Legislature:
Category:
Reset
Active:

LESA — Kuntratti ta' karozzi tal-kiri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kuntratti ta' karozzi tal-kiri għandha fis-seħħ il-LESA, u f'kull każ jgħid jekk il-kuntratt ingħatax b'tender, direct order, jew talba għal kwotazzjonijiet? Jista' f'kull każ jgħid ukoll meta beda dan il-kuntratt u meta jiskadi? Jista' f'kull każ jgħid ukoll għal kemm-il karozza hu l-kuntratt u kemm jiswa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi bħalissa hemm vetturi mikrija għal użu tal-LESA mingħand żewġ kumpaniji differenti wara ħruġ ta’ tender. L-informazzjoni mitluba mil-Onor. Interpellant, qiegħda fit-tabella riprodotta hawn taħt. Contract Date Expiry Date Contract Amount Exclusive VAT Amount of Vehicles 26/12/2018 26/12/2023 + possible extension till 26/12/2024 (Eur 12 per day) 6 06/04/2022 06/04/2025 + possible extension till 06/04/2026 (Autom. – Eur 5/day) (Manual (Eur 4/day) 26 (additional 2 vehicles through repetitive % modification clause)

Korp tal-Pulizija — Kuntratti ta' karozzi tal-kiri

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kuntratti ta' karozzi tal-kiri għandu fis-seħħ il-Korp tal-Pulizija, u f'kull każ jgħid jekk il-kuntratt ingħatax b'tender, direct order, jew talba għal kwotazzjonijiet? Jista' f'kull każ jgħid ukoll meta beda dan il-kuntratt u meta jiskadi? Jista' f'kull każ jgħid ukoll għal kemm-il karozza hu l-kuntratt u kemm jiswa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi bħalissa hemm seba’ vetturi mikrija għal uzu tal-Pulizija, mingħand tlett kumpaniji, differenti wara li saret talba tal-kwotazzjoni. Erbgħa nkrew minn April 2023 u l-kirja ser tiġi riveduta f’April li ġej. Tlieta oħra nkrew f’Lulju 2020 u l-kirja ser tiġi riveduta f’ Marzu li ġej. Il-valur għal kiri ta’ vetturi huwa kif jidher fit-tabella hawn taħt. Mhux possibli li aktar dettalji jingħataw minħabba n-natura tax-xogħol li għalih jintużaw dawn il-vetturi. Numru ta’ karozzi mikrija Kemm jiswa 1 €12 kuljum 3 €10 kuljum kull waħda 2 €16.45 kuljum kull waħda 1 €11.49 kuljum

Għawdex – Inċidenti tat-traffiku fl-2023

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku ġewwa Għawdex li fihom kien hemm persuni li sofrew ġrieħi matul is-sena 2023 u jaqsam din l-informazzjoni lokalità lokalità?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ inċidenti tat-traffiku, rrapurtati mal-Pulizija fis-sena 2023 ġewwa Għawdex u li fihom kien hemm persuni li sofrew ġrieħi, maqsuma lokalità lokalità, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Ma kienx hemm fatalitajiet fl-istess perjodu. Bliet ġewwa Għawdex Numru ta’ inċidenti tat-traffiku b’feriti Fontana 1 Għajnsielem 13 Għarb 6 Munxar 1 Nadur 14 Qala 5 Rabat 37 San Lawrenz 1 Sannat 4 Xagħra 7 Xewkija 15 Żebbuġ 12 Total 116

Ċitazzjonijiet maħruġa għal kontravvenzjonijiet relatati mal-ambjent

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu ċitazzjonijiet għal kontravvenzjonijiet relatati mal-ambjent għas-snin 2020, 2021, 2022 u 2023, separatament għal kull sena u jaqsam dan it-tagħrif, lokalità lokalità, separatament għal kull sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi d-dettalji mitluba mill-Onor. Interpellant dwar kontravvenzjonijiet relatati mal-ambjent mis-sena 2020 sas-sena 2023 kienu kif indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din il-lista tinkludi biss informazzjoni tal-entitajiet tal-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, u ċjoè il-Korp tal-Pulizija u l-Aġenzija LESA. Din tinkludi taħrikiet maħruġa permezz ta' cameras imqabbda mal-control room tal-Aġenzija LESA.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul Jannar 2024?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15429.

