Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni li twieldu qabel l-1962 – Aġġustamenti tal-pensjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35766 u jgħid meta se jitħallas l-aġġustament tal-pensjoni għal dawk li twieldu qabel l-1962?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi permezz tal-Budget 2024 ddaħħlu żewġ miżuri sabiex jindirizzaw żewġ anomaliji maħluqa bir-riforma fil-pensjonijiet tal-2006. L-ewwel miżura permezz ta’ emenda li ddaħlet fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali fl-2024 stess, kienet illi l-pensjonanti twieldu meta twieldu, għandhom jiżdiedu ta’ kull sena b’dak l-ammont li jkun jikkorrispondi għal sebgħin fil-mija miż-żieda perċentwali fil-paga medja nazzjonali kif pubblikata mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika mwaqqaf bis-saħħa tal-artikolu 9 tal-Att dwar l-Awtorità tal-Istatistika ta’ Malta għas-sena kalendarja ta’qabel miżjuda bi tletin fil-mija tar-rata tal-inflazzjoni kif pubblikata mill-imsemmi Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għas-sena kalendarja ta’ qabel. Dan qabel kien japplika biss għall-pensjonanti li twieldu mill-1962 ‘il quddiem. It-tieni miżura li wkoll bdiet titħaddem mill-2024 tirrigwarda proċess gradwali li fi tmiemu se jkun hemm Dħul Pensjonabbli Massimu wieħed għall-pensjonanti kollha, twieldu meta twieldu. B’dan il-mod dawk il-pensjonanti li twieldu qabel l-1962 u lis-salarju kurrenti tagħhom li kieku għadhom jaħdmu jaqbeż id-Dħul Pensjonabbli Massimu tagħhom, bdew jirċievu żieda addizzjonali fil-pensjoni tagħhom li dvarja skont is-salarju. Dan seħħ fis-snin 2024 u 2025, fejn il-pensjonanti kollha eliġibbli rċevew ż-żidiet li ħaqqhom. Il-proċess fuq iż-żidiet lil din il-kategorija ta’ pensjonanti ħaqqha għal din is-sena beda fi Frar u se jkun intemm sal-aħħar ta’ Mejju 2026. Ta’ min jgħid lid-divarju maħluq fl-2006 fid-Dħul Pensjonabbli Massimu bejn il-pensjonanti li twieldu qabel u wara l-1962, permezz ta’ din il-miżura fl-aħħar 3 snin tnaqqas minn €6,407 għal €3,584, waqt lid-Dħul Pensjonabbli Massimu ta’ dawk imwielda qabel l-1962 żdied b’€5,076 fis-sena.

Pensjonijiet – Perċentwal li jinqata’

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 35391 u jgħid x’inhu l-perċentwal li jinqata’ mill-pensjoni meta koppja tirċievi pensjoni waħda peress li r-raġel biss kien jaħdem u l-mara tkun rikoverata ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule (SVPR), filwaqt li r-raġel jibqa’ jgħix waħdu fid-dar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, fejn hemm pensjoni kontributorja waħda u wieħed jew waħda mill-konjuġi jidħol jew tidħol f’dar tal-anzjani, 70% tal-pensjoni titħallas lil min jibqa’ fir-residenza tiegħu jew tagħha.  It-tnaqqis relatat mar-residenza fid-dar tal-anzjani jsir mit-30% li jifdal jew minn dħul ieħor.

Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali – Użu mhux awtorizzat ta’ indirizz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ħareġ numru tas-sigurtà soċjali lil persuna mhux awtorizzata li tuża l-proprjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Jista’ jgħid ukoll min se jinżamm responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni u x’passi se jittieħdu biex l-użu mhux awtorizzat ta’ dan l-indirizz residenzjali jitwaqqaf immedjatament?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal - Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Marzu 2026?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, lentitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Infiq fuq reklamar u promozzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34146, 34293, 34649, 34882 u 35317 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Ministeru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll: i.       it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.); ii.      data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u iii.     ammont totali tal-infiq?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Health and Safety Officers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx health and safety officer fil-ministeru tiegħu u jekk le, għaliex?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta, sabiex tirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 33587

