Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Credit/Debit cards
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il credit/debit card pubblika għandu maħruġa għall-użu tiegħu u tal-Ministeru tiegħu u min għandu l-faċilità li juża kull credit/debit card? Għal xiex tintuża kull credit/debit card u x'inhu l-limitu ta' nefqa kuljum għal kull credit/debit card? Jista’ jgħid ukoll x'kienet in-nefqa minn April 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar u x'inxtara, item item, b'din il-credit/debit card?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant jagħmel referenza għall-mistoqsija parlamentari 27571.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Nefqa fuq fjuri
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23472, fejn ġejt riferut għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21814 jista’ l-Ministru jagħti l-informazzjoni limitatament għall-2024, u ċjoè kemm nefaq flus fi fjuri għal funerali matul is-sena 2024 u jekk bagħatx fjuri lil xi ħadd f’okkażjonijiet oħra, u fil-każ kemm kienet l-ispiża?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa għal fjuri hija koperta mill-Line Item 33 (Hospitality) fl-Estimi Finazjarji tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq in-Nirien, fis-Siġġiewi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li t-tindif fi Triq in-Nirien jsir bi frekwenza ta’ darbtejn fil-ġimgħa skont l-iskeda stabbilita fil-kuntratt.
Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq Salvu Curso, fis-Siġġiewi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li t-tindif fi Triq Salvu Curso jsir bi frekwenza ta’ darbtejn fil-ġimgħa skont l-iskeda stabbilita fil-kuntratt.
Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq Karmenu Vassallo, fis-Siġġiewi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li t-tindif fi Triq Karmenu Vassallo jsir bi frekwenza ta’ darbtejn fil-ġimgħa skont l-iskeda stabbilita fil-kuntratt.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra rapport dwar il-proċess ta’ konsultazzjoni li sar rigward il-proġetti ta’ Vjal Kulħadd fil-Fgura, kif ukoll l-istudji li saru għall-istess proġett dwar it-traffiku u l-immaniġġjar tal-ilma tax-xita?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li fl-2021 sar rapport fejn ġie konkluż bi proposta biex Triq Hompesch ssir żona pedonali. Għaldaqstant, bħala proġett taħt l-iskema ‘Vjal Kulħadd’, ġie sottomess masterplan lill-Infrastruttura Malta, fejn se jkunu responsabbli, fost l-oħrajn, għas-sistema tal-immaniġġjar tal-ilma tax-xita, konnessa ma’ ġiebja għall-ħażna tal-ilma.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul il-Valletta Green Festival kienx hemm tender maħruġ għad-dekorazzjoni ta’ Misraħ San Ġorġ? Jekk iva, jista’ jgħid fuq liema kriterji ntgħażlet il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk le, kif sar dan id-Direct Order?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li kien hemm sejħa pubblika għal tender imsemmi hekk kif ġej:
‘
SPD5/2024/013 - Framework Contract for the Supply, Delivery, Setting Up and Dismantling of the 2024 and 2025 Valletta Green Festival Using Ornamental Plants for the Valletta Cultural Agency’.
Ninsab infurmat ukoll li d-dettalji u l-kriterji kollha ta’ kif kellu jintagħżel ir-rebbieħ ta’ din is-sejħa kienu kollha speċifikati fit-tender innifsu. L-evalwazzjoni tat-tender fil-fatt kienet ibbażata fuq l-irħas offerta kompatibbli teknikament, amministrattivament u finanzjarjament. L-offerta rebbieħa - skont ir-regoli stabbiliti fit-tender - kienet dik tal-kumpanija li d-dettalji dwarha ingħataw separatament, li kien ukoll l-uniku Operatur Ekonomiku li wieġeb għas-sejħa tat-tender.
Kummissjoni tal-Films — Cultural Test - Programmi lokali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 27796 u 28070 u jgħid kif qed jitħaddem il-‘cultural test’ li jikkwalifika programmi lokali ta’ reality tv għal grants mill-Kummissjoni tal-Films? Jista’ jagħti lista ta’ programmi televiżivi lokali li bbenefikaw minn fondi tal-Kummissjoni tal-Films sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jgħid il-valur ta’ fondi li ngħata kull programm?
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Xiri ta’ karozzi ġodda - Nefqa
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 24381, 24767 u 28135 u jgħid kemm intefqu flus biex inxtraw karozzi ġodda taħt id-dekasteru tiegħu, inkluż fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, minn Ġunju 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, inkluż informazzjoni dwar il-mudell tal-karozzi li nxtraw, minn liema kumpanija u meta nxtraw, jekk inxtrawx b'direct order jew b'tender pubbliku, l-ammont li nxtraw, u jagħti l-pożizzjoni u l-grad tal-persuna għal min inxtrat kull karozza? Jista' jippreżenta l-informazzjoni fil-format hekk kif indikat separatament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li fil-perjodu msemmi nxtraw 44 karozza ġdida mill-Ministeru, Dipartimenti, Kunsilli Lokali u Entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali.
41 minnhom inxtraw għall-użu ġenerali u l-kumplament inxtraw lill-uffiċjali fi gradi maniġerjali u li skont il-Manual on Transport and Travel Policies and Procedures huma intitolati għall-vettura. Kopja ta’ dan il-manwal, diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninsab infurmat ukoll li waħda mill-karozzi li nxtraw għal grad maniġerjali ġiet trasferita mal-Uffiċjal fil-Ministeru li ġie trasferit hu.