Ħal Tarxien – Community Policing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qeda taħdem il-Community Policing ġewwa Ħal Tarxien, u jindika x'ħinijiet qed jaħdmu u f’liema ġranet? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li dan is-servizz jingħata matul il-ġimgħa kollha?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-lokalita ta’ Ħal Tarxien hija koperta mit-tim tal-Pulizija tal-Kommunita li jkopri wkoll il-lokalitajiet ta’ Sta Lucia u Ħal-Luqa. Minbarra l-Ispettur inkarigat, hemm erba` uffiċċjali oħra assenjati f' dan it-tim. Infurmat li dawn is-servizzi jingħataw separatament minn dawk tal-Pulizija tad-Distrett u minn uffiċċjali li jwettqu r-rondi b’vetturi mit-taqsima tal-RIU.

Paceville u San Ġiljan – Bouncers li jaħdmu illegalment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna nstabet taħdem illegalment bħala bouncer ġewwa Paceville u San Ġiljan matul l-2023?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi minn Jannar 2023 sallum kien hemm erbgħa u għoxrin persuna li nstabet taħdem illegalment bħala bouncer ġewwa Paceville, u ttieħdet l-azzjoni neċessarja dwarhom.

2023 — Inċidenti tat-traffiku li kienu jinvolvu minorenni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku li kienu jinvolvu minorenni fl-2023?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li seħħew matul is-sena 2023, li huma rreġistrati mal-Pulizija u li fihom kien hemm involvuti minorenni, kienu ta’ mija u erbgħa u tletin (134).

