Legislature:
Category:
Reset
Active:

CRPD – Kunratt tal-Uffiċini

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 23281 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilha u tpoġġi kopja tal-kuntratt/ftehim tal-uffiċini tas-CRPD?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sit li għalih qed issir referenza f’din il-mistoqsija parlamentari ntagħżel wara Sejħa ta’ Interess fejn intagħżlet l-irħas offerta minn tlieta li ġew sottomessi. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt.

Kuntratti u Memorandum of Understanding – għaqdiet sportivi – art/proprjetà

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8132, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji tal-kuntratti/Memorandum of Understanding biex jgħaddilhom art u/jew proprjetà pubblika li daħal fihom ma’ għaqdiet sportivi għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u t-30 ta’ Ottubru 2021?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratti ffirmati bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u t-30 t’Ottubru 2021 huma s-sussegwenti. L-istess kuntratti qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra: Senglea Regatta Club Pembroke Athleta Athletics and Triathlon Club Marsa FC Kirkop United FC Birzebbuga Regatta Club Hibernians Basketball Club SK Victoria Wanderers FC Valletta FC (Luqa) Valletta FC (Salinos) Marsaxlokk FC

Kummerċjalizzazzjoni tal-faċilitajiet sportivi — applikazzjonijiet

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 8133, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra d-dettalji ta’ kull applikazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni responsabbli skont l-Avviż Legali rispettiv, b’rabta mal-kummerċjalizzazzjoni tal-faċilitajiet sportivi bejn l-1 ta’ Jannar 2019 u t-30 ta’ Ottubru 2021? Għal kull każ, jista’ l-Ministru jgħid: a. min applika; b. fejn huwa s-sit li fuqu qed issir l-applikazzjoni u x’daqs fih il- footprint tas-sit; c. fiex tikkonsisti l-applikazzjoni u jekk tikkonsisti fi żvilupp kemm se jiġi żviluppat spazju f’termini ta’ metri kwadri; d. jekk il-Kummissjoni responsabbli approvatx il-proposta, għadhiex qed tevalwa jew irrifjutathiex; u e. f’każ li ġiet approvata, x’inhuma l-kundizzjonijiet ewlenin tal-kuntratt?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li applikaw 3 klabbs tal-futbol – St Lucia FC, Marsaxlokk FC u Sliema FC. Dawn kollha qegħdin fi stadju ta’ valutazzjoni u nħarġet l-ittra ta' notifika li l-proċess ta' validazzjoni ġie inizjat. Dawn jikkonsistu f’kumplessi sportivi, faċilitajiet għall-komunità, uffiċini u faċilitajiet kummerċjali.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja — Contracts of service

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal contract of service li kull entità fi ħdanha ħarget kull sena mill-2017 sal-lum? Tista’ tgħid kemm u għalxiex ingħataw contracts of service għall-istess perjodu minn kull entità fi ħdanha?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab informata li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja — Segretarjat Parlamentari għall-Isport, Rikreazzjoni u Organizzazzjonijiet Volontarji - Contracts of Service

Question

Tista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari tgħid x’kien in-numru ta’ sejħiet għal contract of service li kull entità fi ħdanha ħarget kull sena mill-2017 sal-lum? Tista’ tgħid kemm u għalxiex ingħataw contracts of service għall-istess perjodu minn kull entità fi ħdanha?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmata li biex tingħata l-informazzjoni mitluba jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil, għax l-informazzjoni trid tinġabar minn sorsi differenti u tinvolvi l-użu ta’ ħafna riżorsi umani tal-entitajiet varji.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja — state aid

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 21283 u tgħid kemm kien hemm entitajiet fid-dekasteru tagħha li rċievew state aid?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li entita’ waħda biss irċeviet state aid.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja — Permanent Secretary – covering letter għal position of trust

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-covering letter maħruġa mill-Permanent Secretary għal kull position of trust fil-Ministeru tagħha?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija Parlamentari numru 22956.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja — grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta' grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili li saru fis-snin 2019 u 2020 u fis-sena 2021 sa issa mill-Ministeru, id-Dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha? F'kull każ tista' tgħid liema kienet l-entità li għamlet/tat il-grants/sponsorships/donations/kontribuzzjonijiet simili, kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju u x'kienet ir-raġuni għalxiex ingħatat?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadu qed jinġabar u se tingħata f’seduta oħra.

