Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet lil vetturi bi pjanċi barranin mill-uffiċjali tal-infurzar tal-LESA, Transport Malta u l-Pulizija mill-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat li skond is-sistema elettronika LES, in-numru ta’ ċitazzjonijiet li ngħataw lil vetturi bi pjanċi barranin mill-uffiċjali tal-infurzar tal-LESA u l-Pulizija mis-sena 2025 sa l-aħħar ta’ Ottubru 2026 kien kif jidher fit-tabella. Għall-kumplament tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Entita
2025
2026*
Total
LESA
1270
970
2240
Pulizija
91
68
159
*Sa Ottubru 2026
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà – Direct orders ta' inqas minn €2,000
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €2,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Lulju 2026?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti li huma fid-dekasteru tal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt li joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 35863 u 35948 tal-14-il Leġislatura, jista’ l-Ministru jgħid meta se jiġu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern il-promozzjonijiet fir-rank ta’ lieutenant, kaptan u maġġur li ġew deċiżi mill-aħħar Bord tal-Inġustizzji?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dawn jiġu ppubblikati ladarba jitlestew il-proċessi meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3733 u 4425 u jagħti rendikont tal-finanzjament mogħti lil NGOs fl-aħħar sentejn, maqsum skont l-NGO, l-għan u s-sena?
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3731 u 4423 u jelenka l-NGOs li l-Ministeru qed jikkollabora magħhom u jispeċifika s-servizzi mogħtija minn kull waħda?
Jista’ l-Ministru jgħid x’azzjoni qed tittieħed dwar rapporti ta’ residenti dwar allegat tlielaq bil-karozzi, sewqan perikoluż u storbju minn vetturi fiż-żona ta’ Ta’ Qali, li skont dawn ir-rapporti jibqgħu għaddejjin sas-siegħa ta’ filgħodu?
Jista’ jagħti, għal dawn l-aħħar tnax-il xahar, maqsuma xahar b’xahar:
i. in-numru ta’ rapporti li rċeviet il-Pulizija dwar dawn l-abbużi;
ii. in-numru ta’ rondi u operazzjonijiet ta’ infurzar li saru bejn it-tmienja ta’ filgħaxija u s-sagħtejn ta’ filgħodu; u
iii. n-numru ta’ kontravenzjonijiet maħruġa u każijiet li tressqu l-Qorti, skont it-tip ta’ ksur?
Jista’ jgħid ukoll jekk l-infurzar f’dawn il-ħinijiet hux ser jissaħħaħ u x’miżuri immedjati se jittieħdu biex jitħarsu r-residenti u l-persuni li jiffrekwentaw iż-żona?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat li bejn Novembru 2025 u Ottubru 2026, il-pulizija intervjeniet mija u erbgħtax il-darba (114).
B’riżultat tal-infurzar, tressqu tmien akkużi relatati ma’ sewqan perikoluż f’Ta’ Qali u l-inħawi tal-madwar, kif ukoll inħarġu diversi ċitazzjonijiet għal kontravenzjonijiet tat-traffiku, fosthom sewqan taħt l-influwenza tax-xorb u sewqan mingħajr liċenzja valida. F’każ wieħed, is-sewwieq ġie mmultat €1,000 u l-liċenzja tiegħu ġiet sospiża għal tliet xhur.
Il-Pulizija ser tkompli bl-ispezzjonijiet u r-rondi f’din iż-żona sabiex tindirizza kwalunkwe inkonvenjent.
Il-Korp tal-Pulizija – Membri – Mental Health First Aiders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-membri li hemm fil-Korp tal-Pulizija sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari huma ċċertifikati bħala Mental Health First Aiders?
Il-Korp tal-Pulizija – Membri – Ċertifikati tal-First Aid
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-membri li hemm fil-Korp tal-Pulizija sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari għandhom ċertifikat validu (mhux skadut) tal-First Aid?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat li, sal-aħħar ta’ Ottubru 2026, in-numru ta’ uffiċjali fi ħdan il-Korp tal-Pulizija li huma ċċertifikati bħala First Aiders huwa ta’ 723.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri fil-Korp tal-Pulizija fil-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat li, sal-aħħar ta’ Ottubru 2026, it-total ta’ membri fil-Korp tal-Pulizija kien ta’ elfejn, tliet mija u erbgħa u sittin (2,364) uffiċjal. Ma’ dawn kien hemm ukoll tliet mija u sebgħa u disgħin (397) impjegat ċivili.
Fid-dawl ta’ bosta inċidenti li jinvolvu turisti f’Paceville u s-Swieqi, jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri qed jittieħdu biex tiżdied is-sigurtà f’dawn il-lokalitajiet?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellanta għall-mistoqsijiet parlamentari illi ghamlu l-kollegi tagħha fuq l-istess materja, senjatament Nri. 3813, 4172 u 1464.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm uffiċjali tal-Pulizija li bħalissa huma assenjati speċifikament jew prinċipalment għal San Ġiljan, li tinkludi r-responsabbiltà għal Paceville u kif dan jitqabbel mal-2025?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li, filwaqt li fl-2025 kien hemm 70 għall-post imsemmi mill-Onor. Interpellant, fl-2026 għandna 96 uffiċċjal.