Pulizija – rapporti ta’ ksur tal-paċi pubblika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' ksur tal-paċi pubblika sar mal-Pulizija fl-2020, u jipprovdi kemm-il każ issolva minn dawn? Jista’ jipprovdi f'liema lokalitajiet saru dawn?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi skond is-sistema elettronika tal-Pulizija, fis-sena 2020 kien hemm tlett mija u sitta u disgħin (396) rapport dwar każi ta’ ksur tal-paċi pubblika. Fit-tabella riprodotta hawn taħt hemm mniżżla il-lokalitajiet fejn saru dawn ir-rapporti u t-tip tal-inkonvenjent. Mhux possibli li mis-sistema jinħarrġu d-dettalji ta’ kemm-il każ minn dawn issolva. Madankollu, nfurmat illi għal kull rapport il-pulizija dejjem tieħu il-passi meħtieġa biex jitneħħa l-inkonvenjent u kull fejn jirriżulta, jittieħdu l-passi neċessarji anke fil-Qrati. Locality Incident Sub Class 2020 ATTARD ARGUMENT 3 WORKS IN PROGRESS 2 BALZAN ANIMALS 1 ARGUMENT 1 LOUD MUSIC 2 BIRGU ARGUMENT 1 BIRKIRKARA ANIMALS 3 ARGUMENT 10 LOUD MUSIC 2 WORKS IN PROGRESS 2 BIRZEBBUGIA ARGUMENT 2 LOUD MUSIC 2 BORMLA ANIMALS 1 ARGUMENT 7 VEHICLE REVING 1 FGURA ANIMALS 4 ARGUMENT 1 LOUD MUSIC 2 WORKS IN PROGRESS 3 FLORIANA ARGUMENT 1 GHAJNSIELEM - GHAWDEX ARGUMENT 2 VEHICLE REVING 1 GHARB - GHAWDEX LOUD MUSIC 1 GHARGHUR ANIMALS 2 ARGUMENT 2 GHAXAQ ARGUMENT 1 GUDJA ARGUMENT 2 GZIRA ANIMALS 1 ARGUMENT 6 LOUD MUSIC 4 WORKS IN PROGRESS 2 HAMRUN ANIMALS 2 ARGUMENT 17 LOUD MUSIC 3 WORKS IN PROGRESS 1 IKLIN LOUD MUSIC 1 ISLA ARGUMENT 2 LOUD MUSIC 2 VEHICLE REVING 1 WORKS IN PROGRESS 1 KALKARA VEHICLE REVING 1 LIJA ANIMALS 1 LUQA ANIMALS 1 ARGUMENT 1 MARSA ANIMALS 3 ARGUMENT 14 LOUD MUSIC 1 MARSASKALA ANIMALS 1 ARGUMENT 6 LOUD MUSIC 4 WORKS IN PROGRESS 1 MARSAXLOKK ARGUMENT 1 MELLIEHA ARGUMENT 7 LOUD MUSIC 1 WORKS IN PROGRESS 2 MGARR ANIMALS 3 VEHICLE REVING 1 MOSTA ARGUMENT 4 LOUD MUSIC 3 MSIDA ARGUMENT 4 LOUD MUSIC 2 WORKS IN PROGRESS 1 MUNXAR - GHAWDEX ANIMALS 1 NADUR - GHAWDEX ANIMALS 2 ARGUMENT 2 NAXXAR ANIMALS 5 ARGUMENT 8 LOUD MUSIC 4 VEHICLE REVING 2 PAOLA ARGUMENT 2 LOUD MUSIC 2 PEMBROKE LOUD MUSIC 2 WORKS IN PROGRESS 1 PIETA' ARGUMENT 4 VEHICLE REVING 1 QALA - GHAWDEX LOUD MUSIC 4 QORMI ANIMALS 1 ARGUMENT 8 LOUD MUSIC 5 WORKS IN PROGRESS 4 RABAT ARGUMENT 3 RABAT - GHAWDEX ARGUMENT 4 LOUD MUSIC 1 SAFI ARGUMENT 1 SAN GILJAN ARGUMENT 6 LOUD MUSIC 10 WORKS IN PROGRESS 2 SAN GWANN ANIMALS 3 ARGUMENT 4 LOUD MUSIC 1 WORKS IN PROGRESS 3 SAN PAWL IL-BAHAR ANIMALS 3 ARGUMENT 31 LOUD MUSIC 3 WORKS IN PROGRESS 2 SANTA LUCIJA LOUD MUSIC 1 SANTA VENERA ARGUMENT 9 LOUD MUSIC 2 WORKS IN PROGRESS 4 SIGGIEWI ARGUMENT 1 SLIEMA ANIMALS 2 ARGUMENT 6 LOUD MUSIC 8 WORKS IN PROGRESS 2 SWIEQI ARGUMENT 2 LOUD MUSIC 8 WORKS IN PROGRESS 2 TA' XBIEX ARGUMENT 3 VALLETTA ARGUMENT 6 LOUD MUSIC 3 XAGHRA - GHAWDEX LOUD MUSIC 4 XEWKIJA - GHAWDEX ANIMALS 1 ARGUMENT 1 LOUD MUSIC 1 XGHAJRA ANIMALS 1 ARGUMENT 1 ZABBAR ANIMALS 1 ARGUMENT 2 VEHICLE REVING 1 ZEBBUG ARGUMENT 6 LOUD MUSIC 1 VEHICLE REVING 1 WORKS IN PROGRESS 2 ZEBBUG - GHAWDEX LOUD MUSIC 1 ZEJTUN ANIMALS 1 ARGUMENT 5 LOUD MUSIC 1 ZURRIEQ ANIMALS 3