Finalment irrid nirrimarka li x-xiri ta’ dawn il-vetturi jsir skont il-proċedura applikabbli skont il-Public Procument Regulations.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-restoration unit hux qed jagħmel xogħol ta’ restawr fuq it-torri t’Għajn Tuffieħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li t-tiswija meħtieġa fuq it-Torri tal-Għassa f’Għajn Tuffieħa bdiet bl-armar tal-iskaffolding wara li nġiebu l-permessi meħtieġa mill-Awtoritajiet kompetenti. Kif spjegat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 26250, ix-xogħolijiet ta’ tiswija qegħdin isiru mid-Dipartiment tar-Restawr u l-Preservazzjoni, b’kollaborazzjoni mal-Awtorità tal-Artijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li għaliha ġew installati diversi road humps fi Triq il-Panorama, il-Qrendi? F’każ li dawn ġew installati biex tiġi kkontrollata l-veloċità tal-vetturi f’din it-triq, jikkonsidra li tiġi installata speed camera minflok road humps, peress li dawn qed joħolqu inkonvenjent kbir lil kull min juża din t-triq, speċjalment vetturi kbar?
Response (BONNICI, OWEN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant jagħmel referenza għall-mistoqsija parlamentari 27543.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex possibbli li l-Park & Ride ta’ Pembroke jiġi miżmum aħjar billi jitneħħew strutturi żejda u jinżebgħu l-linji ta’ parkeġġ?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija paramentari lill-Ministeru ikkonċernat.
Ħal Safi — Proġetti ta’ Vjal Kulħadd - Proċess ta’ konsultazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jippreżenta rapport dwar il-proċess ta’ konsultazzjoni li saret rigward il-proġetti ta’ Vjal Kulħadd f’Ħal Safi, kif ukoll l-istudji li saru għall-istess proġetti rigward it-traffiku u l-immaniġġjar tal-ilma tax-xita?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi qed jaħdem fuq proġett ta’ tisbiħ tal-Pjazza Misraħ il-Knisja bħala parti mill-iskema “Vjal Kulħadd”. Dan il-proġett, bl-għan li tinħoloq żona pedonali u jsir immaniġjar iktar effiċjenti tat-traffiku, bħalissa jinsab fi stadju ta’ konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, sabiex isiru r-reviżjonijiet meħtieġa abbażi tal-proposti relatati mal-immaniġjar tat-traffiku fiż-żoni rispettivi, kif ukoll mal-immaniġjar tal-ilma tax-xita. Laqgħat ta’ konsultazzjoni dwar dan il-proġett saru mar-residenti kollha tal-lokalità, mal-Malta Chamber of SMEs bħala rappreżentanti tal-komunità kummerċjali tal-lokalità, kif ukoll mal-Parroċċa ta’ Ħal Safi u mal-Kumitat tal-Każin Banda San Pawl. Kien hemm qbil unanimu mill-Kunsilliera dwar dan il-proġett, u huma previsti iktar laqgħat biex il-proġett jiġi approvat u jimxi għal fazi ta’ implimentazzjoni.
In-Naxxar — Proġetti ta’ Vjal Kulħadd - Proċess ta’ konsultazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jippreżenta rapport dwar il-proċess ta’ konsultazzjoni li saret rigward il-proġetti ta’ Vjal Kulħadd fin-Naxxar, kif ukoll l-istudji li saru għall-istess proġetti rigward it-traffiku u l-immaniġġjar tal-ilma tax-xita?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar li applika għal proġett “Vjal Kulħadd” ma’ Infrastructure Malta. F’dan l-istadju, il-Kunsill għadu f’diskussjonijiet ma’ Infrastruttura Malta biex isiru xi aġġustamenti fid-disinn tal-pjanti li ġew sottomessi mill-Kunsill stess. Minn dak li ġie diskuss s’issa ma’ Infrastructure Malta, huwa mifhum li kif ikun hemm il-pjanti finali maqbula bejn iż-żewġ partijiet, isiru l-konsultazzjonijiet u l-istudji meħtieġa.
Ħaż-Żebbuġ — Proġetti ta’ Vjal Kulħadd - Proċess ta’ konsultazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jippreżenta rapport dwar il-proċess ta’ konsultazzjoni li saret rigward il-proġetti ta’ Vjal Kulħadd f’Ħaż-Żebbuġ, kif ukoll l-istudji li saru għall-istess proġetti rigward it-traffiku u l-immaniġġjar tal-ilma tax-xita?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Zebbuġ li saret konsultazzjoni pubblika fejn ir-residenti kollha kienu mistiedna biex jattendu. Matul din il-laqgħa, il-Perit responsabbli ta spjegazzjoni dwar il-proġett propost. Il-Perit, flimkien mal-Kunsill, ħa nota tas-suġġerimenti li saru mill-pubbliku, li qed jiġu inkorporati fil-pjanijiet mgħoddija lill-Infrastructure Malta. Il-pjan oriġinali kien jinkludi ġiebja għall-ġbir u mmaniġġjar b’mod effiċjenti l-ilma tax-xita. Bl-istess mod, l-immaniġġjar tat-traffiku kien inkorporat fil-pjanijiet oriġinali tal-proġett u għalkemm dawn qed jiġu riveduti, il-proġett huwa approvat unanimament mill-Kunsilliera kollha.