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Defibrillators

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm defibrillators fil-binja tal-ministeru tiegħu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta, li l-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal jikkonferma li għandu 3 defibrillators fil-binja ta’ Palazzo Ferreria; il-binja li tospita l-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali f’kull entità li taqa’ taħt il-ministeru tiegħu fl-2024?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li, mill-informazzjoni li għandi, ma kien hemm ebda rapporti ta’ fastidju sesswali rraporti fl-entitajiet li jaqghu taħt il-Ministeru fl-2024.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Rapporti ta’ fastidju sesswali – Sena 2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm rapporti ta’ fastidju sesswali fil-ministeru tiegħu fl-2025?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, mill-informazzjoni li għandi ma kien hemm ebda rapport ta’ fastidju sesswali fid-Dipartimenti u fil-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli, matul l-2025.

Pensjonijiet – Perċentwal li jinqata’

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-perċentwal li jinqata’ mill-pensjoni meta koppja tirċievi pensjoni waħda peress li r-raġel biss kien jaħdem u l-mara tkun rikoverata ġewwa r-Residenza San Vinċenz de Paule (SVPR), filwaqt li r-raġel jibqa’ jgħix waħdu fid-dar?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ġentilment ninforma lill-Onorevoli interpellanta, li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Residenti Għawdxin li qed jirċievu l-pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34012 u jgħid kemm hemm persuni residenti f’kull lokalità f’Għawdex li qed jirċievu l-pensjoni?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazjzoni mitluba tinsab fit-tabella ta’ hawn taħt: Lokalitajiet f'Għawdex Residenti li qed jirċievu Pensjoni tal-Irtirar jew Pensjoni tal-Età (AP) FONTANA 194 GHAJNSIELEM 522 GHARB 209 GHASRI 72 KERCEM 338 MARSALFORN 106 MUNXAR 176 NADUR 775 QALA 356 SAN LAWRENZ 143 SANNAT 340 VICTORIA 1293 XAGHRA 817 XEWKIJA 661 XLENDI 12 ZEBBUG (GOZO) 222 Total 6236

National Strategic Policy for Positive Parenting 2016 - 2024

Question

Fid-dawl li n-National Strategic Policy for Positive Parenting 2016-2024 skadiet fl-2024, jista’ l-Ministru jgħid meta ser tiġi mnedija l-istrateġija nazzjonali li jmiss?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, bħalissa għaddejjin b’diskussjonijiet mal-Kumitat ta’ Trobbija Pożittiva u t-Tisħiħ tal-Familja, filwaqt li qed isiru wkoll tħejjijiet għal konsultazzjoni wiesa’ mal-imsieħba ewlenin fis-settur soċjali, bil-għan li tiġi ffinalizzata l-istrateġija nazzjonali li jmiss.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Direct orders ta’ inqas minn €5,000

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta’ inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Frar 2026?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, lentitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Jannar 2026?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, lentitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Direct orders ta' inqas minn €5,000

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Diċembru 2025?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif weġibt f’diversi istanzi, lentitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru, japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.

National Strategic Policy for Positive Parenting 2016 - 2024 - Objettivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-objettivi li ntlaħqu jew li ma ntlaħqux fin-National Strategic Policy for Positive Parenting 2016 - 2024?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-maġġoranza tal-objettivi li jiffurmaw parti min-National Strategic Policy for Positive Parenting 2016–2024 ġew implimentati permezz ta’ ħidma koordinata mwettqa kemm minn entitajiet u aġenziji fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, kif ukoll minn entitajiet interministerjali oħra. Barra minn hekk, il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal għandu wkoll numru ta’ Public Social Partnerships (PSPs) ma’ diversi NGOs, bil-għan li nsaħħu l-implimentazzjoni ta’ dawn il-miżuri u jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-imsemmija politika. Dawk l-objettivi li għal diversi raġunijiet għadhom ma ġewx konklużi jew implimentati b’mod sħiħ, għadhom għaddejjin diskussjonijiet u għadha għaddejja ħidma fuqhom, u ser ikunu kkunsidrati u riflessi fl-Istrateġija Nazzjonali li jmiss, sabiex ikun assigurat li l-ħidma f’dan il-qasam tkompli tissaħħaħ b’mod konsistenti u koordinat.