Aġenzija Sapport — Lista ta’ Stennija

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ stennija tal-applikanti li qed jitolbu servizz mill-Aġenzija Sapport? Tista’ tgħid kemm ilhom jistennew dawn l-applikanti biex jinqdew?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ każijiet pendenti fuq il-lista ta’ stennija fis-servizzi ta’ Aġenzija Sapport, li ser jitpoġġew fuq l-Mejda tal-Kamra, huma sad-data ta’ din t-tweġiba.

Pensjoni tad-Diżabilità

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm persuni li qed jirċievu pensjoni tad-diżabilità qegħdin ukoll jaħdmu? Tista’ tgħid jekk jeżistix xi studju li jispjega l-impatt tal-pensjoni tad-diżabilità fuq is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali ta' min jirċeviha?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex l-mistoqsija tiġi rreferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Persuni b’diżabilità – faċilitajiet sportivi

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'faċilitajiet jew dixxiplini sportivi jeżistu għall-persuni b'diżabilità f'Għawdex? Tista’ tgħid ukoll x'qed jew x'se jkun qed jagħmel il-Gvern biex jgħin aktar dan il-qasam?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex l-mistoqsija tiġi rreferuta lill-Ministeru kkonċernat.

San Lawrenz Għawdex – Uffiċċju f’Ta’ Dbiegi

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma dawk is-servizzi li qed jiġu offruti mill-uffiċċju li ġie assenjat ġewwa Ta' Dbiegi f'San Lawrenz Għawdex lill-Kunsill Malti għall-Volontarjat? Tista' tgħid kemm persuni qed jaħdmu f'dan l-uffiċċju? Tista' tgħid ukoll kemm għaqdiet Għawdxin ibbenefikaw mis-servizz tal-uffiċċju, minn kemm ilu miftuħ sa meta titwieġeb din id-domanda?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-uffiċċju li ġie assenjat ġewwa Ta' Dbiegi f'San Lawrenz Għawdex lill-Kunsill Malti għall-Volontarjat jinsab magħluq peress illi s-support lill-għaqdiet Għawdxin qed jingħata miċ-Ċentru tal-Volontarjat ġewwa x-Xewkija.

Amministrazzjoni taċ-Ċentru tal-NGOs – MoU

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum Of Understanding li ġie ffirmat ftit taż-żmien ilu, in kwantu l-amministrazzjoni taċ-ċentru tal-NGOs ġewwa x-Xewkija Għawdex?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kopja tal-Memorandum Of Understanding mitluba qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.

Għaqdiet volontarji – Fondi Ewropej

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm għaqdiet volontarji bbenefikaw minn Fondi Ewropej mill-budget 2014 - 2021? Liema kienu dawn l-għaqdiet, kemm fondi rċeviet kull waħda u x'kien l-iskop li għalih ingħataw il-fondi?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tkopri l-perjodu li jibda mit-23 ta’ Novembru 2020, id-data meta l-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja beda bl-operat tiegħu.

