitlesta kull proġett u jelenka x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ ippreżenta lista ta’ toroq fejn ġie propost li Infrastructure Malta twettaq xogħlijiet infrastrutturali fihom, liema toroq huma: Ħal Dwieli Alleys No. 2 & 3, Sqaq Kandlora Nru 2, Triq tad-Dawl, Triq il-Kandlora, Mistrah l-Isptar, Triq Achilles Ferrris, Triq Pawlu Balzan, Triq tal-Grazzja, Triq Dun Mikiel Xerri, Triq il-Kbira, Triq is-siġġiewi, Triq Mistrah Ħal Muxi, Triq Sant Antnin, Triq Santa Marija u Sqaq Nru 4.
Ix-xogħlijiet jikkonsistu f’bini tat-toroq mill-ġdid, ir-rikostruzzjoni sħiħa tal-bankini, it-tisħiħ tas-sotto-bażi eżistenti u s-saffi tal-asfalt tul il-medda kollha tat-triq flimkien mas-sinjali tat-toroq u l-marki tal-linji meħtieġa. Ix-xogħol jibda skont l-esiġenzi tat-toroq rispettivi.
Jista’ l-Ministru jagħti timeline u jgħid pass pass x’ser isir fiż-żona tan-Nigret, ir-Rabat Malta u kemm ser jittieħed żmien biex jitlesta dan il-proġett?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet kollha se jsiru minn Infrastructure Malta u se jikkonsistu fl-installazzjoni ta’ infrastruttura ġdida taħt l-art tal-Enemalta, rikostruzzjoni ta’ mogħdijiet u modifiki fis-sistemi eżistenti tal-ilma tax-xita, formazzjoni ta’ roundabouts ġodda fil-junctions, tibdil ta’ konnessjonijiet tax-xorb tad-djar u xogħlijiet ġodda ta’ asfalt.
Fid-dawl li din iż-żona hija ta’ sensittività arkeoloġika, qed jittieħed kull pass biex ikun żgurat li x-xogħlijiet isiru skont indikazzjonijiet mogħtija mis-sovrintendenza tal-wirt kulturali. Peress li l-implimentazzjoni tax-xogħlijiet għadhom fil-fażi inizjali tagħhom, ikun prematur li għalissa jingħata perjodu li jindika meta dan il-proġett se jiġi ffinalizzat.
Transport Malta — Ħatra ta' Direttur fid-Dipartiment tas-Sigurtà u Traffic Management
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 13951 u jikkonferma illi fid-Dipartiment tas-Sigurtà u Traffic Management fi ħdan Transport Malta għadha kif inħatret persuna fil-pożizzjoni ta' Direttur wara li kienet ħarġet sejħa interna, iżda din il-persuna nħatret direttament minn barra billi ġiet trasferita mill-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) mingħajr ma setgħet tapplika għal dan ir-rwol u mingħajr ma saru interviews lil min applika internament?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed issaħħaħ is-sezzjoni tar-Road Safety. Għaldaqstant, ġiet identifikata impjegata ta’ Infrastructure Malta li kienet tokkupa l-pożizzjoni ta’ Direttur li għandha l-għarfien neċessarju dwar din il-materja, u li fi qbil ma Infrastructure Malta, qed tiġi mislufa lil Transport Malta.