Paceville, San Ġiljan, Swieqi u l-lokalitajiet tal-madwar – Reati rrapurtati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrappurtati reati li jinvolvu turisti f’Paceville, San Ġiljan, Swieqi u l-lokalitajiet tal-madwar matul l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena, skont it-tip ta’ reat u n-nazzjonalità tal-persuna involuta?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
L-Onor Interpellant għandu jkun infurmat illi l-pulizija meta tiġbor rapport ma tagħmilx distinzjoni jekk il-peruna tkunx turist jew le.
Għaldastant tali informazzjoni ma tistax’ tingħata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm irċieva rapporti ta' allegat cyberbullying il-Korp tal-Pulizija minn meta daħlet fis-seħħ il-leġiżlazzjoni relattiva, kemm minn dawn wasslu għal investigazzjoni u kemm irriżultaw fi proċeduri quddiem il-Qrati?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tagħmel referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 2109.
Jista' l-Ministru jgħid minn fost ir-rapporti ta' allegat cyberbullying li rċieva l-Korp tal-Pulizija minn meta daħlet fis-seħħ il-leġiżlazzjoni approvata matul l-Erbatax-il Leġiżlatura, kemm kienu jinvolvu vittmi, maqsuma skont il-ġeneru u l-faxex tal-età?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li qed nippreżenta l-informazzjoni mitluba. Għas- sena 2025 ġentilment nirreferiha għar-risposta mogħtija f’domanda parlamentari Nru. 33323 tal-legislatura preċidenti.
Minn dik id-data, fis-sistema elettronika tal-Korp tal-Pulizija ġew irreġistrati erba’ (4) rapporti dwar allegati każijiet ta’ cyberbullying. Ma’ dawn jiżdiedu żewġ (2) każijiet oħra li ħarġu waqt investigazzjonijiet relatati ma’ reati oħra. Għaldaqstant, b’kollox kien hemm sitt (6) każijiet identifikati u rreġistrati speċifikament bħala cyberbullying, u mhux bħala online harassment.
Minn dawn is-sitt każijiet, ittieħdu passi legali f’żewġ (2) każijiet, filwaqt li tressqu akkużi fit-tielet każ. Fit-tliet (3) każijiet l-oħra, l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin, filwaqt li f’każ minnhom ma ttieħdu ebda passi legali.
Kazi ta’ Cyberbullying minn meta daħlet fis-seħħ il-leġiżlazzjoni
2026 Każi
Nru ta’ vittmi.
Ġeneru
Eta’ tal-vittma
1
1
F
14
1
1
F
13
1
1
F
40
1
1
F
14
1
1
F
23
1
1
M
42
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien jinvolvi sigħat it-taħriġ mogħti lill-uffiċjali tal-Pulizija Komunitarja mill-Fondazzjoni ta’ Malta għall-Ġid tas-Soċjetà (MFWS) u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji tat-taħriġ, inkluż il-programm, il-kontenut u kull materjal u dokument ipprovdut lill-parteċipanti?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat li t-taħriġ mogħti lill-uffiċjali tal-Pulizija Komunitarja u Police Community Support Officers, mill-Fondazzjoni ta’ Malta għall-Ġid tas-Soċjetà (MFWS) kien ta’ tmien siegħat. Il-maġġoranza tal-uffiċjali msemmija attendew għal dan it-taħriġ u dawk ġodda jingħataw l-istess taħriġ fil-futur. Dettalji ta’ dan it-taħriġ, li jinkludi l-programm u kull materjal u dokumenti oħra li ġew provduti lill-parteċipanti, qed jitpoġġew fuq il-mejda tal-kamra.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà – Ħaddiema ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20 u jgħid kemm-il persuna ġdida daħlet taħdem fid-dekasteru tiegħu minn Jannar 2026 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma xahar b'xahar?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 2372.
Jista' l-Ministru jgħid meta beda u ntemm it-taħriġ mogħti lill-uffiċjali tal-Pulizija Komunitarja mill-Fondazzjoni ta’ Malta għall-Ġid tas-Soċjetà (MFWS), kemm attendew uffiċjali, u x'kienet l-ispiża totali ta' dan it-taħriġ?
Response (BEDINGFIELD, GLENN)
Ninsab infurmat illi kien hemm mija u sitta u ħamsin (156) uffiċjal tal-Pulizija Komunitarja li attendew it-taħriġ mogħti mill-Fondazzjoni ta’ Malta għall-Ġid tas-Soċjetà (MFWS). Dan it-taħriġ ingħata mingħajr ħlas. It-taħriġ ingħata f’perjodi differenti f’dawn l-aħħar xhur.