Djar Residenzjali għall-Persuni b'Diżabilità

Question

Tista’ l-Ministru tindika kemm l-Aġenzija Sapport għandha Djar Residenzjali tal-Persuni b’Diżabilità u f’liema lokalitajiet qegħdin? Tista’ tgħid ukoll jekk humiex sejrin jitwaqqfu aktar Djar Residenzjali speċjalment għal dawk li qegħdin fil-lista tas-stennija u, jekk iva, meta sejrin jitwaqqfu?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Aġenzija Sapport tmexxi 10 djar residenzjali f’Malta u Għawdex, f’dawn il-lokalitajiet: Bormla; B’Bugia; Mtarfa; Siġġiewi; Kirkop; Fgura; Pembroke; Żabbar; Marsa; u Rabat, Għawdex. Fil-preżent qed issir ħidma sabiex jinfetħu 3 idjar oħra fil-komunità fil-lokalitajiet taż-Żurrieq u l-Qrendi fis-sena 2022, u oħra f’Ħal-Kirkop fl-2025. Bħala miżura tal-Baġit 2022, ser tkun qed issir ħidma sabiex tinfetaħ dar oħra għal persuni b’diżabilità f’Ħad-Dingli.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja — nefqa rikorrenti vvutata għal pagi ta' persons of trust

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’persentaġġ tal-nefqa rikorrenti vvutat għall-Ministeru tagħha ser imur biex jitħallsu l-pagi u kuntratti ta’ persuni ingaġġati bħala “Persons of Trust” fil-Ministeru tagħha?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.

Bordijiet – persuni b’diżabilità maħtura

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema huma dawk il-bordijiet appuntati mill-Gvern jew fejn il-Gvern għandu dritt jappunta direttament jew indirettament xi membri, fejn ġew maħtura persuni b'diżabilità?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-bordijiet appuntati mill-Gvern jew fejn il-Gvern għandu dritt jappunta direttament jew indirettament xi membri, fejn ġew maħtura persuni b'diżabilità huma: L-Kunsill għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilita’; Il-Kunsill Konsulattiv dwar l-Awtiżmu; Il-Bord ta’ L-Appelli tal-Ħajja Komunitarja Indipendenti; L-Bord tal-Ħajja Komunitarja Indipendenti; u il-Kunsill dwar il-Lingwa Maltija tas-Sinjali.

Persuni b’Diżabilità – pensjoni tad-diżabilità

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm persuni b'diżabilità f'Malta jirċievu pensjoni tad-diżabilità? Tista' tgħid ukoll kemm minn dawn il-persuni jirċievu pensjoni li hi ekwivalenti fl-ammont għall-paga minima nazzjonali?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex l-mistoqsija tiġi rreferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Aġenzija Sapport — professjonisti fis-servizz mogħti

Question

Tista’ l-Ministru tindika kemm hemm nuqqas ta’ professjonisti fis-servizzi mogħtija mill-Aġenzija Sapport? Tista’ tagħti l-figuri skont il-professjonijiet (eż: social workers, eċċ)?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Aġenzija Sapport timpjega ħaddiema f’kull grad u livell skont il-Ftehim Kollettiv u skont l-approvazzjoni li tkun irċeviet mingħand l-awtoritajiet relevanti. Fil-preżent hemm disa’ postijiet vakanti għal professjonisti li l-proċess ta’ reklutaġġ sabiex dawn jimtlew diġà beda. Dawn jinkludu: Ħames Support Executives; wieħed social worker fuq bażi full-time; wieħed social worker fuq bażi part-time; Wieħed Occupational Therapist; u wieħed Speech and Language Pathologist.

Proġett Soċjetà Ġusta – djar fil-komunità għall-persuni b’diżabilità

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm djar fil-komunità għall-persuni b’diżabbilità bħala parti mill-proġett Soċjetà Ġusta? Tista’ tgħid ukoll kemm jgħixu residenti fl-istess djar? X’inhu l-investiment fi spiża rikorrenti fis-sena għad-djar fil-komunità bħala parti mill-proġett?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Aġenzija Sapport tmexxi 5 idjar fil-komunità għal persuni b’diżabilità li huma parti minn Proġett Soċjetà Ġusta. L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. (Korrezzjoni: Ara dokument PL 7317 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tlieta, 16 ta' Novembru 2021 f'Sedua 520)