Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #14384 Sitting 191 2010-02-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni u tfal li ntbagħtu barra minn Malta għall-kura

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14016 u jgħid kemm kien in-numru ta' persuni u tfal li ntbagħtu barra minn Malta għall-kura matul l-2009 u fejn intbagħtu rispettivament?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Fuq din il-lista hemm imniżżel in-numru ta’ pazjenti li siefru għall-kura barra minn Malta u f’liema sptarijiet intbgħatu rispettivament. Preżentement il-lista ta’ pazjenti tinġabar b’mod globali u ma tkunx maqsuma bejn persuni u tfal.
Leg 11 PQ #14385 Sitting 191 2010-02-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

tfal li daħlu fl-Isptar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14015 u jgħid kemm kien in-numru ta' tfal li daħlu l-isptar għall-kura matul l-2009?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li matul l-2009 kien hemm 6123 tfal taħt l-14-il sena li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei bħala In-patients u Day Cases. Dawn ma jinkludux it-trabi li twieldu fl-Isptar Mater Dei u li ma kellhomx bżonn jinżammu għal xi kura.
Leg 11 PQ #14386 Sitting 191 2010-02-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni b'mard rari

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14014 u jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu l-isptar kawża ta' mard rari matul l-2009? Kemm minnhom kienu ta' nazzjonalità barranija ?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li m'kemmx reġistru nazzjonali ta' mard rari imma jekk l-Onor. Interpellant jista' jkun aktar speċifiku għal-liema mard rari qiegħed jirreferi, inkunu nistgħu nanalizzaw id-discharge diagnoses mill-Isptar Mater Dei għall-perjodu speċifikat.
Leg 11 PQ #14504 Sitting 191 2010-02-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għall-Politika Soċjali

pensjonanti — ċekk tal-għoli tal-ħajja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-pensjonanti li jirċievu l-pensjoni minn barra u li huma residenti f'dawn il-gżejjer ma jingħatawx iċ-ċekk tal-għoli tal-ħajja bħalma huma intitolati għalih il-pensjonanti Maltin li jgħixu Malta?

Response (DALLI, JOHN)

Informat illi ż-żieda għall-għoli tal-ħajja tingħata biss lil dawk il-pensjonanti li jirċievu pensjoni tas-sigurtà soċjali minn Malta biss jew li jirċievu kemm pensjoni minn barra kif ukoll pensjoni minn Malta. Informat ukoll li dawk il-pensjonanti li jirċievu pensjoni minn barra biss mhumiex intitolati għaż-żieda tal-għoli tal-ħajja.
Leg 11 PQ #14556 Sitting 191 2010-02-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptarijiet u ċentri tas-saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' barranin li użaw l-isptarijiet u ċentri tas-saħħa f'Malta u Għawdex separatament matul l-2009?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14597 Sitting 191 2010-02-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

assistant care workers — opportunità ta' promozzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14288 u 14078 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tinħareġ applikazzjoni li tagħti opportunità ta' promozzjoni għall-assistant care workers li qegħdin fi Scale 16?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li għalissa m'hemmx il-ħsieb li tinħareġ applikazzjoni li tagħti opportunità ta' promozzjoni għal assistant care workers li qegħdin fi Skala 16.
Leg 11 PQ #14598 Sitting 191 2010-02-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Paola Health Centre — reception desk

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14290 u 14075 u jara meta se jsir ir-reception desk tal-Paola Health Centre peress li dan ilu jiġi mwiegħed aktar minn ħames snin? Jista' jara ukoll li jingħataw computers għar-receptionist biex jitħaffef il-proċess tal-applikanti?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li diġà beda x-xogħol biex isir ir-reception desk fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid u mistenni jitlesta fi żmien ta' ftit ġimgħat. Il-computer għar-receptionist ġie ordnat u se jkun istallat fi ftit żmien.
Leg 11 PQ #14599 Sitting 191 2010-02-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Mediċina IVABRADINE

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14291 u 14076 u jgħid meta se tiġi introdotta l-mediċina IVABRADINE (Procoralan) fuq skeda V, liema mediċina tiswa €66.62 fix-xahar, minħabba l-fatt li persuni asmatiċi jsostnu li permezz ta' din il-mediċina qed isibuha aktar faċli sabiex jitilgħu taraġ u jagħmlu attivitajiet oħra bla tbatija ta' xejn? Peress li l-Gvern ħabbar lista ġdida ta' mediċini fil-budget li kellhom jiġu introdotti, jista' jgħid jekk l-IVABRADINE hix se tkun waħda minhom?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-Mediċina Ivabrsdine (Procoralan) m'hiex waħda mill-mediċini ġodda li se jiġu introdotti fuq Schema V. Informat ukoll li d-Dipartiment tas-Saħħa qatt ma rċieva l-ebda talba sabiex din il-mediċina tiġi introdotta fuq il-formolarju tal-gvern.
Leg 11 PQ #14610 Sitting 191 2010-02-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Servizz ta' lifter fi Sptar Mater Dei

Question

Jista' l-Ministru jara li jkun hemm is-servizz ta' lifter fis-Sala S4, Ward Green, 3rd Floor, Sptar Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14611 Sitting 191 2010-02-09 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Residenza San Vinċenz de Paul — demensia ward