Vjolenza domestika — Rapporti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' vjolenza domestika sar fis-snin 2023, 2022, 2021 u 2020 rispettivament?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi mis-sena 2020 sal-aħħar tas-sena 2023, f’dawn il-gżejjer, ġew irreġistrati mal-pulizija, ir-rapporti indikati fit-tabella li tidher ma’ din it-tweġiba, dwar vjolenza domestika. Fl-aħħar jiem beda jopera l-ewwel hub għal vittmi tal-vjolenza domestika u vjolenza abbażi tal-ġeneru. Iċ-ċentru reġjonali, li jinsab f’Santa Luċija, qed jopera erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, is-sena kollha. Iċ-ċentru qed joffri diversi servizzi ta’ appoġġ u assistenza professjonali minn professjonisti, membri tal-korp tal-pulizija u ħaddiema mħarrġa f’dan il-qasam u minn diversi entitajiet sabiex jgħinu u jagħtu servizz u appoġġ lill-vittmi tal-vjolenza domestika. It-twaqqif ta’ dan l-ewwel hub sar wara li l-Korp tal-Pulizija waqqaf il-Gender Based and Domestic Violence Unit fi ħdanu lura f’Novembru tal-2020. Dan il-unit huwa magħmul minn uffiċjali mħarrġa, flimkien ma’ professjonisti oħra li jagħtu servizz lill-vittmi ta’ vjolenza domestika u vjolenza abbażi tal-ġeneru. Dan il-hub joffri ambjent aħjar u aktar uman minn dak provdut ġewwa d-Depot tal-Floriana, u huwa l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu. Il-hub jopera ta’ kuljum bi preżenza kontinwa tal-Korp tal-Pulizija, risk-assessors u professjonisti oħra. Filwaqt li dan il-hub jinsab fin-naħa tan-Nofsinhar tal-pajjiż, it-tieni hub mistenni jiftaħ fit-Tramuntana tal-pajjiż. Sena Numru ta' Rapporti 2020 1645 2021 1741 2022 1828 2023 2071

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – Ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu full-time jew part-time mal-Ministeru tiegħu b’kuntratt jew bħala persons of trust jew advisers jew experts li għandhom: i. ’l fuq minn 65 sena; ii. ’l fuq minn 70 sena; u iii. ’l fuq minn 80 sena? Jista’ jaqsam din l-informazzjoni skont l-etajiet indikati?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fil-Ministeru, li jinkludi s-Segretarjat Parlamentari hemm 4 persuni ’l fuq minn 65 sena; 3 persuni ’l fuq minn 70 sena; u ma hemm l-ebda persuna ’l fuq minn 80 sena.

Delitti rrappurtati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien it-total ta' delitti li ġew irrappurtati matul is-snin 2022 u 2023, separatament għal kull sena? Jista’ jgħid ukoll dwar kemm kienu rrappurtati delitti matul is-snin 2022 u 2023, separatament għal kull sena għal kull lokalità f’Malta u f'Għawdex?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' delitti li ġew irrappurtati fis-sena 2022, kien kif jidher fit-tabella riprodotta hawn taħt li tinkludi figuri separati għal kull lokalità f’Malta u f'Għawdex. Il-crime report għas-sena 2023 ser ikun ippublikat fi żmien li ġej. Delitti rrapurtati matul is-snin 2022 għal kull lokalità f’Malta u f'Għawdex Malta u Għawdex Lokalita 2022 Għawdex FONTANA 14 GHAJNSIELEM 106 GHARB 34 GHASRI 7 KERCEM 27 MUNXAR 43 NADUR 90 QALA 27 RABAT 238 SAN 15 SANNAT 33 XAGHRA 103 XEWKIJA 63 ZEBBUG 129 Għawdex Total 929 Malta ATTARD 222 BALZAN 65 BIRGU 70 BIRKIRKARA 568 BIRZEBBUGIA 417 BORMLA 234 DINGLI 44 FGURA 276 FLORIANA 176 GHARGHUR 67 GHAXAQ 108 GUDJA 177 GZIRA 333 HAMRUN 527 IKLIN 56 ISLA 76 KALKARA 67 KIRKOP 65 LIJA 44 LUQA 222 MARSA 357 MARSASKALA 332 MARSAXLOKK 117 MDINA 23 MELLIEHA 379 MGARR 110 MOSTA 453 MQABBA 35 MSIDA 485 MTARFA 26 N/A 31 NAXXAR 331 PAOLA 446 PEMBROKE 73 PIETA' 154 QORMI 579 QRENDI 52 RABAT 262 SAFI 50 SAN GILJAN 1007 SAN GWANN 276 SAN PAWL IL-BAHAR 1369 SANTA LUCIJA 49 SANTA VENERA 248 SIGGIEWI 152 SLIEMA 645 SWIEQI 176 TA' XBIEX 103 TARXIEN 177 VALLETTA 456 XGHAJRA 55 ZABBAR 377 ZEBBUG 308 ZEJTUN 326 ZURRIEQ 172 Malta Total 14005 Total kollu 14934