Strateġija Nazzjonali ta’ kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali 2024

Question

Fid-dawl li l-Istrateġija Nazzjonali ta’ kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali skadiet fl-2024, jista’ l-Ministru jgħid meta ser tiġi mnedija l-istrateġija nazzjonali li jmiss?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor.Interpellanta li l-Istrateġija Nazzjonali għat-Tnaqqis tal-Faqar u għall-Inklużjoni Soċjali 2025-2030 ġiet ippubblikata wara proċess estensiv ta’ konsultazzjoni fil-livell nazzjonali li involva diversi partijiet interessati. Din ġiet imnedija uffiċjalment f’Jannar 2025, aktar minn sena ilu.

Strateġija Nazzjonali ta’ kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali 2024 - Objettivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-objettivi li ntlaħqu jew li ma ntlaħqux fl-Istrateġija Nazzjonali ta’ kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali 2024?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Inerpellanta li l-Istrateġija Nazzjonali ta’ kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali 2024 preċedenti, ġiet evalwata bħala parti mill-proċess ta’ tħejjija għall-Istrateġija Nazzjonali għat-tnaqqis tal-Faqar u għall-Inklużjoni Soċjali 2025-2030 u r-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni ġew ippubblikati u annessi mal-istrateġija finali adottata f’Jannar 2025, aktar minn sena ilu.

Persuni dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-miżura fejn persuni dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali, speċjalment ġenituri waħedhom, setgħu jaħdmu ftit sigħat fil-ġimgħa (sa mhux iktar minn tmien sigħat) biex ikunu jistgħu jsostnu lilhom infushom u lill-uliedhom twaqqfet, meta kienet tassisti persuni f’riskju ogħla tal-faqar? Jista’ jgħid ukoll jekk għandux pjan biex idaħħal miżura simili fil-futur qarib?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta, illi l-Ministeru għall-Politika Soċjali u Drittijiet tat-Tfal, matul is-sena 2014, embarka fuq strateġija ta’ Making Work Pay, fejn fost diversi proposti ġew mnedija t-Tapering tal-Benefiċċji u l-In Work Benefit. L-introduzzjoni ta’ dawn iż-żewġ benefiċċji naqqsu b’mod b’saħħtu d-dipendenza soċjali u kif ukoll introduċew aktar nisa’ fid-dinja tax-xogħol. Bħala fatt bejn is-sena 2014 u s-sena 2026 id-dipendenza soċjali naqset b’65%, fejn illum nistgħu niddefinixxu illi qiegħdin jiġu recorded l-anqas ammont ta’ benefiċċjarji tal-Għajnuna Soċjali f’kull żmien. Barra minn hekk, Malta hija m eqjusa fuq quddiem nett fost il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea fil-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol. Tajjeb li jingħad ukoll illi s-sistema li kienet tiġi ppratikata preċedentament u li qiegħda tirreferi għaliha, l-Onorevoli Interpellanta ma’ kienitx tista tibqa taħdem minħabba illi aktar kienet tressaq lil tali ibenefiċċjarji lejn id-dipendenza soċjali, minbarra illi tali skema kienet ukoll tiġi sfruttata kontra l-benefiċċjarju. Importanti li jingħad illi persuni li kienu jirċievu l-benefiċċju soċjali u daħlu fid-dinja tax-xogħol bis-saħħa tat-Tapering tal-Benefiċċji, aktar minn 80% tagħhom baqgħu fid-dinja tax-xogħol u għalhekk qiegħdin nassiguraw illi dawn il-persuni, hekk kif jaslu għall-età pensjonabbli tagħhom jiġu eliġibbli għall-Pensjoni Kontributorja,