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' anjzana, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tinsab fl-Isptar Karen Grech tistenna biex tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paule fis-sala tad-demensia mill-aktar fis fuq talba tagħha u tal-familja?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14665 Sitting 191 2010-02-09 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Informazzjoni dwar sigħat ta' xogħol fix-xogħol primarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-medja normali ta’ sigħat ta’ xogħol fil-ġimgħa, fix-xogħol primarju tagħhom, ras għal ras ta’ dawk kollha li jaħdmu bi qliegħ f’Malta u Għawdex flimkien, u f’Malta u f’Għawdex separatament? Jista’ jagħti dan it-tagħrif ukoll kif ġej: 1. Nisa għalihom u rġiel għalihom? 2. Dawk li x-xogħol primarju tagħhom huwa full-time u dawk li x-xogħol primarju tagħhom huwa part-time ? 3. Dawk li jaħdmu għal rashom u dawk li huma impjegati?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li din it-tip ta' informazzjoni ma tinġabarx.
Leg 11 PQ #14666 Sitting 191 2010-02-09 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

informazzjoni dwar sigħat ta’ xogħol part-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-medja normali ta’ sigħat ta’ xogħol fil-ġimgħa, fix-xogħol part-time tagħhom u li mhuwiex ix-xogħol primarju tagħhom, ras għal ras ta’ dawk kollha li jaħdmu bi qliegħ f’Malta u Għawdex flimkien, u f’Malta u f’Għawdex separatament? Jista’ jagħti dan it-tagħrif ukoll maqsum nisa għalihom u rġiel għalihom?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li din it-tip ta' informazzjoni ma tinġabarx.
Leg 11 PQ #14667 Sitting 191 2010-02-09 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6664 u 13981 u jgħid kemm kien l-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali minn kontributuri residenti f'Għawdex kull sena mill-1999 sal-2009?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #14742 Sitting 191 2010-02-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptar Mater Dei — care workers full-time

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14431 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern idaħħal care workers fuq bażi full-time fl-Isptar Mater Dei jew ma' xi aġenzija tal-Gvern? Jista' jgħid jekk fil-preżent hemmx care workers jaħdmu fl-Isptar Mater Dei u min hu l- employer tagħhom?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14805 Sitting 191 2010-02-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Spiżerija f'Raħal Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-problema biex post li jinsab fil-pjazza ta' Raħal Ġdid li fil-preżent qed iservi ta' każin tal-Partit Nazzjonalista, liema post huwa tal-Gvern, jittieħed lura mill-Gvern ħalli jibda jintuża bħala spiżjerija pubblika minħabba li dik eżistenti ma toffrix il-faċilitajiet meħtieġa biex tipprovdi servizz adegwat lir-residenti tan-naħa t'isfel ta' Malta u li jinqdew mill-ispiżjerija ta' Raħal Ġdid?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14807 Sitting 191 2010-02-09 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni li tilfu l-impjieg

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nies qegħda fil-31 ta’ Jannar 2010? Kemm kien hemm nies li tilfu l-impjieg tagħhom is-sena li għaddiet?Liema xogħol kienu jagħmlu?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.
Leg 11 PQ #14819 Sitting 191 2010-02-09 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Tribunal Industrijali — ħatriet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamenari 14418 u 14064 u jgħid meta huwa l-ħsieb tal-Gvern li jsiru l-ħatriet taċ-chairperson u tal-persuni biex iservu fuq it-Tribunal Industrijali?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li kemm iċ-Chairperson kif ukoll il-persuni biex iservu fuq it-Tribunal Industrijali huma maħtura.

Homes u sptarijiet tal-gvern — extra time/time in lieu

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn jiddeċiedi liema ħaddiema għandhom jinżammu wara l-ħin biex jagħmlu extra time/time in lieu, l-ħaddiema tal-post jew il-ħaddiema tal-kuntrattur li jaħdmu ġewwa l-homes u sptarijiet tal-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li huwa l-management rispettiv tal-Homes u Sparijiet tal-Gvern li jieħu d-deċiżjoni liema ħaddiema, fejn hu applikabbli, għandhom jinżammu wara l-ħin biex jagħmlu extra time/time in lieu, u dan skont il-każ u l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 11 PQ #14381 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni li daħlu l-Isptar — teħid ta' drogi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14019 u jgħid matul l-2009, kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu l-isptar kawża ta' teħid ta' droga f'Malta u Għawdex separatament? Kemm kienu nisa, rġiel, żgħażagħ u/jew anzjani? Kemm kienu ta' nazzjonalità barranija?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-pazjenti ma jiddaħlux l-isptar minħabba teħid ta' droga iżda jiddaħlu meta jkollhom xi kundizzjoni fejn ikun hemm bżonn ta' kura akuta ġewwa sptar.
Leg 11 PQ #14382 Sitting 190 2010-02-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Persuni li daħlu l-isptar — xorb eċċessiv

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14018 u jgħid matul l-2009, kemm kien in-numru ta' persuni li daħlu l-isptar kawża ta' xorb eċċessiv f'Malta u Għawdex separatament? Kemm kienu nisa, rġiel, żgħażagħ u/jew anzjani? Kemm kienu ta' nazzjonalità barranija?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.