Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili – Direct orders ta' inqas minn €2,000
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €2,000 li ngħataw mill-Ministeru tagħha, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Lulju 2026?
Response (CUTAJAR, ROSIANNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3730 u 4422 u telenka l-NGOs li l-Ministeru qed jikkollabora magħhom u tispeċifika s-servizzi mogħtija minn kull waħda?
Response (CUTAJAR, ROSIANNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru ġie ffurmat f’Ġunju tal-2026. Sa issa qed jikkollabora ma' LBGTIQ+ Gozo biex jipprovdu servizzi lill-komunità LBGTIQ+ u l-familjari tagħhom f'Għawdex.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3729 u 4421 u tagħti rendikont tal-finanzjament mogħti lil NGOs fl-aħħar sentejn, maqsum skont l-NGO, l-għan u s-sena?
Response (CUTAJAR, ROSIANNE)
Il-Ministeru għal Ugwaljanza u Drittijiet Ċivili fil-ħidma tiegħu jikkollabora ma’ ħafna organizzazzjonijiet biex jaqdi l-missjoni tiegħu fis-soċjetà. Għaldaqstant, fis-snin imsemmija, il-Ministeru, id-dipartimenti u l-entitajiet marbuta miegħu għaddew fondi lil entitajiet mhux governattivi bħal: Malta Women's Lobby, TAMA, Malta Girl Guides Association, Fondazzjoni Saghtar, Friends of Thouret - Dar Hosea, The Good Shepherd Sisters - Dar Merħba Bik Foundation, SOS Malta, St Jeanne Antide Foundation, National Council of Women, Malta Chamber Foundation, Men Against Violence, KOPIN, CORE Platform, Allied Rainbow Communities, Malta LGBTIQ Rights Movement, LGBTI+ Gozo, Migration Policy Group, The Malta Foundation for Human Resources Development (FHRD) u oħrajn.
Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili – Ħaddiema ġodda
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 23 u tgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tagħha minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili – Direct orders ta' inqas minn €5,000
Question
Tista' l-Ministru tagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tagħha, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha matul Ottubru 2026?
Response (CUTAJAR, ROSIANNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili – Każ ta’ individwu – Ħatriet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kienx appuntat f’bordijiet u kumitati fid-dekasteru li għalih hi responsabbli fid-29 ta’ Mejju 2026? Tista’ tgħid ukoll jekk kienx hemm ħatriet simili fil-perjodu ta’ wara u jekk kien hemm, tipprovdi dettalji dwar il-ħlas marbut magħhom?
Response (CUTAJAR, ROSIANNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi il-persuna msemmija ma ingħatat l-ebda pożizjoni fuq bordijiet u kumitati fil-Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili fid-29 ta’ Mejju 2026.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 3730 u telenka l-NGOs li l-Ministeru qed jikkollabora magħhom u tispeċifika s-servizzi mogħtija minn kull waħda?
Response (CUTAJAR, ROSIANNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 3729 u tagħti rendikont tal-finanzjament mogħti lil NGOs fl-aħħar sentejn, maqsum skont l-NGO, l-għan u s-sena?
Response (CUTAJAR, ROSIANNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili – Proprjetajiet mikrija
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm proprjetà fid-dekasteru tagħha li hi mikrija u kemm titħallas kera fis-sena?
Response (CUTAJAR, ROSIANNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm tmien (8) proprejtajiet li huma b’kirja mingħand il-privat fil-Ministeru għall-Ugwaljanza u Drittijiet Ċivili, inkluż id-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu.
Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili – Entitajiet pubbliċi – Sistemi ta’ Intelliġenza Artifiċjali
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 703 u tgħid kemm-il entità pubblika qed tuża sistema jew sistemi ta' Intelliġenza Artifiċjali fil-preżent u għal liema funzjonijiet qed jintużaw dawn is-sistemi? Tista’ tgħid ukoll liem sistemi qed jintużaw rispettivament għal kull entità?
Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili – Infiq fuq reklamar
Question
Tista’ l-Ministru tagħti rendikont tal-infiq fuq reklamar, marketing u relazzjonijiet pubbliċi mill-Ministeru tagħha u minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità taħt ir-responsabbiltà tagħha, separatament għas-sena 2025 u għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ wkoll tipprovdi l-informazzjoni f’tabella li tindika, għal kull nefqa, l-entità li għamlitha, l-isem tal-fornitur, il-kampanja jew is-servizz, it-tip ta’ mezz użat, id-data jew il-perjodu tas-servizz, il-metodu ta’ akkwist u l-ammont, filwaqt li tispeċifika jekk dan jinkludix il-VAT?
Response (CUTAJAR, ROSIANNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili, flimkien mad-dipartimenti, l-aġenziji, l-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għandu r-responsabbiltà u l-obbligu li jżomm lill-pubbliku infurmat dwar is-servizzi, il-proġetti u l-inizjattivi tal-Gvern, sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħmlu l-aħjar użu minnhom.
Għal dan il-għan, fl-Estimi Finanzjarji tal-Gvern hemm provvediment taħt il-Vot 29, Information Services, li jinkludi allokazzjoni għall-pubblikazzjoni ta' avviżi, kampanji ta' informazzjoni u edukazzjoni, u materjal ieħor ta' komunikazzjoni permezz ta' diversi mezzi. Dawn l-estimi huma diġà ppreżentati fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fir-rigward tar-rendikont dettaljat mitlub, għandu jiġi ċċarat li l-ġbir, il-verifika u l-konsolidazzjoni tal-informazzjoni għal kull nefqa, minn kull dipartiment, aġenzija, awtorità u entità, skont il-kategoriji u l-perjodi indikati fl-interpellanza, jirrikjedu eżerċizzju amministrattiv estensiv u l-użu ta' riżorsi sostanzjali. Dan l-eżerċizzju jkun jinvolvi ħin u riżorsi li għandhom jiġu bbilanċjati mal-ħtieġa li l-amministrazzjoni tkompli twettaq il-funzjonijiet u s-servizzi tagħha b'mod effiċjenti għall-benefiċċju taċ-ċittadini.
Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili – Health and Safety Officers
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx health and safety officer fil-ministeru tagħha u jekk le, għaliex?
Response (CUTAJAR, ROSIANNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi Health and Safety Officer li impjegat full time mhuwiex rikwest mill-liġi. Mandanakollu, għarfien rigward is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol huwa kontinwu.
Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tagħha fl-2024?
Response (CUTAJAR, ROSIANNE)
Ninsab infurmata li ma kienx hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fl-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili, fl-2024.
Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tagħha fl-2025?
Response (CUTAJAR, ROSIANNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda rapporti ta' fastidju sesswali fil-Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu.
Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tagħha fl-2025?
Response (CUTAJAR, ROSIANNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2025 il-Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili kif inhu kompost illum ma kienx iffurmat. Madanakollu ma jirriżultax li fis-sena msemmija kien hemm xi rapport ta’ fastidju sesswali fid-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu llum.
Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili – Disaster Recovery Plan/Business Continuity Plan
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm dipartimenti u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtha għandhom Disaster Recovery Plan jew Business Continuity Plan formali li jkopru terremoti jew diżastri naturali kbar, u għal kull wieħed jgħid meta ġie aġġornat u meta ġie ttestjat l-aħħar?
Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili – Karozzi – Spiża annwali
Question
Tista’ l-Ministru tipprovdi l-ispiża annwali ta’ kull karozza (GM) fil-ministeru tagħha u jekk dawn huma mixtrija, tista’ tgħid kemm kienu jiswew meta nxtraw?
Response (CUTAJAR, ROSIANNE)
Ninforma lill-Onor Interpellant li fil-Ministeru għall-Ugwaljanza u d-Drittijiet Ċivili hemm karozza waħda GM li hija mikrija f’konformità mal proċeduri ta’ akkwist pubbliku.