Rekwiżiti — Kuntistabbli fil-Korp tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-rekwiżiti attwali li individwu jrid jissodisfa biex ikun eleġibbli għall-post ta’ Kuntistabbli fil-Korp tal-Pulizija ta’ Malta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sejħa għall-kuntistabbli, li kienet ippubblikata fit-12 ta’ Jannar 2024.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Bejgħ ta’ prodotti li saru minn priġunieri

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16249 dwar bejgħ mill-gabbana ta' quddiem il-ħabs, ta' xogħol li jkun sar mill-priġunieri, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid ukoll kemm kien il-bejgħ fis-snin ta' qabel?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li din l-inizjattiva ssir bħala parti mill-proċess ta’ rijabilitazzjoni tal-persuni li qed jiskontaw sentenza. Dawn il-persuni mhux sempliċiment qed jaħdmu fl-industrija tal-ħabs iżda fuq kollox qed jakkwistaw ħiliet li se jużaw malli jiskontaw is-sentenzi tagħhom. Infurmat li fis-sena 2023 kien hemm bejgħ ta’ €105,249.03 u spejjez ta’ €74,388.47, għal profitt ta’ €30,860.56. L-ispejjez jinkludu x-xiri ta’ materjal kemm dak marbut mat-tisjir u dak marbut ma’ pakkeġjar u dak li hemm bżonn għall-prodott finali, għodda, tiswijiet, spejjeż ta’ ħaddiema tal-Aġenzija, u permessi. Infurmat li fis-sena 2022 kien hemm bejgħ ta’ €67,325.00 u spejjez ta’ €32,965.57, għal profitt ta’ €34,359.43. L-ispejje¿ jinkludu x-xiri ta’ materjal kemm dak marbut mat-tisjir u dak marbut mall-pakkegjar u dak li hemm bżonn għall-prodott finali, għodda, tiswijiet, spejjeż ta’ ħaddiema tal-Aġenzija, u permessi. Kien ġest sabiħ li minn dawn il-fondi ngħataw ukoll donazzjonijiet lil numru ta’ inizjattivi filantropiċi fosthom lill-Istrina u Puttinu Cares. Dawn kienu jammontaw €8,556 għall-Istrina fis-sena 2022 u, €1,558 għall-Istrina u €3,293.00 għall-Puttinu fis-sena 2023. Infurmat li ma dawn l-ammonti tal-Istrina kien hemm ukoll ġabra mill-priġunieri nfushom, kkordinata mill-Kummissarju għall-ħarsien tal-priġunieri.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin — Bejgħ ta’ prodotti li saru minn priġunieri

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16249 dwar bejgħ mill-gabbana ta' quddiem il-ħabs, ta' xogħol li jkun sar mill-priġunieri, jista' l-Ministru jagħti break down ta' kemm kienu l-ispejjeż tax-xiri ta' materjal, kemm ammontaw il-pagi tal-ħaddiema, kemm ingħataw f'donazzjonijiet lil kull entità li bbenefikat, u kemm ġew rinvestiti fil-ħabs stess u b'liema mod?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lil Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16592.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — Konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konsulent hemm fil-Ministeru tiegħu u x’livell ta’ edukazzjoni u esperjenza għandhom, speċjalment fil-qasam li l-Ministeru jirrappreżenta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti ġew impjegati skont l-manwal li kopja tiegħu diġà tqiegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pulizija – rapporti ta’ traffikar tad-droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' traffikar ta' droga sar mal-Pulizija fl-2022, u jipprovdi kemm-il każ issolva minn dawn? Jista’ jipprovdi f'liema lokalitajiet saru dawn?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni dwar każi ta’ traffikar ta' droga li saru mal-Pulizija matul is-sena 2022, kienu kif jidhru fit-tabella hawn taħt li fiha ddettalji dwar il-lokalita ta’ fejn kien irrapurtat il-każ jew għal fejn tirreferi l-informazzjoni miġbura. Il-pulizija tinvestiga kull rapport li tirċievi u fejn informazzjoni tirriżulta fil-pożittiv dejjem tittieħed azzjoni kriminali kontra l-persuni responsabbli. Ikun hemm drabi fejn l-informazzjoni tkun negattiva jew skorretta u ma jirrizulta xejn, u oħrajn fejn l-investigazzjoni dwarhom tkun għadha għaddejja. Hafna mir-rapporti ta’ traffikar tad-droga, huma bbażati u joriġinaw minn informazzjoni li tkun ġiet miġbura mit-taqsima ta’ kontra id-droga, liema każi huma distinti minn ċerti tipi ta’ reati, bħal serq jew frodi, fejn il-persuna li tagħmel ir-rapport tkun sfat vittma ta’ l-istess reat. Rapporti dwar Traffikar ta' Droga Sena 2022 Lokalita' Total Birkirkara 1 Birzebbugia 2 Bormla 1 Floriana 2 Ghasri Gozo 1 Ghaxaq 3 Gozo 1 Gudja 1 Gzira 1 Hamrun 5 Kalkara 1 Kirkop 1 Lija 1 Marsa 3 Marsaskala 3 Marsaxlokk 1 Mellieha 1 Mgarr Gozo 1 Mosta 1 Msida 3 Msida/ Gzira 1 Paola 1 Pembroke 1 Qawra 1 Qormi 5 Rabat 1 San Giljan 2 San Gwann 1 San Pawl il-Bahar 2 Siggiewi 2 Sliema 2 Unknown 7 Valletta 2 Various locations 3 Xaghra Gozo 2 Xewkija Gozo 1 Zebbug 1 Zebbug Gozo 1 Zejtun 3 Zurrieq 2 2022 Total 75

Pulizija – rapporti ta’ traffikar tad-droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' traffikar ta' droga sar mal-Pulizija fl-2021, u jipprovdi kemm-il każ issolva minn dawn? Jista’ jipprovdi f'liema lokalitajiet saru dawn?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni dwar każi ta’ traffikar ta' droga li saru mal-Pulizija matul is-sena 2021, kienu kif jidhru fit-tabella hawn taħt li fiha ddettalji dwar il-lokalita ta’ fejn kien irrapurtat il-każ jew għal fejn tirreferi l-informazzjoni miġbura. Il-pulizija tinvestiga kull rapport li tirċievi u fejn informazzjoni tirriżulta fil-pożittiv dejjem tittieħed azzjoni kriminali kontra l-persuni responsabbli. Ikun hemm drabi fejn l-informazzjoni tkun negattiva jew skorretta u ma jirrizulta xejn, u oħrajn fejn l-investigazzjoni dwarhom tkun għadha għaddejja. Ħafna mir-rapporti ta’ traffikar tad-droga, huma bbażati u joriġinaw minn informazzjoni li tkun ġiet miġbura mit-taqsima ta’ kontra id-droga, liema każi huma distinti minn ċerti tipi ta’ reati, bħal serq jew frodi, fejn il-persuna li tagħmel ir-rapport tkun sfat vittma ta’ l-istess reat. Rapporti dwar Traffikar ta' Droga Sena Lokalità Total 2021 Attard 1 Birkirkara 1 Birzebbugia 1 Bormla 2 Gozo 3 Gzira 2 Hamrun 1 Ibragg 1 Marsa 18 Marsaskala 1 Mellieha 2 Mgarr 1 Mosta 1 Msida 4 Paola 1 Qawra 1 Qormi 2 Qrendi 2 San Giljan 2 San Gwann 1 San Pawl il-Bahar 2 Sliema 4 Swieqi 1 Ta' Giorni 1 Ta' Xbiex 2 Unknown 54 Valletta 3 Zabbar 1 Zebbug 1 Zejtun 1 Zurrieq 1 2021 Total 119

Pulizija – rapporti ta’ traffikar tad-droga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il rapport ta' traffikar ta' droga sar mal-Pulizija fl-2020, u jipprovdi kemm-il każ issolva minn dawn? Jista’ jipprovdi f'liema lokalitajiet saru dawn?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mhux disponibbli minħabba li tali data bdiet tinġabar mit-taqsima ta’ kontra drogi mis-sena 2021.